Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra/formola li ntbagħtet lil dawk li kellhom applikazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1997-1998?
Jista' jgħid lil kemm-il applikant intbagħtet?
Kemm kienu dawk li b'konsegwenza ta' din l-ittra inqatgħu minn fuq ir-reġistru għax ma bagħtuhiex lura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra li intbagħtet lil 4864 applikant li kien hemm mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Minn 4864 applikazzjoni kienu inqatgħu 1663.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati inġiniera ma' l-Air Malta minn Jannar ta' din is-sena sal-lum fil-purchasing sector u fid-development sector? Kemm kienu dawk li applikaw għal kull kategorija? Liema kriterji ntużaw biex saret l-għażla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li mill-bidu ta` din is-sena sa llum, fuq avviz awtorizzat mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, l-Air Malta impjegat tlitt inginiera fis-settur tal-Planning and Development u wiehed f`dak tal-Materials and Purchasing minn fost sebgha u tletin applikanti. L-ghazla saret a bazi tal-kriterji soltu uzati rigward kwalifiki u adattabilita`.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb li jiġu nklużi numru ta' sessjonijiet dwar vjolenza domestika fil-kors li għadu kemm beda fl-akkademja għal rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li s-suġġett ta' Vjolenza Domestika huwa nkluż fil-kurrikulum il-ġdid li tħejja għar-rekluti fil-kors tal-Pulizija li għadu kemm beda fl-Akkademja.
12.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm individwi bbenefikaw mill-miżura li kien daħħal Gvern Nazzjonalista fl-1992 li biha individwi li jagħmlu xogħol volontarju approvat barra minn Malta jkollhom l-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali kreditata għall-perijodu taż-żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkalkolat li ser ikun hemm 107 applikant li ser jibbenefikaw minn kreditu ta' kontribuzzjoni għal perjodu ta' żmien li dawn l-istess persuni jkunu qed jagħmlu xogħol volontarju approvat barra minn Malta.
4.10.99
Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għal bozza 120/39/2/73 ġewwa l-Mosta tiġi pproċessata minħabba li l-area hija mudlama u hemm diversi rapporti li qed tiġi frekwentata minn drug abusers?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex titwaħħal bozza fil-post imsemmi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' cleaners fid-Dipartiment tas-Saħħa, u x'persentaġġ jifforma mill-complemenent eżistenti li jinsabu fuq light duties?
Tista' l-informazzjoni tingħata sptar sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-grad ta' `cleaner' ma jeżistix, nitlob lill-Onor.Interpellant tispeċifika għall-liema grad qed tirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mpjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa fin-nursing grades, u x'persentaġġ jifforma mill-complement eżistenti li jinsabu fuq light duties? Tista' l-informazzjoni tingħata sptar sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar nfermiera fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej:
Numru ta' Numru fuq %
mpjegati light duty
_______________________________
Sptar San Luqa 704 3 0.4
Sptar Boffa 76 - -
Sptar Monte Carmeli 204 - -
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7123, jista' l-Ministru jispeċifika jekk is-Sur Carmel D'Amato, fit-18 ta' Settembru, 1997, intbagħatx jagħmel xogħol ta' Assistent Kap ta'skola f'Sir Luigi Preziosi Girls' Secondary School St. Andrews?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Mr D'Amato kellu dawn l-isturzzjonijiet.
"Please note that pending your appointment as Assistant Head your services will be required in the following school/s with effect from 18th September 1999".
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6979 tas-17/5/99 (Seduta 99), jista' l-Ministru jispeċifika f'liema taqsima ta' restawr kien qed jaqdi d-doveri dan l-Assistent Kap ta' skola, li ismu qed jintbagħat separatament? Minn meta ntbagħat f'din it-taqsima? Min u meta ntbagħat minfloku jaqdi d-doveri ta' Assistent Kap ta' skola biex jimla' l-post li tħalla vakanti meta din il-persuna marret fit-TAqsima tar-Restawr?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din il-persuna ħadmet fuq preparazzjoni għat-twaqqif ta' Ċentru ta' Restawr, fuq programmi didattiċi għall-iskola tar-Restawr u ħadmet ukoll fuq kuntratti internazzjonali f'dan il-qasam speċjalment mal-UNESCO.
Kien intbgħat mit-18 ta' Settembru. Minn floku, fl-istess data, ntbgħat is-Sur Carmel D'Amato biex jgħin fl-amministrazzjoni ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid fejn kien qed jaqdi d-dover tiegħu bħala Assistent Kap ta' Skola il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, fit 18 ta' Settembru 1997?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din il-persuna kien qed jaqdi d-dover tiegħu f'xi taqsima ta' restawr li kellu l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jinbeda x-xogħol ta' drenaġġ fi Triq il-Konti Manduca, Naxxar, meta t-triq kollha hija mibnija u abitata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi hemm kawża bejn xi residenti f'din it-triq li tirrigwarda propjeta' privata li rridu ngħaddu minnha biex inqabbdu l-main. Peress li din il-kawża qiegħda SUB-JUDICE, id-Dipartiment qed jistenna li tinqata' qabel ma x-xogħol jitkompla, għax fil-fatt kien inbeda u kellu jieqaf ħesrem minħabba din il-kwestjoni.
