Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarzna — Fairmount ships

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) min għamel il-kuntratt għan-naħa tat-tarzna fuq il-fairmount ships? (1a) Jista' jgħid min għamel dan il-kuntratt għadux it-tarzna? (1b) Jista' jgħid kemm hu l-estimated profit fuq dan il-proġett tal-fairmount ships?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Traffikar ta' nisa u tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema ente qed tieħu ħsieb il-problema tat-traffikar tan-nisa u tfal? X'tip ta' traffikar qed isir? X'xogħol qed isir f'dan ir-rigward? Xi statistika teżisti għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm bħala numru ta' nisa u tfal traffikati kif ukoll persuni involuti f'dan it-traffikar? Kemm każijiet ġew rappurtati? Kemm każijiet tressqu l-qorti? Għand min jistgħu jirrikorru għall-għajnuna u kenn dawn in-nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li n-nisa u t-tfal indikata jistgħu jirrikorru għas-sapport għand l-Initial Response Team ta' l-Aġenzija Appoġġ. Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferihom lill-Ministru konċernat.

Każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti statistika għal dawn l-aħħar għaxar snin ta' kemm ġew rappurtati każijiet ta' vjolenza fuq in-nisa - domestika u mhux - inkluż każijiet ta' stupru fiż-żwieġ? Kemm minn dawn tressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata ta' l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #23233 Sitting 484 2007-01-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sur Mule Stagno, il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Heritage Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21120.

Impjegat mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli minn kull reklutaġġ li jsir fis-servizz ċivili u s-servizz pubbliku, jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-gvern tiegħu u kif minn impjegat ta' l-Universita' sekondat mal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali, din il-persuna tkun mad-delegazzjonijiet barranin li jkunu hawn Malta? Jista' il-Prim Ministru, filwaqt li jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol ta' l-imsemmi persuna għas-servizzi li qed jagħti filwaqt li jgħid permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni ġie magħżul jaqdi dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li isimha ġie indikat separatament tinsab fuq kuntratt mal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin bħala konsulent. Peress li l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kellu l-post ta’ Direttur tal-Protokol vakanti, u din il-persuna għandha esperjenza f’dan il-qasam, intalbet sabiex sakemm jinħatar Direttur tal-Protokol ġdid, intalbet sabiex sakemm jinħatar Direttur tal-Protokol ġdid, tassisti lill-Ministru fil-qadi ta’ din il-kariga. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna imsemmija.

Occupational Health & Safety Authority — Spetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha spetturi l-Occupational Health & Safety Authority fit-taqsima ġenerali u tal-kostruzzjoni? Kemm għandha Senior Managers l-istess awtorita'? Kemm hemm impjegati bħalissa fi ħdan l-awtorita'? Kemm irriżenjaw/telqu ħaddiema mill-awtorita' mit-twaqqif tagħha sal-lum? Xi kwalifiki għandu l-Head of Technical Operations f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtorita' għandha żewġ spetturi assenjati speċifikament għas-settur tal-kostruzzjoni u ieħor fit-taqsima ġenerali. Barra dawn in-nies, f’dan is-settur jaħdmu wkoll erba’ Uffiċjali oħra, li jintervjenu f’materji li jikkonċernaw apparat, għodda u kimiċi perikolużi, (fosthom l-asbestos) kif użati fis-settur tal-kostruzzjoni. Fil-preżent hemm tliet Senior Managers li jagħmlu xogħol tekniku u speċjalizzat, waqt li hemm Senior Manager u Trainee Senior Manager b’funzjoni maniġerjali. Fil-preżent, l-Awtorita' timpjega għoxrin persuna, li minnhom tnax jagħmlu xogħol tekniku waqt li t-tmienja l-oħra jagħmlu xogħol maniġerjali, amministrattiv jew relatat ma’ kommunikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni. Informat ukoll li minn mindu twaqqfet l-Awtorita' sitt snin ilu, irriżenjaw ħames persuni biex ħadu impjieg fis-settur privat, b’kundizzjonijiet aħjar minn dawk li toffri l-Awtorita', erba li rritornaw mas-settur pubbliku, u tnejn oħra li kellhom l-kuntratt ta’ mpieg tagħhom itterminat mill-Awtorita'. Irid jingħad li biex persuna ‘detailed’ mal-Awtorita' tirritorna lura fis-servizz pubbliku, m’ hemmx bzonn il-permess tal-Awtorita', min-naha l-oħra biex persuna tiġi detailed għal mal-Awtorita', irid ikun hemm il-permess ta' l-MPO. Il-Head Technical Operations huwa kkwalifikat fi proċeduri gudizzjarji, b’esperjenza twila f’dan il-qasam. Ingħata taħrig f’materji maniġerjali taħt il-kappa ta’ diversi proġetti Ewropej. Fil-preżent qiegħed jistudja biex jottenji kwalifika universitarja fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta'.

