Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15959 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MIC

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 15519, minkejja li l-Ministru stqarr li d-domanda oriġinali talbet tagħrif li skond hu jiżvela data personali, peress li dawn il-contracts of service qegħdin jitħallsu minn fondi pubbliċi li dan il-parlament għandu d-dover li jara kif qegħdin jintnefqu, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' contracts of service li daħal għalihom il-MIC (Ċentru informazzjoni Malta Unjoni Ewropea) jew inkella f'isem il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 sal-lum billi għal kull kuntratt iffirmat jagħti r-remunerazzjoni li jkopri kull kuntratt, inkluż benefiċċji, allowances u perkaċċi oħra marbuta ma' l-istess kuntratt kif ukoll it-tul ta' kull kuntratt u l-grad jew nomenklatura li ngħatat kull persuna biex tagħti servizz abbażi tal-kuntratt iffirmat, flimkien ma' l-isem tal-persuna indikata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B’riferenza għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellanta, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Fondazzjoni għall-istudji internazzjonali — Kap eżekuttiv

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contract of service tal-kap eżekuttiv tal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali u jekk dan ma jeżistix, jista' jgħid x'salarju għandha din il-persuna fil-kariga msemmija kif ukoll jgħid x'benefiċċji, perkaċċi u kondizzjonijiet oħra ta' xogħol li huma applikabbli għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Chief Executive tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali huwa l-Professur Lino Briguglio li nħatar direttament mill-Kunsill ta` l-Universita' a' bażi ta' kuntratt. Bħala CEO tal-Fondazzjoni, il-Professur Briguglio huwa ntitolat għal dan li ġej: Allowance fis-sena ta` Lm 1800. Jiġi rifondut ukoll l-ispejjess tat-telephone tad-dar u tal-mobile, kif ukoll l-ispejjes konnessi mal-karrozza (fuel, insurance u service) u health insurance.

Wied il-Għajn — Trasport għall-Universita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15355, 15101 u 15453 u in vista tal-fatt li hemm 216 studenti universitarji minn Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ma jinbediex servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15101. Ta’ min wieħed jinnota li l-Awtorita’ dwar it-Trasport għamlet stħarriġ xjentifiku fl-aħħar ġimgħa t’Ottubru li minnu ġie stabbilit li f’ġimgħa kien hemm patrunaġġ ta’ 74 student fuq rotot numru 17, 19, 22 f’ħinijiet differenti li jitilqu minn Wied il-Għajn għal Ħaż Żabbar minn fejn mbagħad titlaq ir-rotta diretta għall-Universita; jiġifieri kważi 15-il student kuljum jew inkella 4 studenti għal kull vjaġġ. Minkejja dan xorta għadha qiegħda tiġi studjata l-possibilita’ li f’xi ħinijiet tibda titlaq rotta diretta minn Wied il-Għajn għall-Universita’.

Avian Flu — Eżerċizzju f'Burmarrad

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15479 li orġinarjmaent saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-eżerċizzju ta’ simulazzjoni li sar f’Burmarrad ġie mmexxi skond kriterji mfassla fil-pjan ta’ kontinġenza maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea. L-aċċess għall-post fejn tfaqqa’ l-marda tat-tjur huwa ristrett. Dan isir biex jiġi assigurat li l-marda tiġi kkontrollata u ma tinxteridx. Din ir-restrizzjoni tapplika għal kulħadd inklużi persuni li għandhom x’jaqsmu mal-media. Sabiex dan l-eżerċizzju ta’ simulazzjoni iservi wkoll ta’ training, inħass il-bżonn li jiġi rrekordjat. Peress li l-produtturi tal-programm Xarabank urew ix-xewqa li jagħmlu programm iddedikat għall-kwistjoni tal-marda tat-tjur u l-pandemija li tista’ tfaqqa’ konsegwenza tagħha, u kienu wkoll lesti li jagħtu s-servizzi tagħhom b’xejn għar-recording ta’ l-eżerċizzju ġie aċċettat li l-crew tagħhom jifforma parti mill-grupp tas-simulazzjoni. Huwa fatt magħruf li Xarabank huwa programm segwit minn udjenza kbira u wiesgħa, u għalhekk laħaq skop ieħor tal-Ministeru, jiġifieri dak li jinforma lill-pubbliku ġenerali b’mod aktar estensiv u dettaljat. Ta’ min igħid li dik il-ġurnata stess in-newsrooms kollha ingħataw ritratti, fil-każ ta’ ġurnali, u filmat fil-każ ta’ stazzjonijiet televiżivi, sabiex ikunu jistgħu juruhom fl-aħbarijiet tagħhom.
Leg 10 PQ #15517 Sitting 319 2005-11-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

