Legislature:
Category:
Reset
Active:

OPM — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12689, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant, matul din is-sena, fl-Uffiċċju tiegħi ma kien hemm l-ebda re-appointments ta’ diretturi, jew diretturi li ma ġewx ri-appuntati. F’rigward il-Ministeru tal-Finanzi, kien hemm żewġ re-appointments u dawn kienu s-Sur Mark Borg, Direttur Budget Office b’effett mis-26 ta’ Marzu 2005 u s-Sur Anthony Imbroll, Direttur Capital Transfer Duty b’effett mid-29 ta’ Jannar 2005. Ma kien hemm l-ebda direttur matul din is-sena li ma ġiex ri-appuntat.

Ġustizzja u Intern — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12690, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena ma kien hemm l-ebda ħtieġa li Diretturi jiġi riappuntati fil-kariga tagħhom fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern. Kien hemm Direttur wieħed, dak dwar Finanzi u Amministrazzjoni (Qrati), li ma ġiex riappuntat.
Leg 10 PQ #12875 Sitting 277 2005-06-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12691, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Uniku direttur li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li skadilu l-kuntratt huwa d-Direttur Policy, is-sur John Inguanez. Saret talba għal-estensjoni tal-kuntratt. Ma kien hemm l-ebda direttur li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li ma ġiex riappuntat.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12692, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din is-sena il-Kuntratti ta’ żewġ Diretturi Ġenerali ġew imġedda kif jidher hawn taħt: Il-post ta’ Direttur Ġenerali (Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali) ġie imġedded mit-22 ta’ Marzu 2005 sal-20 ta’ Lulju 2005; Il-post ta’ Direttur Ġenerali (Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd) ġie imġedded mill-10 ta’ Mejju 2005 sad-9 ta’ Awissu 2005.
Leg 10 PQ #12694 Sitting 276 2005-06-06 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ġew riappuntati u min huma? Tista' tgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema perjodu qed tirreferi.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġiefieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellanta għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Riżorsi u Infrastruttura — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onor. Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Familja u Solidarjeta' fil-Komunita' — Diretturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ġew riappuntati u min huma? Tista' tgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jigifieri jekk hux Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellanti għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.
Leg 10 PQ #12688 Sitting 275 2005-06-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hi kif ġej: Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Kap Eżekuttiv Salarju ta' Skala 3 tas-Servizz Publiku L-Orkesta Nazzjonali General Manager Lm 6377 gross fis-Sena Ċentru għall Kreattivita ta' San Ġakbu General Manager Salarju ta' Skala 3 tas-Servizz Publiku Dar il-Mediterran għall Konferenzi General Manager Lm 9130 gross fis-Sena L-Awtorita' tat-Turiżmu Executive Chairman Lm 25,000 gross fis-Sena Heritage Malta Kap Eżekuttiv Lm 14,091 gross fis-Sena

OPM — Diretturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta’ diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta’ bordijiet ta’ entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.
Leg 10 PQ #12691 Sitting 275 2005-06-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta’ diretturi qed tirreferi, jiġiefieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta’ bordijiet ta’ entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara ukoll liema perjodu qed tirreferi.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-salarju gross taċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini huwa ta' Lm10,370 fis-sena, filwaqt li dak taċ-Chief Executive Officer ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi huwa ta' Lm14,300 fis-sena.