Segretarjat Parlamenti għad-Drittijiet tan-Nisa — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'kuntratt bejn l-1997 u l-1998 fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa? Meta bdew u meta jagħlqu dawn il-kuntratti? Min kienu dawk fuq kuntratt? X'ħidma wettqu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' xi studji li għamlu? Xi ħlas kellhom dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn is-sena 1997 u 1998 kien hemm erba' persuni b'kuntratt fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa. Dawn kienu kif ġej:
Dr Helen Borg LL.D. bdiet fil-11.11.96 b'kuntratt għal sena sa l-10.11.97 fil-kariga ta' Uffiċjal għall-pariri legali. Il-kuntratt, li kien għal ġimgħa ta' ħmistax-il siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz, kien ġie mġedded sa l-10.11.98. Dr Borg kellha ħlas ta' Lm2290 fis-sena. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie terminat skond klawsola fl-istess kuntratt.
Ms Jane Attard bdiet fuq bażi "full time" fit-8.5.97 b'kuntratt għal sena fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat Privat. Il-kuntratt tagħha kien ġie mġedded sas-7.5.99. Ms Attard kellha hlas ta' Lm3424 fis-sena. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie terminat skond klawsola fl-istess kuntratt.
Sar kuntratt bejn il-Gvern u l-Malta University Services għas-servizzi ta' konsulenza ta' Dr Mary Darmanin bejn 1.9.97 u 30.8.98. Il-kuntratt kien għal ġimgħa ta' għoxrin siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz. Il-ħlas għal dan ix-xogħol kien ta' Lm3251.
Ms Sandra Cachia B.A. (Hons.) Social Administration, bdiet fil-5.1.98 fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat privat. Il-kuntratt tagħha, fuq bażi full time, kien għal sena. Ms Cachia kellha ħlas ta' Lm3907 fis-sena u allowance ta' Lm50 fix-xahar għal xogħol wara l-ħin. Il-kuntratt ġie terminat mal-bidla fl-amministrazzjoni skond klawsola fl-istess kuntratt.
Nota separata tispjega x-xogħol li għamlet il-konsulenta Dr Darmanin li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
11.1.99
B'riferenza għal dak li qalet l-Onor. Helena Dalli nhar il-Ġimgħa 18 ta' Diċembru, 1998 fil-Parlament waqt li kienet qed titkellem dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1999, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kuntatti għamel l-MPO mal-Commonwealth dwar esperti biex jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż? X'riżultati konkreti ħallew dawn l-kuntatti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi fit-30 ta' Settembru 1997, il-Management
and Personnel Office bagħat proposta dettaljata lill-
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent dwar
għajnuna teknika li seta jibbenefika minnha l-Gvern Malti.
Il-proposta intitolata Strategy for increasing the
representation by women in decision making positions in the
Maltese public sector kellha tintbagħat lill-Commonwealth
Fund for Technical Co-operation għal deċiżjoni finali. Fil-
proposta ġew mitluba s-servizzi ta' espert fuq Gender
Policy fis-settur pubbliku, u kien ġie propost ukoll li l-
espert tkun stazzjonata fis-Segretarjat Parlamentari għad-
Drittijiet tan-Nisa għal perjodu ta' tliet xhur,
preferibbilment fil-bidu ta' l-1998.
Sa llum jidher li l-Commonwealth Secretariat qatt ma
bagħat risposta, u għalhekk s'issa l-ebda espert tagħhom ma
ġiet Malta biex tagħti għajnuna teknika lill-Gvern fuq
Gender Policy.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-Numru ta' infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 huwa 244.
Minn dawn kien hemm 48 Staff Nurses u 150 Enrolled Nurses.