European institute for gender equality

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta wrietx lill-Kummissjoni Ewropea l-ħsieb, l-intenzjoni jew ix-xewqa li tospita f'pajjiżna l-European institute for gender equality li għandu jitwaqqaf fix-xhur li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li ġħamlet Malta f'dan ir-rigward?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Le, Malta ma wrietx l-intenzjoni li toffri biex tospita l-European Institute for Gender Equality.
Leg 10 PQ #15519 Sitting 319 2005-11-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contracts of service li l-uffiċċju informazzjoni Malta Unjoni Ewropea (MIC) daħal fihom fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, jew li daħal għalihom il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin f'isem l-istess uffiċċju?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dak li qiegħda titlob l-Onorevoli Membru jinvolvi l-iżvelar ta' data personali ta' individwi u ma narax għal liema skop qed tintalab din l-informazzjoni.
Leg 10 PQ #15521 Sitting 319 2005-11-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Contracts of service

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contracts of service kollha li ġew iffirmati mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mill-enti kollha li jaqgħu taħtu fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dak li qiegħda titlob l-Onorevoli Membru jinvolvi l-iżvelar ta' data personali ta' individwi u ma narax għal liema skop qed tintalab din l-informazzjoni.

European Institute for gender equality

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk Malta wrietx lill-Kummissjoni Ewropea l-ħsieb, l-intenzjoni jew ix-xewqa li Malta tospita f'pajjiżna l-European institute for gender equality li għandu jitwaqqaf fix-xhur li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li għamlet Malta f'dan ir-rigward?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Tweġiba għall-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.

MCAST — Canteen

Question

Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata x-xogħol tal-canteens tal-MCAST u tal-Higher Secondary tan-Naxxar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għax-xogħol tal-canteen tal-Higher Secondary kien hemm żewġ offerti u l-Kunsill Skolastiku agħżel l-offerta l-aktar vantaġġjuża. Din kienet tas-Sur Joe Micallef. Informat ukoll li x-xogħol tat-tlett canteens tal-MCAST ingħata lil IVVT group Malta Ltd.

Naxxar — Higher Secondary school

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Higher Secondary tan-Naxxar tintużax matul il-lejl biex jinħadem xogħol għall-canteens ta' ċertu skejjel? Jekk iva, kemm qed jitħallas il-gvern tal-kera, dawl u ilma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-canteen tal-Higher Secondary tan-Naxxar mhux qed jintuża mill-kuntrattur biex jinħadem xogħol għall-canteens oħra. Ix-xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-iskola qed isir għall-Higher Secondary stess. Biex ikun jista' jinħadem dan ix-xogħol, il-kuntrattur ressaq talba lill-Kunsill Skolastiku biex jintuża l-canteen wara l-ħin ta' l-iskola. Il-Kunsill Skolastiku laqa' t-talba tal-kuntrattur billi x-xogħol kien se jsir għall-iskola. Minħabba l-istess raġuni l-Kunsill ħass li ma kellux jitlob ħlas addizzjonali għall-użu tas-servizzi.
Leg 10 PQ #15450 Sitting 317 2005-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Editing tal-Konferenza

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15352, jista' il-Ministru jgħid b'mod speċifiku min se jagħmel ix-xogħol ta' editing taċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li l- Public Broadcasting Services Ltd ser tipprovdi video editor lill- Kumpanija Globe Cast biex jahdem fil-Media Centre waqt iċ-CHOGM.

Wied il-Għajn — Trasport għall-Universita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15355 u 15101, u in vista tal-fatt li hemm 216 studenti universitarji minn Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ma jinbediex servizz ta' karozza tal-linja diretta għall-universita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #15478 Sitting 317 2005-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Direct orders

Question

Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15357 ma tweġibx mistoqsija parlamentari 15350, jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15350 u jgħid għal liema raġunijiet ingħataw direct orders lil kumpanniji privati fil-każ taċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-risposta ngħatat fit-tweġiba ddettaljata għall-Mistoqsija Parlamentari 15357.

