Legislature:
Category:
Reset
Active:

B'Bugia — Triq L-Immakulata Kunċizzjoni, Bengħajsa

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 35551, dwar Triq l-Immakulata Kunċizzjoni Bengħajsa B'Buġia, jista' il-Ministru jgħid x'rapport kellu min-naħa tad-dipartiment tat-toroq wara l-ispezzjoni li dan id-dipartiment kellu jagħmel fit-triq imsemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi fl-ispezzjoni li wettqet l-Awtorita' dwar it-Trasport ġie stabbilit illi x-xogħol meħtieġ jikkonsisti fi tqegħid ta' wiċċ ġdid f'din it-triq, inkluż dawk il-partijiet tagħha fejn sar twessiegħ. Dan ix-xogħol hu stmat li jammonta għal madwar Lm33,000. L-Awtorita' irrapurtat li x-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellanta qiegħed fil-programm ta' asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.

B' Bugia — Asfalt

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tad-dipartiment tat-toroq biex jingħata wiċċ asfalt lil Triq l-Immakulata Kunċizzjoni Bengħajsa B'Buġia peress li din hija t-triq prinċipali li twassal għall-Ħamlet ta' Bengħajsa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjona t-triq imsemmija.
Leg 9 PQ #34884 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ittra ta' Rakkmandazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34683 li ma kinitx twieġbet minħabba li tħallew barra xi kliem mill-mistoqsija meta kienet ġiet ittajpjata u ċioe: B'riferenza għal mistoqsija 34438, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' rakkmandazzjoni li jingħad li ntbagħtet f'Jannar'98? Jista' jiċħad jew jikkonferma li din l-imsemmija ittra ntbagħtet fil-fatt f'Mejju 1998 u mhux f'Jannar 1998 jew li din l-ittra ntbagħtet darbtejn jiġifieri f'Jannar u f'Mejju? Jista' jara hemmx żball fil-ħames isem fil-lista, li ħoloq vacancy peress li dan l-assistent kap ma rtirax mill-post li kien jokkupa qabel is-sena 2000? Ma jidhirlux li din l-ittra ta' rakkmandazzjoni kienet saret b'mod anomalu peress li fiha ġew rakkmandati biex jilħqu assistenti kapijiet ta' skola a) 3 għalliema li ġew posted to perform assistant head of school duties f'Settembru'97 u b) tnejn oħra li ġew posted f'Settembru'98 - u li l-ħamsa li huma ingħataw l-appointment f'22 ta' Mejju 1998. Secondment to Junior College, joħloq vacancy on the complement u aktar u aktar meta l-istess assistent kap ta' skola mar lura fuq dmirijietu mas-servizz pubbliku bħala assistent kap ta' l-iskola Paolino Vassallo xi żmien wara? Min mela l-vacancies in the school li nħolqu mit-tliet persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-ittra ta' rakkomandazzjoni lill-Public Service Commission imsemmija intbagħtet darba biss. Ma jirriżultax li hemm żball fil-ħames isem tal-lista għaliex il-kandidat kien ġie nnominat sabiex jimla post vakanti ta' Assistent Kap ta' skola sekondarja flok Assistent Kap ieħor li ġie trasferit biex imexxi l-iSkola Nawtika. Infurmat ukoll li t-tliet għalliema li ġew posted f'Settembru 1997 ma ġewx posted to perform assistant school heads duties imma ġew infurmati li "pending your appointment as Assistant Heads, your services will be required in the following school". Iż-żewġ għalliema l-oħra li ħadu l-appointment f'Mejju ma ġewx posted immedjatament imma fil-bidu tas-sena skolastika li kien imiss. Fiż-żewġ każi d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fittxet l-interess ta' istudenti billi assigurat li l-programm ta' studju tagħhom ma jkunx interrot. L-użanza li trasferiment ta' staff isir kemm jista' jkun fil-bidu tas-sena skolastika għadha fis-seħħ. Infurmat ukoll li fil-każ ta' secondment to Junior College li ħalla post vakant fl-iskola, inħolqot vacancy. Il-vacancies in the school li nħolqu mis- 1) Sur Saviour J Muscat imtliet mis-sur Carmel Borg li ġie trasferit minn skola oħra; 2) Sur Saviour Rizzo imtliet mis-sur Alfred vassallo li wkoll ġie trasferit minn skola oħra. Is-sur Charles Kerr li kien magħżul minħabba l-esperjenza tiegħu fil-qasam sabiex imexxi l-iskola bħala teacher in charge, baqa' jmexxi l-iskola kif ħa l-ħatra ta' Assistent Kap.
Leg 9 PQ #34683 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ittra ta' Rakkommandazzjoni

