Legislature:
Category:
Reset
Active:

Double decker buses

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx diskrepanza bejn id-drittijiet ta' operaturi barranin ta' double deckers u d-drittijiet ta' operaturi Maltin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Double decker buses

Question

B'riferenza għal dak li kien rappurtat li qal fil-Malta Independent on Sunday tas-7 ta' Awissu 2005, jista' il-Prim Ministru jgħid kienx kellem lill-ADT, kif wiegħed, fuq il-każ tad-double deckers? Jekk iva, jista' jgħid x'weġbuh u x'sar minn dak iż-żmien 'il hawn fil-konfront tal-problema ppreżentata lill-Prim Ministru dakinhar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Government of Malta staff list

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari 19573?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-istaff List kienet toħroġ regolarment qabel twaqqfet kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 19573.

Logħob tat-Tazza tad-Dinja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-World Cup ittieħdet id-deċiżjoni li din u l-ewwel logħba tat-tazza tad-dinja jixxandru fuq TVM? Min ħa din id-deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni biex jixxandru fuq TVM iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-World Cup u l-ewwel logħoba tat-Tazza Tad-Dinja ittieħdet mill-Management tal-PBS wara li ġie finaliżżat il-ftehim bejn il-Melita Cable u l-PBS dwar ix-xandir ta' dawn l-avvenimenti, u cioe' meta ġie ffirmat il-kuntratt, jiġifieri fit-28 ta' April 2006.

Eurovision Song Contest 2006

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saret ix-xandira diretta tal-Eurovision Song Contest 2006 kienx hemm engineer tal-PBS fil-Greċja? Jista' jgħid kemm kien hemm nies fil-kontinġent Malti fil-Greċja li ħallas għalihom il-Gvern Malti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm engineer tal-PBS meta saret ix-xandira diretta tal-Eurovision Song Contest 2006 mill-Greċja u l-Ministeru tiegħi ma kellux nies fil-kontinġent Malti fil-Greċja. Dettalji dwar il-kontinġent Malti fil-Greċja jistgħu jintalbu mill-Ministru konċernat.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid min inħatar biex jagħmel ix-xogħol ta' kap tal-programmi tat-televiżjoni fil-PBS? Jista' jgħid kif intgħażlet din il-persuna? Min applika għal din il-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-Sur Simon Lumsden ġie maħtur Manager Programming. IL-PBS ħarġet sejħa pubblika għall-post ta' Manager Programming u rċeviet 12-il applikazzjoni għal dan il-post. 4 minn dawn l-applikazzjonijiet ġew short listed u saru intervisti ma dawn il-kandidati minn Bord ta' Għażla maħtur apposta mill-PBS. Mhux etika li wieħed jippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti.

PBS

Question

Jikkonfemra l-Ministru li l-manager corporate affairs suppost ikun il-financial controller tal-kumpannija PBS? Jekk iva, għalfejn qed issir talba għal financial controller mal-kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

L-istruttura tal-PBS hija disinjata biex taqdi l-bżonnijiet tal-kumpanija bl-aħjar mod u kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien. Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-PBS iddeċieda li jiġi mpjegat “Financial Controller” biex jieħu ħsieb is-sezzjoni tal-finanzi f’dan id-dipartiment.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-kap tar-reklami mal-kumpannija PBS inħatar fil-grad ta' manager meta dan kellu jkun fi grad ta' anqas minn manager?

Response (GATT, AUSTIN)

L-istruttura tal-PBS hija disinjata biex taqdi l-bżonnijiet tal-kumpanija bl-aħjar mod u kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien. Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li l-kap tad-Dipartiment tar-Riklami jkun fi grad anqas minn Manager.

Government of Malta Staff List

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilha toħroġ il-Government of Malta Staff List? Jista' jgħid meta ħarġet l-aħħar staff list? Meta se toħroġ l-istaff list li jmiss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Istaff List, l-aħħar darba li ġiet pubblikata kien fl-1 ta’ April, 2000. M’hemmx il-ħsieb li l-Istaff List terġa’ toħroġ, fid-dawl tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 440).

Sptar San Luqa — Refrigerators

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-refrigerators li nxtraw għall-mortwarju ta' St. Luke's hux qed jintużaw? Jekk le, jista' jgħid għal liema raġuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-refrigerators li nxtraw għall-mortwarja ta' St. Luke's qegħdin jintużaw.

Skola Verdala — Għalliema tal-kompjuter

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-għalliema tal-beginners course fil-kompjuter li qed jingħata fl-iskola tal-gvern Verdala is-Sibt fil-għodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kwalifiċi taż-żewg Trainers li qed joffru korsijiet għal nies mill-komunita' li jixtiequ jiffamiljarizzaw rwiehom mal-kompjuters għandhom dawn il-kwalifiċi: a.Trainer tal-kors dwar X'Inhu Kompjuter: (a) Certification STMicroelectronics FACILITATION SKILLS; EFFECTIVE WRITTEN COMMUNICATION ONLINE; (b) Learning Institute Certificate of Accomplishment EFFECTIVE PRESENTATION SKILLS; MS WORD; MICROSOFT TOOLS POWERPOINT; MSOFFICE EXCEL; (c) London Chamber of Commerce and Industry TYPEWRITING (DISTINCTION); THIRD LEVEL TYPEWRITING; (D) Computer Business Certificate in WORD PROCESSING; SPREADSHEET; DATABASE. b. Trainer tal-kors għal beginners (Basic Computer Skills): (a) MCAST: ECDL; (2) MATSEC: Information Technology; (3) London Chamber of Commerce and Industry: TEXT PRODUCTION 1st, 2nd and 3rd levels; (4) The Computer Training Course Ltd.: BASIC PROGRAMMING; (5) 2nd Year B.A. Hons Youth & Community Studies; ETC.

