Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15353 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15236, fil-każ taċ-CHOGM, jista' il-Ministru jispjega x'ġara fil-każ li s-Super One television rebah it-tenderbiex jiffilmja r-retreat f'Għajn Tuffieħa u din ġiet irtirata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Tajjeb jigi ppreciżat li ma` kienx hemm l-ebda tenders għall-filming waqt iċ-CHOGM. Il-PBS, bħala l-host broadcaster, ħarġet talba għall- espressjoni għall-interess għal servizz ta` TV Crew u għall-provvista ta` apparat għall-filming relatat maċ-CHOGM 2005 u maż-żjara tar-Reġina. Din l-espressjoni għall-interess ma kienetx marbuta ma' lokal partikolari. L-ġbid ta' filming waqt l-Irtir tal-Kapijiet ta' l-Istat ser isir mill-Host Broadcaster, allura mill-PBS. Jiena nfurmat li bħalissa qed isiru negozjati ma' Superone u ma' deviersi kumpaniji u persuni oħrajn, mill-PBS bħala l-host broadcaster inkarigat mit-Task Force taċ-CHOGM.

Universita' — Servizz tal-karozza tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15136, cioe' ġħaliex m'hemmx servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita' meta f'dan ir-raħal hemm 216 student li jattendu l-universita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15101.

Double-deckers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħroġ il-permess għall-użu ta' double-deckers mikxufin, l-istess double-deckers li l-ADT tat il-permess li jinġiebu hawn Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tħejji abboz għal sejħa sabiex jiġu provduti servizzi ta' rotot fissi b'aspett turisitiku li jkunu operati b'open top buses.

Newsroom tal-PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15235 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata xogħol b'direct order lill-kumpanniji privati għal xogħol relatat maċ-CHOGM? Jekk iva, lil liema kumpanniji?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li ċ-CHOGM Task Force tat ċertu xogħol lil kumpaniji privati diversi skond il-proċeduri finanzjarji tal-Gvern, wara li ntalbu tlett offerti. Jiena nfurmat ukoll li kien hemm każi oħra fejn, fuq deċiżjoni taċ-CHOGM Task Forceu bl-approvazzjoni diretta tal-Ministeru tal-Finanzi, ingħataw direct orders mingħajr ma saret talba għall-offerti u dan minħabba raġunijiet u ċirkustanzi speċifiċi li abbażi tagħhom iċ-CHOGM Task Forceddeċidiet li kellha tagħmel hekk. Jien infurmat li dawn id-direct orders ingħataw lil dawn il-kumpaniji privati: Globecast South Africa, Radission Golden Sands Resort and Spa, the Eden Leisure Group, RGB TV Ltd, Messrs Alberto Serra International Ltd u l-Westin Dragonara Resort.
Leg 10 PQ #15236 Sitting 310 2005-10-31 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Tenders/quotations

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fejn ħarġu tenders u quotations u dawn intrebħu minn kumpanniji partikolari, kienx hemm każi fejn dawn il-kuntratti ġew irtirati? Jekk iva, lil liema kumpanniji u għal liema raġunijiet?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena nfurmat li l - Ministeru tieghi ma kellux kazi bhal dawn.

PBS — Manager tal-kamra ta' l-aħbarijiet

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-interviews li saru biex saret il-ħatra ta' manager tal-kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS?

Response (GATT, AUSTIN)

Nqis li r-riżultati ta' l-interviews li saru biex saret il-ħatra ta' Manager tal-Kamra ta' l-Aħbarijiet tal-PBS huma kunfidenzjali u m'għandhomx ikunu pubbliċi.

OPM — Intervisti fl-SDO

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13559, jista' il-Prim Ministru jgħid x'jisimhom iż-żewġ kandidati li ntgħażlu biex imorru l-Ecole Nationale d'Administration u x''inhuma l-kwalifiki tagħhom fil-Franċiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s’issa l-Awtoritajiet Franċiżi aċċettaw ż-żewġ kandidati li kienu Ms Joanne Mercieca u Dr Stephen Mamo

OPM — Intervisti fl-SDO

Question

B'riferenza għall-interviews li kellhom isiru fit-12 ta' Lulju 2005 fl-istaff development organisation tal-OPM in konnessjoni ma' sejħa għal applikazzjonijiet riferenza SDO 108/91/V01 III dwar short courses at Ecole Nationale d'Administration 2005" (Parigi), liema interviews ġew kanċellati b'ittra tal-persuna ndikata separatament, jista' il-Prim MInistru jgħid: 1) kemm persuni applikaw għal dawn il-korsijiet? 2) min huma l-persuni li applikaw għal dawn il-korsijiet? 3) għal liema raġuni ġew ikkanċellati l-interviews li kellhom jagħżlu l-kandidati? 4) ġewx informati l-kandidati prospettivi għaliex ġie kkanċellat l-interview tagħhom? 5) liema spjegazzjoni ngħatat lill-Ecole Nationale d'Administration dwar dawn il-kanċellazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13559 ninsab infurmat li: Applikaw ħames persuni li minnhom imbagħad irtirat waħda minn rajha: L-awtoritajiet Franċiżi ġibdu l-attenzjoni ta’ dan l-Uffiċċju għall-fatt li tnejn mill-erba’ persuni li kien fadal fil-lista kienu qabżu l-età massima (45 sena) stipulate mill-Ecole Nationale d’Administration. Għalhekk ma setgħux jikkunsidraw l-applikazzjonijiet tagħhom. In-numru ta’ nomini li riedu jintbagħtu lill-Ecole Nationale d’Administration kien ta’ tnejn, propju kemm kien fadal fil-lista u allura ma kienx hemm għalfejn issir għażla jew proċess ta’ għażla. Ta’ min wieħed jinnota li permezz taċ-ċirkulari li tagħmel din is-sejħa, dejjem tinġibed l-attenzjoni ta’ min ikun se japplika li ‘final acceptance of the nominated candidates will be at the discretion of the French authorities’. Fil-11 ta’ Lulju kienu infurmati permezz ta’ e-mail il-persuni li ma setgħetx tintlaqa’ l-applikazzjoni tagħhom.

Żvilupp Urban u Toroq — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12700, niċċara li qed nirriferi għad-diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena? Għaldaqstant jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ri-appointment, li saru din is-sena, ta' diretturi fis-servizz pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. L-anqas ma kien hemm Diretturi li ma ġewx riappuntati