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tneħħew ħaddiema mit-tarznari fil-proċess ta' ristrutturar? Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi full time? Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi part-time? X'inhu n-numru ta' ħaddiema fit-tarzna llum? Jista' il-Ministru jaqsam it-tweġiba skond in-nazzjonalita' tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tneħħew ħaddiema mit-tarznari fil-proċess ta' ristrutturar? Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi full time? Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi part-time? X'inhu n-numru ta' ħaddiema fit-tarzna llum? Jista' il-Ministru jaqsam it-tweġiba skond in-nazzjonalita' tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li: In-numru ta’ ħaddiema li spiċċaw matul il-proċess ta’ ristrutturar li sar f’ Novembru ta’ l-2003 kien jammonta għal 902. In-numru ta’ ħaddiema ġodda li ddaħħlu fuq bażi full time kien jammonta għal 31 ħaddiem. In-numru ta’ ħaddiema ġodda li ddaħħlu fuq bażi part time kien jammonta għal 87 apprentist. In-numru ta’ ħaddiema fit-tarzna illum huwa kif ġej: Maltin - 1735 Inglizi - 3 Total - 1738. In-numru ta’ ħaddiema barranin fit-tarzna mpjegati fuq kuntratt temporanju fid-9 ta’ Ottubru 2006 kien jammonta għal 200 maqsuma kif ġej: Bulgari - 183 Filippini - 14 Polakki - 3 Total - 200.

Impjegat mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli minn kull reklutaġġ li jsir fis-servizz ċivili u s-servizz pubbliku, jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-gvern tiegħu u kif minn impjegat ta' l-Universita' sekondat mal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali, din il-persuna tkun mad-delegazzjonijiet barranin li jkunu hawn Malta? Jista' il-Prim Ministru, filwaqt li jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol ta' l-imsemmi persuna għas-servizzi li qed jagħti filwaqt li jgħid permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni ġie magħżul jaqdi dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Universita' — Studenti Ċiniżi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn studenti Ċiniżi jistudjaw fl-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid dawn l-istudenti Ċiniżi f'liema korsijiet qegħdin? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-istudenti humiex tfajliet jew ġuvintur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta'studenti ċiniżi li jistudjaw fl-Universita' ta' Malta huwa ta' 190. Informazzjoni dwar il-korsijiet li qegħdin ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tender no. 1703/TSD/2006

Question

B'riferenza għat-tender 1703/TSD/2006 tal-21 ta' Marzu 2006, jista' il-Ministru jgħid: 1) min ħa t-tender? 2) għaliex min ħa t-tender ma bediex jopera meta suppost beda fl-4 ta' Settembru 2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara l-proċess tal-aġġudikar tat-tender ġie magħżul il-kuntrattur li skond rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Aġġudikazzjoni ssottometta l-aktar offerta vantaġġuża u ekonomika. Il-Bord irrakomanda din id-deċiżjoni lill-Awtorita’ għaż-żewġ rotot msemmija fit-tender. L-Awtorita’ qegħda fil-proċess li tinnegozja t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt mall-kuntrattur magħżul.

Maternity leave

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nisa ħadu l-14-il ġimgħa maternity leave fis-settur pubbliku u fis-settur privat sena b'sena, mill-2000 sal-lum? Tista' tgħid kemm sewa kull sena dan il-maternity leave separatament għas-settur pubbliku u għas-settur privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tirrigwarda persuni li jirċievu l-Benefiċċju għall-Maternita' u mhux dwar minn jieħu l-leave għall-maternita'. Ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanti.
Leg 10 PQ #21157 Sitting 438 2006-10-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Forum Malta fl-Ewropa — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' l-impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Forum Malta fl-Ewropa? Jista' jgħid jekk kenitx inħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għal din il-kariga? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-ħlas tal-Kap Eżekuttiv tal-Forum Malta fl-Ewropa huwa Lm 15,000. Din il-persuna ġiet magħżula għall-kompetenza u l-esperjenza tagħha. Il-persuna hija marbuta b` kuntratt deffinit li kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, bil kunsens tal-persuna in-nifisa`.

Segretarjat privat — Press secretary

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol ta' persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li ħatar bħala Press Secretary fis-segretarjat privat tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kundizzjonijiet tas-Segretarja Stampa u Kommunikazzjoni huwa ekwivalenti għal dawk tal-kuntratt tas-Segretarju Privat. Nirreferi lill-Onor Interpellant għad-dokument ‘Engagement of Staff for Minsiter’s Secretariat’ datat Marzu 2004 kif approvat mill-Kabinett.

Double decker buses

Question

B'riferenza għal dak li kien rappurtat li qal fil-Malta Independent on Sunday tas-7 ta' Awissu 2005, jista' il-Prim Ministru jgħid kienx kellem lill-ADT, kif wiegħed, fuq il-każ tad-double deckers? Jekk iva, jista' jgħid x'weġbuh u x'sar minn dak iż-żmien 'il hawn fil-konfront tal-problema ppreżentata lill-Prim Ministru dakinhar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant u nikkonferma li jien kont ikkomunikajt mal-Ministru responsabbli għat-trasport dwar din il-materja. Kif naħseb li l-Onor Interpellant jaf, minn dak iż-żmien ‘l hawn seħħew żviluppi ġodda fis-sens li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħejjiet id-dokumenti meħtieġa dwar żewġ rotot li fuqhom jista’ jingħata servizzi bi skeda bl-użu ta’ open top buses. Inħarġet ukoll, fil-21 ta’ Marzu li għadda, sejħa għal proposti għal servizz fuq dawn iż-żewġ rotot u kull min kien interessat kellu l-opportunita’ li tressaq il-proposta/i tiegħu. Is-sejħa għal proposti għalqet fil-4 ta’ Mejju.

