Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26035 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-dekasteru ta' l-Edukazzjoni, impjegati li qegħdin fuq Parental Leave huma kif ġej: Dipartiment Numru ta' Skala impjegati Nisa _______________________________________________________ Direttur Servizzi Korporattivi 2 14 1 18 _______________________________________________________ Segretarjat Parlamentari Nil Nil _______________________________________________________ Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport Nil Nil _______________________________________________________ Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 2 7 12 8 79 9 4 10 12 11 21 13 17 14 11 15 8 18 1 19 1 20 ---------------------------------------------------------- Subtotal 168 _______________________________________________________ Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1 14 1 15 _______________________________________________________ Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nil Nil _______________________________________________________ Dipartiment tal-Mużewijiet 3 16 _______________________________________________________ Dipartiment tal-Kultura Nil Nil _______________________________________________________ Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjoniali 1 Senior Clerk _______________________________________________________ Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija Nil Nil _______________________________________________________ Universita` ta' Malta (Academic) 1 Asst. Lecturer (Univ. Scale 7) (Non-Academic) 2 11 4 13 1 14 1 15 1 17 _______________________________________________________ PBS 2 D 1 C 1 B _______________________________________________________ Dar il-Mediterran għall- Konferenzi Nil Nil _______________________________________________________ Ċentru Malti għar-Restawr Nil Nil _______________________________________________________

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26037 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għall-Ambjent

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati fil-Ministeru għall-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq Parental Leave huwa 13. Dawn huma kollha nisa. Minn dawn l-impjegati hemm 2 f'kull skala 11 u 13, 3 f'kull skala 14 u 15 u 1 f'kull skala 18 u 19. Barra minn dawn hemm waħda Casual Typist.
Leg 9 PQ #26039 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa li qegħdin fuq 'parental leave' huwa 182. Minn dawn 4 huma rġiel u 178 nisa. Dawn l-impjegati qegħdin fl-iskali kif ġejjin hawn taħt: Skala 5 - 3 nisa Skala 6 1 raġel 2 nisa Skala 7 - 8 nisa Skala 8 - 18 nisa Skala 9 - 17 nisa Skala 10 - 39 nisa Skala 11 - 15 nisa Skala 12 - 14 nisa Skala 13 - 13 nisa Skala 14 - 19 nisa Skala 15 2 irġiel 13 nisa Skala 16 - 5 nisa Skala 18 1 raġel 12 nisa ________________________________________________ 4 rġiel 178 nisa
Leg 9 PQ #26028 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għal Għawdex

Parental Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? F'liema skali huma dawn l-impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent hemm 26-il ħaddiem fuq ‘parental leave’. Minnhom 25 huma nisa. Dawn l-impjegati qegħdin f’dawn l-iskali: Skala Numru ta’ Impjegati fuq parental leave 8 1 9 2 10 3 12 3 13 2 14 9 15 4 19 1 20 1
Leg 9 PQ #26029 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26030 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm ħames impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd li qegħdin fuq parental leave. Dawn huma kollha nisa. Waħda qegħda fi Skala 13, tnejn qegħdin fi Skala 14 u tnejn qegħdin fi Skala 15.
Leg 9 PQ #26031 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tat-Turiżmu

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm żewġ impjegati t-tnejn nisa li qegħdin fuq Parental Leave, waħda fi Skala għaxra (10) u l-oħra fi Skala tmintax (18).

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' impjegati li qegħdin fuq parental leave huwa kif ġej:- SKALA NRU. TA' ĦADDIEMA IRĠIEL NISA 7 1 1 - 10 1 - 1 11 1 - 1 14 5 - 5 15 9 - 9 16 3 - 3 TOTAL 20 1 19
Leg 9 PQ #26033 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` impjegati fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern li qegħdin fuq parental leave hu ta` 24 li minnhom, 2 huma rġiel u li l-bqija (22) huma nisa. Għal dawk fiċ-Ċivil, l-iskali huma hekk: Scale 11 - 2 Scale 12 - 3 Scale 14 - 7 Scale 15 - 2 Scale 16 - 1 Scale 18 - 1 Scale 19 - 2 Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta` l-Ippjanar 5 huma fil-gradi Tekniċi/Klerikali u 1 Professjonista.
Leg 9 PQ #24392 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' refurbishment sar fl-isptar Monte Carmeli bejn 1997 - 2000 (sena b'sena) kemm kienet l-ispiża (sena b'sena) X'inhuma l-pjani għall-futur qarib?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiża sena b'sena kienet kif ġej:- 1997 LM 20,250 1998 LM 21,400 1999 LM 86,760 2000 LM132,760 Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fis-snin 1997 sa 2000. Il-programm tax-xogħlijiet għas-sena li qegħdin fiha jinkludi l-Admission Ward il-Ġdida, Unit ġdid għal Forensic Psychiatry u numru ta` xogħolijiet oħra ta` skala iżgħar.
Leg 9 PQ #24392 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Interim From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' refurbishment sar fl-isptar Monte Carmeli bejn 1997 - 2000 (sena b'sena) kemm kienet l-ispiża (sena b'sena) X'inhuma l-pjani għall-futur qarib?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22406 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Systems of Knowledge — Subject Co-Ordinators

