Legislature:
Category:
Reset
Active:

Open top buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-servizz ta' l-open top buses li għadu kif beda jopera twaqqaf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fiz-zmien li saret il-mistoqsija, dan is-servizz kien waqaf sakemm ġew ċċcarati xi kundizzjonijiet fil-kuntratt. Izda min dak inhar is-servizz reġa beda jopera regolari.

Impjegati mas-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27166, ċioe: B'referenza għad-diskors pubbliku li l-Prim Ministru għamel nhar il-Ħadd, 8 ta' Lulju, jista' jgħid kemm hemm impjegati fis-settur pubbliku li ilhom bil-kuntratt definit erba' snin jew aktar? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-settur li l-impjegat jew impjegata qegħdin fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-impjegati li ilhom b’kuntratt definit erba’ snin jew aktar skond is-settur, huma kif jidher hawn taħt: Servizz Pubbliku 250 Settur Pubbliku 263

Kumpanniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programmi ta' ġrajjiet kurrenti

Question

Peress li programm ta' ġrajjiet kurrenti maħdum mill-kuntrattur jiswa lil PBS Lm2,000 (Lm78,000 fis-sena) hemm xi ħsieb li bl-istess prezz jitqabbdu tmien ħaddiema full time mal-PBS biex dawn il-programmi jsiru inhouse?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema programm qed jirreferi.

Impjegati mas-settur pubbliku

Question

B'referenza għad-diskors pubbliku li l-Prim Ministru għamel nhar il-Ħadd, 8 ta' Lulju, jista' jgħid kemm hemm impjegati fis-settur pubbliku li ilhom bil-kuntratt definit erba' snin jew aktar? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-settur li l-impjegat jew impjegata qegħdin fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

PBS — Żieda ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi proposta fil-PBS biex jiżdiedu l-impjegati? Jista' jgħid jekk hemmx xi deċiżjoni li jiżdiedu l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar żieda t’impjegati. Bħal issa qed issir evalwazzjoni dwar id-dipartimenti ta’ l-isports, aħbarijiet u reklamar biex jiġi deċiż kif dawn għandhom jissaħħu biex jitjieb is-servizz lill-udjenzi u lil min jirriklama.

Żwiġijiet/Separazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellna żwiġijiet u kemm kellna separazzjonijiet fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' żwiġijiet fis-snin indikati fil-Mistoqsija hu kif ġej:- Sena Malta Għawdex 2000 2,164 173 2001 2,017 136 2002 2,077 172 2003 2,169 181 2004 2,176 193 2005 2,188 158 2006 2,285 184 Dwar in-numru ta' separazzjonijiet, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26336.

Kumpaniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26907 u jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpanniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Traffikar ta' persuni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' rapporti ta' traffikar ta' persuni din is-sena? Jista' jgħid kemm tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, tressqu żewġ każijiet quddiem il-Qorti dwar traffikar ta' persuni. Dawn għadhom pendenti quddiem il-Qorti.

Abbużi fuq it-tfal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' każijiet ta' abbużi fuq it-tfal din is-sena? Jista' jgħid kemm tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena? Jista' jgħid kemm mill-vittmi kienu bniet u kemm kienu subien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, il-Pulizija kellha 19-il rapport dwar abbuż fuq 24 tfal, li minnhom 19 huma bniet u 5 subien. Dwar dawn ir-rapporti ġew imressqa quddiem il-Qorti 22 persuna , li s'issa 2 kellhom il-każ deċiż u ġew mogħtija sentenza ta' priġunerija.

Programmi fuq il-PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla tal-programmi fuq il-PBS għall-istaġun li ġej, wara li dawk li kienu magħżula mill-bord editorjali tal-PBS ġew irtirati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi skond il-Programme Statement of Intent, id-deċiżjoni dwar il-programmi għandha tittieħed mill-Bord tad-Diretturi f'Lulju.

Trabi li twieldu lill-ommijiet taħt l-eta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi din is-sena u s-sena l-oħra lill-ommijiet ta' 16-il sena u taħt is-16-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-eta' u skond il-lokalita' li tiġi minnha l-omm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn Jannar tas-sena 2006 u l-aħħar ta' Marzu tas-sena 2007 twieldu 68 tarbija lill-ommijiet ta' sittax -il sena jew iżgħar. Il-lokalitajiet huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt: Trabi li twieldu lill-ommijiet ta' 16 - il sena jew inqas bejn Jannar tas-sena 2006 u l-aħħar ta' Marzu tas-sena 2007. Region Mother's age 15 years or less 16 years Total Gozo 0 1 1 North Harbour 9 15 24 South Harbour 6 12 18 South East 5 8 13 Northern 1 3 4 Western 1 7 8 Malta and Gozo 22 46 68

Vjolenza domestika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' vjolenza domestika din is-sena? Jista' jgħid kemm mill-każijiet tressqu nies l-qorti? Jista' jgħid il-lokalitajiet li fihom joqogħdu dawk irrappurtati u kemm hemm każijiet f'kull lokalita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħamex xhur ta' din is-sena l-Pulizija kellha 117 rapport li b'xi mod jinkwadraw taħt vjolenza domestika, filwaqt li matul l-istess perijodu nbdew proċeduri kriminali kontra 151 persuna dwar l-imsemmija reati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' rapporti.

Sussidju fuq ġwież/għalf

Question

Għaliex għadhom ma tħallsux is-sussidju fuq ġwież/għalf lill-produtturi lokali għall-perjodu ta' Lulju - Diċembru, 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għas-sussidji fuq il-ġwież ser ikunu pproċessati fil-ġranet li ġejjin. Id-dewmien irriżulta minn kjarifiki meħtieġa fuq applikazzjonijiet partikulari.

Sussidju fuq il-ġwież/għalf — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ħarġux il-formuli għall-applikazzjoni tas-sussidju fuq il-ġwież/għalf għal perjodu ta' Lulju sa Diċembru, 2007 issa li diġa ninsabu f'nofs Ġunju? Għaliex din it-traskuraġni f'dan ir-rigward?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26740.