Id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm l-infermiera trasferiti kull darba huma kif ġej hawn taħt:
Data Numru ta' Data Numru ta'
nfermiera nfermiera
trasferiti trasferiti
________________________________________________ _________
27.02.97 81 23.12.97 2
28.02.97 1 14.01.98 2
03.04.97 2 15.01.98 1
04.04.97 15 16.01.98 2
11.04.97 1 22.01.98 1
18.04.97 1 23.01.98 2
09.05.97 13 29.01.98 3
19.05.97 1 16.02.98 6
11.06.97 2 24.02.98 1
17.06.97 4 03.03.98 2
11.07.97 4 06.03.98 1
14.07.97 11 03.04.98 2
17.07.97 2 20.04.98 1
18.07.97 3 27.04.98 5
01.03.97 1 22.05.98 2
07.08.97 3 03.06.98 2
08.08.97 2 08.06.98 3
12.08.97 1 15.06.98 2
21.08.97 5 19.06.98 8
26.08.97 2 13.07.98 3
01.09.97 12 16.07.98 1
23.09.97 1 28.07.98 2
13.10.97 1 03.08.98 8
31.10.97 1 11.08.98 1
10.11.97 1 19.08.98 3
17.11.97 1 24.08.98 4
25.11.97 1 27.08.98 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Jista' l-Ministru jagħti n-nefqa fuq mobile phones u telefonati (fuq mobiles) tas-Segretarjat tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq mobile phones u telefonati tas-Segretarjat tas-Saħħa bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 kienet ta' Lm6,600. L-informazzjoni f'aktar dettall qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema mpjegati li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħadu aktar minn Lm500 f'overtime fil-perjodu bejn Jannar u l-aħħar ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa kull impjegat u minn min kien awtorizzat dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li ħadu aktar minn Lm500 f'overtime bejn Jannar u l-aħħar ta' Novembru 1998 kienu awtorizzati minn kif ġej:
Isem Ammont Awtorizzat
Lm
______________________________________________ ___________________
Baldacchino Carmel 1313.50 Direttur Saħħa Pubblika
Cassar Francis 1364.78 Direttur Saħħa Pubblika
Borg Micallef Joseph 1127.64 Direttur Saħħa Pubblika
Camilleri Paul 1152.78 Direttur Saħħa Pubblika
Craus Louis 1378.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
868.00 Direttur Saħħa Pubblika
Mangion Borg Emanuel 1444.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
1138.71 Direttur Saħħa Pubblika
Micallef Jesmond 1530.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
Paul Pace 817.66 Tabib Ewlieni tal-Gvern
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru charges fid-Dipartiment tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Għaliex ħafna charges ħarġu l-ġimgħa ta' wara l-elezzjoni? Meta kienet id-data ta' meta sar l-allegat ksur tar-regolamenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Diviżjoni tas-Saħħa saru 559 charges bejn Novembru 1996 u Awissu 1998. Fil-gimgħa ta' wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998 ħarġu 4 charges, li mhux ikkunsidrat bħala numru kbir. Id-data ta' meta sar l-allegat ksur tar-regolarmenti f'dawn il-kazi kien 16 ta' Jannar 1998, 14 t'Awissu 1998, 13 ta' Lulju 1998 u 28 ta' Lulju 1998.
L-ex Ministru tas-Saħħa kien stqarr pubblikament li kien ta aktar minn 70 charge f'jum wieħed fil-Head Office. Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ksur allegat u x'weħlu l-impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fuq struzzjonijiet ta' l-ex Ministru tas-Saħħa, l-Agent Tabib Prinċipali tal-Gvern ħareġ numru ta' Chargesheets lil 73 impjegat fil-Head Office tad-diviżjoni tas-Saħħa. Fil-Każ taż 68 minnhom, l-ksur allegat kien li ma kienux niżżlu l-ħin tal-ħruġ qabel ħallew il-post tax-xogħol tagħhom, minkejja d-diversi ċirkularijiet li nħarġu mid-Dipartiment, kif ukoll skond para. 3.1.2.2. ta' l-Estacode.
Fil-Hamsa każi l-oħra, l-ksur allegat kien kif ġej:-
1. Bħala Uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tad-Dixxiplina, ħalla l-post
tax-xogħol tiegħu fis-12.45p.m. meta suppost baqa' hemm sas-1.30p.m. Dan l-istess Uffiċjal ġie akkużat ukoll li bħala ufficjal mid-Dixxiplina u responsabbli mill-attendance Sheet tal-Head Office suppost kien hu li jagħti eżempju lill-impjegati tiegħu. Fuq talba
tal-akkuzat, il-każ intbagħat għand il-Public Service Commisssion. Fl-1 ta' Dicembru, 1997 il-Bord ikkonkluda li l-akkużat ma kienx wettaq ir-reati li biħ gie akkużat.
2. Bħala uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tad-Drug Control, waqt spezzjoni
li saret fis-1.18p.m. minn uffiċjal tas-Saħħa, irriżulta li tlett ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabilita ta' dan l-uffiċjal, kienu diġa ħallew il-post tax-xogħol tagħhom. Bħala uffiċjal responsabli minn din is-sezzjoni, dan l-uffiċjal kellu d-dmir jara li dawn it-tlett impjegati iħallu l-post tax-xogħol tagħhom fil-ħin stipulat fis-1.30p.m.
3. Tlett impjegati fis-seżżjoni tad-drug Control, ma nstabux fil-post
tax-xogħol tagħhom, waqt spezzjoni li saret minn uffiċjal tas-Saħħa fis-1.18p.m. Dawn l-istess impjegati ġew akkużati ukoll li ma kienux niżżlu l-ħin tal-ħruġ qabel ħallew il-post tax-xogħol tagħhom, minkejja d-diversi ċirkularijiet li nħarġu mid-Dipartiment, kif ukoll skond para 3.1.2.2 ta' l-Estacode.