Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet kollha li rċieva l-Ministeru tal-Finanzi mill-1 ta' Novembru, 2004 sal-lum mis-servizz ċivili u mis-settur pubbliku biex jinxtraw karozzi u inġenji ġodda, filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tat-tweġibiet li l-istess ministeru ħareġ għat-talbiet magħmula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13179.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OPM — Chief executive officers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Settur Pubbliku — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn Mejju 1987 sal-lum il-ministeru tal-finanzi qattx ħejja rapport dwar jekk is-servizz ċivili u s-settur pubbliku jaqblilhomx jikru l-karozzi flok jixtruhom? Jekk fl-affermattiv, jista' ġentilment iqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid hemmx xi pjan li jħejji tali rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hija l-policy tal-Gvern li jixtri l-mezzi ta’ transport li jkollu bżonn. Dan qed isir fil-maġġoranza tal-każi għax hu meqjus l-aktar mod ekonomiku peress illi leasing u kiri jirrikjedu nefqa akbar. Dan jirriżulta prima facie meta tittieħed konsiderazzjoni ta’ kemm idumu jintużaw vetturi tal-Gvern. Studji speċifiċi magħmula mill-Awditur Ġenerali jikkonfermaw dan. Madankollu jista’ jkun hemm ċirkostanzi partikolari meta leasing u/jew kiri joffru alternattiva ġustifikabbli u, f’każijiet bħal dawn, ma jkunux esklużi.

Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12953 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet kollha li rċieva l-Ministeru tal-Finanzi mill-1 ta' Novembru, 2004 sal-lum mis-servizz ċivili u mis-settur pubbliku biex jinxtraw karozzi u inġenji ġodda, filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tat-tweġibiet li l-istess ministeru ħareġ għat-talbiet magħmula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-talbiet għal xiri ta’ karozzi u inġenji ġodda huma tavolati skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur Pubbliku — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12952 u jgħid jekk minn Mejju 1987 sal-lum il-ministeru tal-finanzi qattx ħejja rapport dwar jekk is-servizz ċivili u s-settur pubbliku jaqblilhomx jikru l-karozzi flok jixtruhom? Jekk fl-affermattiv, jista' ġentilment iqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid hemmx xi pjan li jħejji tali rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12952.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12699, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant tista' issa l-Ministru tirrispondi din id-domanda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, din is-sena kien hemm direttur wieħed li skadielu l-Performance Agreement. Dan kien id-Direttur tad-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar, li reġa ġie riappuntat.

Internal investigations and audit directorate

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-internal investigations and audit directorate li jaqa' taħt l-uffiċċju tal-kabinett qattx ħejja xi rapport mit-twaqqif tiegħu sal-lum dwar jekk is-servizz ċivili u s-settur pubbliku jaqblilhomx li jikru l-karozzi flok li dawn jinxtraw? Jekk fl-affermattiv, jista' iqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninstab infurmat li d-Direttorat ta’ l-Internal Audit and Investigations fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru normalment iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu fuq bażi ta’ programm ta’ sentejn għall-kull Ministeru, programm li jiġi stabbilit wara konsultazzjoni mas-Segretarji Permanenti rispettivi. Mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2000, id-Direttorat għamel numru ta’ audits relatati ma’ l-użu tat-trasport f’diversi Dipartimenti. Irrid inżid ngħid li ċertu kategoriji ta’ uffiċjali fis-Servizz Pubbliku, jiġifieri Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi li jaħdmu fuq bażi ta’ Performance Agreement għandhom d-dritt skond il-kuntratt tagħhom għall-użu ta’ fully-expensed car u d-dritt ukoll li jixtru din il-karozza, skond kriterji stabbiliti, meta jirtiraw mis-Servizz Pubbliku. Għalhekk, f’dawn il-każijiet, l-għażla ta’ kiri/leasing tal-karozza fil-prattika ma teżistiex.

Settur Pubbliku — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn Mejju 1987 sal-lum il-ministeru tal-finanzi qattx ħejja rapport dwar jekk is-servizz ċivili u s-settur pubbliku jaqblilhomx jikru l-karozzi flok jixtruhom? Jekk fl-affermattiv, jista' ġentilment iqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid hemmx xi pjan li jħejji tali rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet kollha li rċieva l-Ministeru tal-Finanzi mill-1 ta' Novembru, 2004 sal-lum mis-servizz ċivili u mis-settur pubbliku biex jinxtraw karozzi u inġenji ġodda, filwaqt li jqiegħed ukoll kopja tat-tweġibiet li l-istess ministeru ħareġ għat-talbiet magħmula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #12965 Sitting 279 2005-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12701, niċċara li qed nirriferi għad-diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena? Għaldaqstant jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura kien hemm żewġ Diretturi. a) Direttur tat-Turiżmu u Servizzi Koperattivi u b) Direttur EU Affairs Fil-każ ta’ (a) id-Direttur ġie mogħti ħatra ta’ Direttur f’Ministeru ieħor (lateral move) u inħarġet sejħa biex jimtela l-post. Fil- każ ta’ (b) id-Direttur kien ġie boarded out u d-Direttorat qed ikun ristrutturat biex jirrifletti l-ħtieġiet preżenti tal-Ministeru.

Żvilupp Urban u Toroq — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12700, niċċara li qed nirriferi għad-diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena? Għaldaqstant jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12693, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li m'hemm l-ebda Direttur fis-servizz pubbliku li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li f'din is-sena (2005) s'issa ġie riappuntat jew xi Direttur li ma ġiex riappuntat.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12698, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, jista' il-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-uniċi żewġ diretturi fis-servizz pubbliku li din is-sena kienu waslu għat-tiġdid jew konferma tal-ħatra rispettiva tagħhom huma Dr.Raymond Busuttil fil-kariga ta' Direttur-Ġenerali (Saħħa) u s-Sur Michael F.Beżżina fil-kariga ta' Direttur, Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'. Fiż-żewġ każi, l-imsemmija ħatra għadha ma ħarġitx, iżda l-Performance Agreement rispettiv tagħhom ġie estiż sakemm jimtlew il-positions rispettivi fuq bażi ta' Performance Agreement ġdid.

Riżorsi u Infrastruttura — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12697, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-Direttur fis-Servizz Pubbliku li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi u li ġie riappuntat kien il-Perit Nicholas Grech, Direttur għad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Dan ġie riappuntat b'seħħ mis-16 ta' Frar 2005, filwaqt li Direttur ieħor fis-Servizz Pubbliku, il-Perit Anthony Abela, Direttur għad-Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija, ma ġiex riappuntat għax irtira mis-Servizz Pubbliku b'seħħ mid-9 ta' April 2005.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12696, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, jista' il-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12695, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li matul l-aħħar sena ma ġie riappuntat l-ebda Direttur. Fl-istess żmien ma ġiex riappuntat id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi.
Leg 10 PQ #12925 Sitting 278 2005-06-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12694, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, tista' issa l-Ministru tirrispondi din id-domanda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena sallum ma kien hemm l-ebda direttur fil-Ministeru għal Għawdex li skadilu l-kuntratt.

Żvilupp Urban u Toroq — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.
Leg 10 PQ #12701 Sitting 277 2005-06-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta’ diretturi qed tirreferi, jiġiefieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta’ bordijiet ta’ entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.