Jista' l-Ministru jgħid qabel ma ġie ffurmat l-kumitat Education Consultative Council tal-MFSA, sar rendikont tal-korsijiet kollha li qed jiġu provduti f'Malta li jolqtu dan is-settur?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għad-domanda ta’ l-Onorevoli Membru hija fl-affermattiv. Qabel ma tieħu inizzjattivi konnessi mat-taħrig fis-sevizzi finanzjarji, l-MFSA tevalwa u tagħmel rendikont tal-korsijiet relevanti u ta’ kwalita’ li jolqtu l-aspett vokazzjonali u dawk ta’ żvilupp professjonali f’dan is-settur.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-kumitat Education Consultative Council mwaqqaf mill-MFSA? X'tip ta' organizzazzjonijiet jiffurmaw parti minn dan il-kumitat u fuq liema kriterji ġew magħżula? Hemm xi membri fuq dan il-kumitat li huma msieħba jew jiffurmaw parti minn organizzazzjonijiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jgħid qabel ma ġie ffurmat l-kumitat Education Consultative Council tal-MFSA, sar rendikont tal-korsijiet kollha li qed jiġu provduti f'Malta li jolqtu dan is-settur?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema mal-kunsilli lokali li ġew appuntati/seconded ma' dipartimenti tal-gvern, ministeri jew entitatjiet oħra fis-settur pubbliku?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li jekk bil-mistoqsija qed tirreferi għall-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali appuntati/seconded ma' Dipartimenti tal-Gvern, Ministeri jew entitajiet oħra, ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda ħaddiema f'din il-kategorija.
Mill-banda l-oħra hemm numru ta' ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Dipartiment għall-Gvern Lokali u ta' l-IPSL li huma appuntati/seconded mal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex. Sa l-aħħar tas-sena 2007 dawn kienu jammontaw għal madwar mitejn u għaxra (210), jiġifieri iffrankar lill-Kunsilli Lokali f'salarji għas-somma ta' €2.80 miljun (Lm1.2 miljun).
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29105 u jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjoni għal xogħol bil-kuntratt definit fis-servizz pubbliku matul is-snin 2003,2004,2005,2006 u 2007? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond il-grad mitlub fis-sejħiet? Jista' jgħid kemm ħaddiema fis-servizz pubbliku li jaħdmu fuq kuntratt fiss, ngħataw jew se jingħataw kuntratt indefinit skond il-gradi tal-kuntratt ekwivalenti mas-servizz pubbliku? Jista' jagħti l-informazzjoni skond il-ħaddiema humeix irġiel jew nisa f'kull każ?
Jista l-Prim Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord li għamel l-interviews għall-psikologi nhar il-Hamis 29 ta' Novembru 2007?
Jista' jgħid minn min hu kompost il-bord li għamel l-interview għal chief psychologist nhar il-Ġimgha 30 ta' Novembru?
Jista jgħid xi kriterji ntużaw biex issir l-għażla minn bejn il-kandidati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29060 u jgħid :
Kemm huwa l-ammont ta' postijiet vakanti fil-gradi ta'
i) prinċipal anzjan
ii) prinċipal
iii) assistent prinċipal
f'kull dipartiment/ministeru rispettivament fl-aħħar ta' Novembru 2007?
Kemm minn dawn il-gradi rispettivament ser jimtlew
i) minn uffiċjali pubbliċi li jgħaddu l-eżami intern, u
ii) minn kandidati li jidħlu minn barra s-servizz pubbliku?
Kemm minn dawn il-gradi rispettivi ilhom vakanti
i) inqas minn 3 xhur
ii) bejn 3 u 6 xhur
iii) aktar minn 6 xhur?
Kemm hu stamt li dan ir-reklutaġġ ser jaffettwa n-nefqa pubblika tal-gvern matul is-sena 2008?
Kemm minn din in-nefqa addizzjonali ġiet provduta fl-estimi finanzjarji ta' l-2008 taħt id-diversi ministeri/dipartimenti konċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
i) Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li vakanzi fil-gradi msemmija fis-Servizz Ċivili jinħolqu kontinwament minħabba irtirar ta’ Uffiċjali, mobilità dejjem tikber tal-ħaddiema jew ħolqien ta’ postijiet ġodda skond l-esiġenzi tas-servizz partikulari.
ii) Il-mili ta’ postijiet vakanti fil-gradi msemmija huwa regolat mill-Ftehim Settorjali Relattiv bejn il-Gvern u l-Unions.
iii) Huwa stmat li d-Dipartimenti jkunu ħasbu biex jitolbu l-fondi neċessarji għal dawk li huma postijiet ġodda.
iv) Għar-rigward ta’ mili ta’ vakanzi, minħabba irtirar tal-ħaddiema rispettivi, diġa jkun hem mil-fondi neċessarji pprovduti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29067 u jgħid x'inhu n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol minn dawn il-lokalitajiet: L-Isla, Bormla, il-Birgu, il-Kalkara, Wied il-Għajn, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ix-Xgħajra u Marsaxlokk, lokalita b'lokalita? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li n-numru ta' nies li sabu xogħol minn Jannar sa Ottubru 2007 fl-istess lokalitajiet u li qabel kienu qed jirreġistraw hu ta' 952 u dawn huma mqassma hekk :-
Bormla - 129 Xgħajra - 23
Fgura - 150 Żabbar - 205
Kalkara - 51 Żejtun - 144
Marsascala - 115 Isla - 50
Birgu - 60 Marsaxlokk - 25.