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22000, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-subject co-ordinators tas-Systems of Knowledge fl-iskejjel ta' l-Istat (u mhux fil-Junior College) bejn id-19-11-1997 u 22-05-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu indikat, is-Sur Emanuel V. Borg u s-Sur George Gauci kienu s-Subject Co-ordinators tas-suġġett "Oqsma ta' l-Għerf" fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi u fil-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo rispettivament.
Leg 9 PQ #22409 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap ta' Skola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21779?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel erba' Assistenti Kapijiet kienu fost grupp ta' disa' li ġew irrikmandati biex jimlew vaganzi li nħolqu fost oħrajn minn: Assistent Kap li ġie appuntat Kap fid-9 ta' Mejju 1997 u 3 Assistenti Kapijiet li ġew irrikmandati biex jiġu appuntati Kapijiet fis-7 ta' Mejju 1997. L-aħħar ħames Assistenti Kapijiet kienu minn fost grupp ta' ħdax li ġew irrikmandati biex jimlew fost oħrajn vaganzi li nħolqu minn: 3 Assistenti Kapijiet li laħqu Kapijiet fl-1 ta' Ġunju 1998, wieħed li rtira fil-11 ta' Ġunju 1998 u wieħed li rtira fis-6 ta' Ġunju 1998.
Leg 9 PQ #22097 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għal Għawdex

Respite Centre — Għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li ta għajnuna fil-bini tar-respite centre tal-Fondazzjoni Arka f'Għawdex, kemm f'materjal, kif wkoll f'ħaddiema li ħadmu fuq il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tinghata f'seduta ohra
Leg 9 PQ #22000 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Systems of Knowledge — Subject Co-Ordinators

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu s-Subject Co-Ordinators tas-Systems of Knowledge matul il-perjodu 19-11-1997 u l-22-5-1998 u f'liema skola kienu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Subject Co-Ordinator tas-Systems of Knowledge matul il-perjodu 19/11/97 u l-22/05/98 kien is-Sur Louis Scerri u kien qed jaqdi d-dmirijiet teigħu fil-Junior College.
Leg 9 PQ #21779 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap ta' Skola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħolqu (ġurnata, xahar, sena) l-vacancies ta' assistent kap ta' skola li rispettivament intlew mill-assistenti kapijiet ta' skola li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l-informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21247 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Appointment

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-appointment lill-persuni li d-dettalji tagħhom jidhru separatament (ġurnata, xahar, sena)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sur Anthony Demicoli laħaq Kap ta' Skola fl-1 ta' Ġunju 1998. Is-Sur George Gauci laħaq Subject Coordinator tas-Systems of Knowledge fid-19 ta' Novembru 1997.
Leg 9 PQ #20120 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assitent Kap ta' Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħolqu (ġurnata, xahar, sena) l-vacancies ta' Assistent Kap ta' Skola li rispettivament intlew mill-Assistent Kap ta' l-Iskola li d-dettalji tagħhom qed jintbagħatu separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-vacancies ta' Assistenti Kapijiet ta' Skola inħolqu kif se nsemmi: Zammit Temi 03.02.97 Asst. Kap li laħaq Kap ta' Skola Grech Joseph 03.03.97 Asst. Kap li laħaq Kap ta' Skola Said Grace 12.06.97 Asst. Kap li laħqet Kap ta' Skola Miceli Pauline 03.02.97 Asst. Kap li laħqet Kap ta' Skola Attard Joe 26.05.97 Asst. Kap li rtira Saliba Carmel 11.12.97 Asst. Kap li rtira D'Amato Carmel 18.09.97 Asst. Kap li ġie trasferit Axiaq Philip 05.11.97 Asst. Kap li ġie seconded Junior College Bonello Philip 05.05.98 Asst. Kap li rtira.