Double decker buses

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx diskrepanza bejn id-drittijiet ta' operaturi barranin ta' double deckers u d-drittijiet ta' operaturi Maltin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19897.

Double decker buses

Question

Peress li kien hawn operaturi barranin li operaw double deckers hawn Malta u peress li dawn jistgħu, meta jridu, joperaw hawn Malta, ma jidhirlux il-Ministru li din hija inġustizzja ma' l-operaturi Maltin u abbuż mill-ADT li dawn l-operaturi Maltin m'humiex permessi joperaw? Jekk dan mhux inġustizzja u abbuż, jista' il-Ministru jispjega dan l-aġir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li ma teżisti l-ebda diskrepanza bejn id-drittijiet ta’ operaturi barranin ta’ double deckers u d-drittijiet ta’ operaturi Maltin. Bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, daħlu fis-seħħ regoli komuni dwar il-ġarr stradali internazzjonali ta’ passiġġieri, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kunsill 684/92 u 11/98. Dawn ir-regolamenti, li jgħoddu għall-pajjiżi membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, jippermettu li dawk l-operaturi kollha koperti b’liċenza tal-Komunità jkollhom aċċess sħiħ fis-suq internazzjonali biex joperaw servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri minn pajjiż għal ieħor fl-Unjoni Ewropea. Waqt li jkun f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea, operatur mhux stabbilit f’dak il-pajjiż jista’ jwettaq servizzi temporanji, magħrufa bħala kabotaġġ, għal perijodu ristrett ta’ żmien u dan skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill 12/98. Skond il-leġislazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, is-servizzi kollha għall-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri jridu jsiru bl-użu ta’ vetturi li jikkonformaw mal-liġijiet tal-Komunità dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi. Tibdil riċenti li sar f’dawn il-liġijiet dwar il-piżijiet u dimensjonijiet massimi tal-vetturi (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/7/KE li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE) daħlu fis-seħħ ukoll f’Malta tard is-sena li għaddiet. Bit-tibdil li sar fir-regolamenti tagħna, l-għoli massimu ta’ 4 metri fir-rigward ta’ vetturi tal-passiġġieri, li sa dak iż-żmien kien japplika biss għal vetturi użati għal servizzi internazzjonali, beda jgħodd ukoll għal vetturi reġistrati lokalment u użati esklusivament f’Malta. Ma teżisti ebda diskriminazzjoni fil-leġislazzjoni Maltija bejn vetturi għall-ġarr ta’ passiġġieri reġistrati f’Malta u dawk reġistrati f’pajjiż ieħor imsieħeb fl-Unjoni Ewropea. Ir-restrizzjonijiet li ġew stabbiliti mill-awtoritajiet fl-użu ta’ vetturi ta’ ċertu għoli fl-ibliet u fl-irħula kif ukoll f’postijiet ta’ interess naturali speċjali jgħoddu l-istess kemm għal vetturi reġistrati f’Malta kif ukoll dawk reġistrati f’pajjiż ieħor waqt li jkunu qegħdin jiċċirkolaw f’Malta.

Double decker buses

Question

Peress li kien hawn operaturi barranin li operaw double deckers hawn Malta u peress li dawn jistgħu, meta jridu, joperaw hawn Malta, ma jidhirlux il-Ministru li din hija inġustizzja ma' l-operaturi Maltin u abbuż mill-ADT li dawn l-operaturi Maltin m'humiex permessi joperaw? Jekk dan mhux inġustizzja u abbuż, jista' il-Ministru jispjega dan l-aġir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Open top double deckers

Question

Jista' il-Ministru jagħti spjega għaliex l-ADT ma weġbitx għall-protest ġudizzjarju tal-4 ta' Mejju 2006 rigward l-open top double deckers li sar mid-diretturi tal-kumpannija Garden of Eden?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-ADT ma weġbitx għall-protest ġudizzjarju ta' l-4 ta' Mejju 2006 rigward l-open top buses, li sar mid-diretturi tal-Garden of Eden, peress li dak iż-żmien ma kienx opportun minħabba li kienu qed jiġu aġġudikati żewġ tenders ta' Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service using open-top buses - Tour A u Tour B.

Open top double deckers

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex issa li hawn is-suq miftuħ, għadu ma ħariġx il-permess għall-open top double deckers?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz b'open top buses jista' jingħata biss fuq żewġ rotot stabbiliti mill-Awtorita' dwar it-Trasport, u li għalihom l-ADT ħarġet sejħa għal proposti fil-21 ta' Marzu 2006. Din is-sejħa għal proposti għalqet fl-4 ta' Mejju 2006.