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34438, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' rakkommandazzjoni li jingħad li ntbagħtet f'Jannar'98? Jista' jiċħad jew jikkonferma li din l-imsemmija ittra ntbagħtet fil-fatt f'Mejju 1998 u mhux f'Jannar 1998 jew li din l-ittra ntbagħtet darbtejn jiġifieri f'Jannar u f'Mejju? Jista' jara hemmx żball fil-ħames isem fil-lista, li ħoloq vacancy peress li dan l-assistent kap ma rtirax mill-post li kien jokkupa qabel is-sena 2000? Ma jidhirlux li din l-ittra ta' rakkommandati kienet saret b'mod anomalu peress li fiha ġew rakkomandati biex jilħqu assistenti kapijiet ta' skola a) 3 għalliema li ġew posted to perform assistant head of school duties f'Settembru'97 u b) tnejn oħra li ġew posted f'Settembru'98 - u li l-ħamsa li huma ingħataw l-appointment f'22 ta' Mejju 1998. Secondment to juniour college, joħloq vacancy on the complement u iktar u aktar meta l-istess assistent kap ta' skola mar lura fuq dmirijietu mas-servizz pubbliku bħala assistent kap ta' l-iskola Paolino Vassallo xi żmien wara? Min mela l-vacancies in the school li nħolqu mit-tliet persuni li ismihom qed jintbagħat separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt infurmat li peress li l-verżjoni korretta ta' din il-Mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru illum it-Tnejn 15 ta' Lulju 2002, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34438 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistant Heads

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema vacancy on the complement of assistant head of school inħolqot (ġurnata/xahar/sena u isem ta' min ivvota l-post ta' assistant kap ta' skola) biex seta' jingħata l-appointment ta' assistent kap ta' skola lil kull wieħed rispettivament mill-għalliema li isimhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid ukoll meta saret ir- recommendation mill-education division biex dawn il-ħamsa jingħataw l-appointment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-9 ta' Jannar 1998 id-Diviżjoni kitbet lill-'Public Service Commission' biex tinfurmaha li jeżistu ħames 'vacancies on the complement of Assistant Head of School' fl-iskejjel Sekondarji ikrejati kif se nsemmi: Mr Carmel Grech Superanuated 26-05-1997 Mr Henry Zammit Superanuated 11-12-1997 Mr Salvino J Muscat Superanuated 03-12-1997 Mr Saviour Rizzo Seconded to Junior College 05-11-1997 Mr Charles Kerr Għalliem inkarigat mill-iskola Nawtika Għaldaqstant id-Diviżjoni rrakomandat li l-ħames kandidati li jmiss jiġu maħtura Assistenti Kapi fl-iskejjel Sekondarji. I.D. Ordni ta' Mertu Mr Joe Attard 000446G 30 Mr Carmel Saliba 110251M 32 Mr Carmel D'Amato 852353M 33 Mr Philip Axiaq 098548M 34 Mr Philip Bonello 849149M 36 Il-persuna li kienet ikklassifikata fil-31 post, irtirat fis-27 ta' Lulju 1997. Il-persuna li kienet ikklassifikata fil-35 post kienet diġa' ġiet maħtura assistent kap fl-iskejjel primarji fis-27 ta' Ottubru 1997.

Żurrieq — Triq Matteolo Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ħa t-tender biex issir it-Triq Matteolo Saliba Żurrieq u meta hu maħsub li jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt għax-xoghlijiet fi Triq Matteolo Saliba ż-Żurrieq għadu kif ingħata lid-ditta Alfred Schembri & Sons u l-kuntrattur qiegħed jagħmel il-preparamenti neċessarji biex jinbeda x-xogħol.

Triq Port Ruman — M'Xlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tqum it-Triq Port Ruman M'Xlokk (Phase 1 u Phase 2)? Min daħal għal din l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fuq phase 1 u phase 2 ta' Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk swew Lm117,768 u Lm19,400 rispettivament, għal ammont globali ta' Lm137,168. Ix-xogħol kollu tħallas mid-Direttorat għat-Toroq.

Triq Ċiċerun — Marsa Xlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża biex issir Triq Ċiċerun (Marsa Xlokk)? Min se jidħol għal din l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li ser isir fi Triq Ċiċerun u l-akwati tagħha ser jiswa madwar Lm25,000 u ser jitħallas mid-Direttorat għat-Toroq.