Tista l-Ministru tghid minn min hu kompost il-bord li se jaghmel l-interviews ghall-psikologi nhar il-Hamis 29 ta' Novembru 2007?
Tista' tghid minn min hu kompost il-bord li se jaghmel l-interview ghal-chief psychologist nhar il-gimgha 30 ta' Novembru?
Tista jghid xi kriterji se jintuzaw biex issir l-ghazla minn bejn il-kandidati?
Minħabba li hemm madwar 25 nurse minn Wied il-għajn li jaħdmu l-iSptar Mater Dei, jista' l-Ministru jara l-possibilita' li ssir karozza tal-linja diretta minn Wied il-Għajn li tgħaddi xorta minn Haz-Zabbar imma mingħajr il-ħtieġa li n-nurses ta' Wied il-Għajn joqogħdu jibdlu l-karozza tal-linja Haz-Zabbar kif qed jiġri llum? In-nurses qed jiltaqgħu ma' problema speċjalment is-Sibt u l-Ħadd meta mhux dejjem ikun hemm karozza tal-linja u jaslu tard għax-xogħol.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-ADT u l-ATP sabiex tiġi diskussa l-possibilta li jittejjeb is-servizz fil-lokalita ta’ Wied il-Għajn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjoni għal xogħol bil-kuntratt definit fis-servizz pubbliku matul is-snin 2003,2004,2005,2006 u 2007? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond il-grad mitlub fis-sejħiet? Jista' jgħid kemm ħaddiema fis-servizz pubbliku li jaħdmu fuq kuntratt fiss, ngħataw jew se jingħataw kuntratt indefinit skond il-gradi tal-kuntratt ekwivalenti mas-servizz pubbliku? Jista' jagħti l-informazzjoni skond il-ħaddiema humeix irġiel jew nisa f'kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid :
Kemm huwa l-ammont ta' postijiet vakanti fil-gradi ta'
i) prinċipal anzjan
ii) prinċipal
iii) assistent prinċipal
f'kull dipartiment/ministeru rispettivament fl-aħħar ta' Novembru 2007?
Kemm minn dawn il-gradi rispettivament ser jimtlew
i) minn uffiċjali pubbliċi li jgħaddu l-eżami intern, u
ii) minn kandidati li jidħlu minn barra s-servizz pubbliku?
Kemm minn dawn il-gradi rispettivi ilhom vakanti
i) inqas minn 3 xhur
ii) bejn 3 u 6 xhur
iii) aktar minn 6 xhur?
Kemm hu stamt li dan ir-reklutaġġ ser jaffettwa n-nefqa pubblika tal-gvern matul is-sena 2008?
Kemm minn din in-nefqa addizzjonali ġiet provduta fl-estimi finanzjarji ta' l-2008 taħt id-diversi ministeri/dipartimenti konċernati?
Jista l-ministru jgħid kemm kellna mwiet kawża tal-kanċer tas-sider fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006, sena b'sena? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet u l-lokalitajiet li ġejjin minnhom il-vittmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna twelid ta' trabi minn single mothers fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006, sena b'sena? Jista jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet u skond il-lokalitajiet li ġejjin minnhom l-ommijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-fanal tal-lighthouse l-antika ta' Delimara qed jitħalla jitmermer?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li permezz ta' ftehim milħuq bejn l-Awtorita’ Marittima u l-għaqda Din l-Art Ħelwa fis-sena 2006, il-fanal ta' Delimara ġie mgħoddi lil din l-istess għaqda sabiex jiġi restawrat. Fil-fatt, fit-2 ta’ Marzu 2006, l-Awtorita’ Marittima kienet ħabbret dan permezz ta’ konferenza stampa li kienet saret fil-post. L-iskop aħħari ta’ dan il-ftehim huwa li wara li dan il-monument storiku jiġi restawrat ikun ukoll aċċessibli għal pubbliku inġenerali. Fl-istess okkażjoni l-Awtorita’ kienet ukoll preżentat is-somma ta’ Lm13,000 sabiex tgħin lill-għaqda fix-xogħolijiet ta’ restawr li kienu meħtieġa. Arranġament simili kien sar ma’ l-istess għaqda rigward it-torri ta’ Santa Marija ġewwa Kemmuna.
L-Awtorita’ hija nfurmata li x-xogħolijiet relatati mar-restawr fuq dan il-fanal huma fi stadju avvanzat u fil-jiem li ġejjin Din l-Art Ħelwa sejra tħabbar iktar dettalji dwar ix-xogħolijiet li saru f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol minn dawn il-lokalitajiet: L-Isla, Bormla, il-Birgu, il-Kalkara, Wied il-Għajn, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ix-Xgħajra u Marsaxlokk, lokalita b'lokalita? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28239 u jgħid jekk l-informazzjoni mill-primary radars ta' Ħal-Luqa u Ħad-Dingli hix qed tiġi użata għall-kontroll ta' l-ajru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mill-primary radars ta' Ħal-Luqa u Ħad-Dingli mhux qiegħda tintuża għall-kontroll ta' l-ajruplani bħal issa. Qiegħda tintuża dik mis-secondary radars fuq Ħad-Dingli u Ħal-Luqa. MATS Ltd qiegħda tindirizza s-sitwazzjoni biex l-informazzjoni mill-primary radars terġa tibda tintuża mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27161 u jgħid kemm swew sa issa r-reklami għall-Isptar Mater Dei fuq il-PBS? Jista' jgħid min ħadem dawn ir-reklami?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.