Course ta' l-ECDL — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandhomx teaching practice l-għalliema li qed jagħtu l-ewwel parti tal-course ta' l-ECDL?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema li jgħallmu l-ECDL fid-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni huma kollha għalliema bil-warrant u bi kwalifiki għolja fil-qasam tal-ICT.

Kordin Business Incubation Cenre

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji ngħataw għajnuna mill-Kordin Business Incubation Centre minn meta dan twaqqaf fl-2001? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpanniji għadhom jaħdmu u kemm iħaddmu nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wieħed u erbgħajn entita' ngħataw għajnuna mill-KBIC minn meta twaqqaf f'Novembru 2001. L-entitajiet li ngħataw għajnuna, jinkludi kumpaniji, koperattivi, partnerships, selfemployed u għaqdiet. Fil-preżent hemm 24 enitita' fil-KBIC li bejniethom iħaddmu 120 persuna. 17 il-entita' temmew b'suċċess il-perjodu ta' nkubazzjoni fil-KBIC u meta ħarġu kienu jħaddmu bejniethom 35 persuna. Meta jitilqu l-KBIC ma jżommx informazzjoni iżjed fuqhom.

Skejjel — Kindergarten assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-ispecial kinder assistants ma tħallsux fit-30 ta' Diċembru, 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn total ta' 508 Kindergarten Assistants, kienu biss 9 li ma tħallsux sat-30 ta' Diċembru 2005. Ir-raġuni li ma tħallsux kienet li dawn naqsu li jibgħatu r-return meħtieġa sa l-aħħar tas-sena. Dawn ir-returns intbagħtu lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fit-2 ta' Jannar 2006. Madankollu, ninsab informat ukoll li l-pagamenti supplimentari issa ġew ipproċessati wkoll u ċ-ċekkijiet relattivi se jinħarġu mit-Teżor fil-jiem li ġejjin.

Dipartiment tal-protezzjoni ċivili — Ħwejjeġ ta' l-armata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili inħarġux direct orders lill-ħwienet mingħajr kwotazzjonijiet għall-ħwejjeġ ta' l-armata? Jekk iva, jista' jgħid liema ħwienet jingħataw dawn l-ordnijiet? Jista' jgħid jekk hemmx min jieħu dawn l-ordnijiet li huwa parti mill-iskwadra tal-volontiera? Jista' jgħid kemm intnefqu flus fuq dawn l-ordnijiet f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' kull direct order?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qatt ma xtara ħwejjeġ għall-Armata.
Leg 10 PQ #16236 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Contracts of service

Question

B'riferenza għat-tweġiba li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 15521, jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' contracts of service li daħal għalihom il-Ministeru fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2004 sal-lum billi għal kull kuntratt iffirmat jagħti r-remunerazzjoni li jkopri kull kuntratt, inkluż benefiċċji, allowances u perkaċċi oħra marbuta ma' l-istess kuntratt, kif ukoll it-tul ta' kull kuntratt u l-grad jew nomenklatura li ngħatat kull persuna biex tagħti servizz abbażi tal-kuntratt iffirmat, flimkien ma' l-isem tal-persuna indikata? Dawn il-contracts of service qegħdin jitħallsu minn fondi pubbliċi li dan il-parlament għandu d-dover li jara kif qegħdin jintnefqu.

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

European Institute for gender equality

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 15956 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilha u cioe': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15517 tista' tgħid x'wassal lill-Gvern Malti biex jiddeċiedi li ma jospitax f'pajjiżna l-European Institute for Gender Equality?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern kien ġie nfurmat li kien hemm Stati Membri oħra li offrew li jospitaw il-European Institute for Gender Equality u għalhekk iddeċieda li, f'dan il-każ partikolari, ma jagħmilx offerta biex jospita dan l-Institute.

Gender mainstreaming

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar minnhom il-focal points u x-xogħol li suppost jagħmlu fid-dipartimenti tal-gvern u l-ministeri fir-rigward ta' gender mainstreaming?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-gender mainstreaming fid-Dipartimenti tal-Gvern illum qed jiġi ko-ordinat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza permezz ta' kumitati imsejħa Equality Committees, imwaqqfa f'kull Ministeru. Dawn il-kumitati, barra l-focal points,jinkludu wkoll uffiċjali ta' livell ta' direttur biex jiġi żgurat li l-kunċett ta' gender mainstreaming jkollu l-appoġġ fl-għola livell. Il-Kummissjoni qed timplimenta proġett dwar gender mainstreaming finanzjat minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea. Permezz ta' dan il-proġett ġiet impjegata Gender Liaison Officer li r-rwol tagħha, fost affarijiet oħra, hu li tiżgura li l-kumitati msemmija jkunu qed jiltaqgħu u tingħatalhom l-assistenza meħtieġa biex jiddentifikaw sitwazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal diskriminazzjoni. Il-focal points kif ukoll il-membri l-oħra ta' l-Equality Committees jipparteċipaw b'mod regolari fi programmi u laqgħat ta' taħrig organizzati mill-kummissjoni.
Leg 10 PQ #15956 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

European Institute for Gender Equality

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15517, jista' il-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern Malti biex jiddeċiedi li ma jospitax f'pajjiżna l-European Institute for Gender Equality?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.