Triq Matteolo Saliba — Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess biex Triq Matteolo Saliba Żurrieq tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ħareġ sejħa għall-offerti biex isir xogħol f'din it-triq u fil-preżent għaddej il-proċess biex jiġi aġġudikat il-kuntratt għal dan ix-xogħol.

Żurrieq — Triq Matteolo Saliba

Question

Jista' l-Ministru jinforma f'hiex wasal it-tendering process biex tiġi magħmula parti minn Triq Matteolo Saliba Żurrieq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq lesta l-istimi meħtieġa għax-xogħol li jrid isir mid-Dipartiment. Malli l-Korporazzjoni ta` l-Ilma li għandha bżonn tagħmel xogħol f'din it-triq tgħaddi l-istimi tagħha lid-Dipartiment, tkun tista' tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #31258 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitneħhew il-vdalijiet ta' karozza abbandunata li tinsab ġewwa Triq Ġibilta' ġewwa n-Naxxar (ħdejn Binja Ħamrija)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija tneħħiet.
Leg 9 PQ #31270 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

B'referenza għall-PQ 30186 jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rappurti simili dwar xogħol illegali li qiegħed isir ġewwa garage ġo New Str in St Peter Str Mġarr kif juru dawn ir-ritratti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha ilmenti kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellanti. Dawn dejjem ġew investigati u fejn irriżultaw, inbdew proċeduri kriminali, liema proċeduri għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #30419 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati inċidenti (fl-għassa tal-Ħamrun) li ġraw bejn it-traffic lights li jirregolaw it-traffiku fil-Blata l-Bajda fid-direzzjoni tal-Belt f'dawn l-aħħar 3 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-30 ta’ Novembru 2001, ġew irrapurtati lill-Pulizija (fl-Għassa tal-Ħamrun) 4 inċidenti stradali fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn kollha ġew irrapurtati matul din is-sena.
Leg 9 PQ #30186 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern

Imġarr — Xogħol f'Garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waslux rapporti l-għassa ta' l-Imġarr dwar xogħol li qed isir f'garaxx bejn Triq Romeo Cali u Triq San Pietru l-Imġarr (Malta)? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha xi rapporti anonimi li kien qed isir xi xogħol kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn l-ilmenti ġew investigati, fejn irriżulta li kien qed isir xogħol fuq xi vetturi ta` sid il-garaxx stess. Peress illi l-identita` ta` min ċempel ma kienitx magħrufa, il-Pulizija ma setgħatx tistwixxi passi quddiem il-Qorti kontra s-sid talli dejjaq lill-ġirien.
Leg 9 PQ #29535 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk li l-istipendju ta' l-istudenti fl-iskejjel post-sekondarji u fl-Universita' hux se jknu trasferit fuq l-ismart card.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma kien hemm ebda ħsieb li l-parti ta' l-Għotja tal-Manteniment li llum tingħata lill-istudenti kull xahar b'ċekk jew tkun trasferita direttament fil-kont bankarju tagħhom, tkun trasferita għal fuq l-iStudents' Card.
Leg 9 PQ #28857 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rekoverati pazjenti mill-faċilita korrettiva ta' Kordin fis-sala San Mikiel minn jannar 2001 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Black Spot

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb ta' black spot li hemm kaġun ta' nuqqas ta' 2 poles ta' traffic lights fil-Blata l-Bajda ħdejn il-knisja tal-mużew, ħdejn il-Bus Stop li minħabba dan in-nuqqas isiru numru ta' inċidenti stradali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jara x`jista jsir f`dan il-post.
Leg 9 PQ #26041 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parental Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li qegħdin fuq “Parental Leave” huwa tnejn u għoxrin. Dawn huma kollha nisa f’dawn l-iskali: Skala 10 - 1 Skala 13 - 5 Skala 14 - 9 Skala 15 - 5 Skala 16 - 2
Leg 9 PQ #26042 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (BORG, JOE)

Għandi ngħarraf lill-Onorevoli Membru li hemm tmien (8) impjegati, kollha nisa li qegħdin fuq parental leave. Waħda minnhom qegħda fuq skala 13, tnejn qegħdin fuq skala 14, tnejn oħra fuq skala 15 u tlieta fuq skala 16.
Leg 9 PQ #26034 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tal-Finanzi

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fid-dekasteru tiegħi hemm 35 impjegat/a fuq parental leave imqassmin kif ġej: Skala tas-salarju Nisa Rġiel Total 7 - 1 1 10 1 - 1 13 7 - 7 14 10 1 11 15 9 1 10 16 3 - 3 18 2 - 2 32 3 35