Newsroom tal-PBS

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15234 u 15348 u jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru tiegħi ma kienx responsabbli mill-eżerċizzju li sar f'Burmarrad dwar il-marda tat-tjur. Nitolbok tindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #15480 Sitting 317 2005-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Commonwealth — Irtir tal-kapijiet ta' l-Istat

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15353, jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-filming waqt l-irtir tal-kapijiet ta' l-istat tal-Commonwealth kien intqal lil Super One li kienu se jagħmluh huma, imbagħad ġie rtirat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li l-filming waqt l-irtir tal- Kapijiet tal-Commonwealth ġie allokat lis-Super One skond il-pjan imfassal mill-Public Broadcasting Services Ltd. tal-coverage ta` l-attivitajiet relatati maċ-CHOGM 2005 u ż-zjara statali tar-Reġina. Jien infurmat ukoll li wara li saret din l-allokazzjoni, iċ-CHOGM Task Force infurmat lill-PBS li l-filming tar-Retreat kellu jsir mill-Host Broadcaster jiġifieri mill-PBS minhabba f`hekk kellu jsir tibdil fil-pjan originali stess u tat lis-Super One u li issa ġie allokat il-filming ta' l-Airport.
Leg 10 PQ #15357 Sitting 314 2005-11-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15235, jista' il-Ministru jgħid kull kumpannija li ngħatat direct order, x'tip ta' servizz jew prodott se tipprovdi għaċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-Direct Orders miċ-CHOGM Task Force bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi skond ir-regolamenti governattivi saru hekk: Globecast South Africa se tipprovdi servizz ta' "boradcasting" inkluż dak bis-satellita; din il-kumpanija kienet pprovdiet dan l-istess servizz fl-aħħar żewġ CHOGMs, fl-Awstralja u n-Nigeria. Radisson Golden Sands Resort and Spa se tipprovdi servizz ta' akkomodazzjoni għall-Kapijiet ta' Stat kif ukoll faċilitajiet għal laqgħat tagħhom waqt "ir-Retreat". Il-post intgħażel għal raġunijiet ta' sigurta' peress li jinsab maqtugħ mill-abitat u allura jista' jiġi protett aħjar mill-Pulizija u l-Armata; The Eden Leisure Group ser jipprovdi l-lokal fejn se jkun imtella' l-Media Centre. Wara li ġew spezzjonati siti oħra, l-Eden Arena kien l-uniku wieħed attrezzat b'servizzi l-aktar adattati ta' komunikazzjoni għal skopijiet tal-media; RGB TV - hi l-unika kumpanija f'Malta b'expertise għall-produzzjoni ta' "digi-beta technology" biex tipproduċi produzzjonijiet audio-viżwali; Messrs Alberto Serra kienet l-unika kumpanija li setgħet tipprovdi ngravajjet u xalep (scarves) fi żmien qasir; Westin Dragonara Resort ser tipprovdi servizz ta' akkomodazzjoni għall-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth kif ukoll faċilitajiet għal laqgħat tagħhom. Intagħżlet għax din hi l-unika lukanda ta' 5 stilel li tista toffri "one-bedroom suite" lil kull wieħed mit-52 Ministru.
Leg 10 PQ #15347 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Sponsorships

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm u liema kienu l-kumpanniji li wieġbu għas-sejħa tal-gvern għall-sponsorship għaċ-CHOGM? Jista' jgħid l-ammont totali ta' sponsorships x'inhu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa issa dawk li wieġbu għas-sejħa tal-Gvern għall-sponsorship għaċ-CHOGM kienu 18 u huma: 1. Malta Tourism Authority 10. Bristow Potteries 2. Maltacom Group 11. Marsovin 3. BMW 12. Island Caterers 4. General Electric 13. Forestals Hewlett Packard 5. Microsoft 14. Allied Newspapers 6. Bank of Valletta 15. Luxe Pavilion 7. Air Malta 16. Lombard Bank 8. Classic Jewellers 17. Strickland Foundation 9. Stirling Jewellers 18. Kurt Arrigo Sa issa minn dawn tmien kumpaniji ffirmaw kuntratt ta' sponsorship. Dawn huma: 01. BMW 05. Sterling Jewellers 02. Microsoft 06. Bristow Potteries 03. Bank of Valletta 07. Lombard Bank 04. Air Malta 08. Kurt Arrigo L-ammont totali kommess s'issa huwa ta' Lm 309,300 fi flus, oġġetti u servizzi.

PBS — News room

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15234 u jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15350 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet ingħataw direct orders lil kumpanniji privati, fil-każ taċ-CHOGM?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Interpellanza Parlamentari numru 15357.
Leg 10 PQ #15352 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

CHOGM — Editing tal-konferenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid is-servizz ta' editing tal-konferenza hux se jsir mill-PBS? Jekk le, jista' jgħid min se jagħmlu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B'mod ġenerali, il-PBS kien nkarigat li jikkoordina r-riżorsi umani u tekniċi eżistenti f'Malta biex jingħataw servizzi relatati max-xandir.