Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #19146 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policy fuq iċ-ċimiterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif bil-Policy li ħarget il-MEPA fuq ċimiterji hux se tolqot konvenji ta’ bejgħ ta’ oqbra ffirmati mill-amministrazzjoni preċedenti fuq oqbra li lanqas biss għadhom jeżistu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi konvenji ta' bejgħ huma ta' natura ċivili bejn il-partijiet li daħlu f'konvenju. Il-MEPA ma tidholx fi kwistjonijiet ċivili bejn il-partijiet. Il-policy li giet finalizzata riċentament, imliet vojt kbir illi kien jeŻisti peress illi sa issa ma kienx hemm qafas illi fuqu setgħu jigu deċiŻi tali applikazzjonijiet.Dan ifisser illi issa permessi ta' estensjonijet ta' ċimiterji jistgħu jinħargu u għalhekk ikun hemm aktar oqbra li jistgħu jinħargu għall-bejgħ għall-pubbliku. Ċimiterji ġodda mhux antiċipati taħt din il-policy.
Leg 12 PQ #19147 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – ODZ Policy

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li l-MEPA tagħmel ODZ Policy u x’vantaġġi għandha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dan id-dokument importanti ġie xprunat mill-fatt ili kienu ilu jinhass il-bzonn ta’ dokument ġdid sabiex jinġabru f’ dokument wieħed dawn it-tlett dokumenti ta’ policy : L-Agriculture, Farm Diversification and Stables Policy (2008), Il-Policy “The Development Control Guidance: Development Outside Built-Up Areas (PLP 20) 1995” Il- Policy “Development Control Guidance: Swimming Pools Outside Development Zone, 2000”. Dan id-dokument ġdid bl-isem “Rural Policy and Design Guidance, 2014” qed igawdu minnu l-aktar il-bdiewa u r-rahhala. Id-dokument hu maqsum f’sitt partijiet - hamsa minn dawn huma relatati ma’ l-Agrikoltura, kif indikat: 1. General Policies and Objectives, 2. Farm Dwellings and Agriculture Buildings, 3. Development Related to Value Added Activities, jigifieri produzzjoni tal-inbid, zejt u ghasel 4. Farm Diversification, jigifieri farm retail, visitor attractions for farming u Agrotourism 5. Animal Sanctuaries, Enclosures, Stables and Horse Riding/Sports Establishments, 6. Other Forms of Development Outside Built-Up Areas (non-Agricultural). Il-vantaggi prinċipali , fost diversi oħrajn ta’ dan id-dokument huma: - għall-ewwel darba hemm spjegat car x’jista’ wiehed jibni jew ma jibnix f’zoni barra miż-żoni tal-izvilupp, - id-dokument hu konċiz b’policies ċari, - gie mwaqqaf l-Agriculture Advisory Committee biex iservi ta’ “ one stop shop, ” u jitneħħa l-bzonn li bidwi jkollu jmur id-dipartiment tal-Agrikoltura biex igib informazzjoni neċessarja dwar l-operat tiegħu, meta japplika għal xi żvilupp.
Leg 12 PQ #19148 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Floor Area Ratio Policy

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega l-importanza tal-Floor Area Ratio Policy fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ spazju u biex ma titteħidx art ġdida f’ODZ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Floor Area Ratio Policy tipprovdi opportunita biex dak il-volum ta’ bini li llum hu stipulat fil-Pjanijiet Lokali ,jkun jista’ jinbena b’mod differenti fejn nofs l-art tajba għal bini tkun tista tithalla bħala spażju miftuh. B’hekk tinħoloq il-possibilita biex spażji bħal dawn, apparti li jkunu qed iservu ta’ pulmun għal-lokalita, ikunu jistgħu jintuzaw ukoll mill-komunita għal skop ta’ rikrejazzjoni. Din il-policy toffri wkoll il-possibilta fejn ċerti żoni fl-ibliet u rħula tagħna jkunu jistghu jigu rigenerati bi żvilupp ta’ kwalita ahjar fejn ikun hemm anki titjib fl-ambjent urban tagħna. B’hekk ukoll l-ambjent ta’ madwarna ikun jista’ jigi trasformat f’ambjent aktar pjaċevoli u għalhekk tkun tista tittaffa l-pressjoni biex in-nies ifittxu ambjent ahjar f’żoni ODZ. Aspett iehor relatat ma’ dan l-argument hu li b’dan l-istess hsieb wiehed ikun qed joħloq opportunitajiet fejn l-industrija tal-kostruzzjoni tkun tista’ tkompli miexja l-quddiem billi jsiru investimenti relatati ma’ rigenerazzjoni u żvilupp ta’ kwalita ahjar f’żoni li diga huma żviluppati
Leg 12 PQ #19149 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotel Height Adjustment Policy

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’vantaġġi għandha l-Hotel Height Adjustment Policy u x’suċċess kellha din il-policy kemm għas-sidien u kif ukoll għas-settur turistiku nkluż il-ħaddiema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

F’suq internazzjonali iktar kompetittiv il-prodott turistiku jrid jitjieb u din il-policy għamlitha aktar faċli biex lukandi e¿istenti jkunu jistgħu jaghmlu din il- qabza fil-kwalita u jespandu kemm bħala numru ta’ sodod kif ukoll bħala servizzi anċillari u addizjonali mal-lukanda filwaqt li tirregola t-tkabbir biex taċċerta li ma ssirx ħsara li¿-¿oni urbani. Is-settur turistiku huwa mportanti għall-ekonomija ta’ Malta għax jagħti kontribut qawwi lid-dħul ta’ munita barranija u jimpjega numru qawwi ta’ ħaddiema . Din il-policy fil-fatt diġa wasslet biex lukandi ewlenin f’Malta jkabbru l-facilitatjiet tagħhom u meta jitlestew se jkomplu j¿idu l-ħaddiema u l-kompetittivita tas-settur fil waqt li jitjieb il- prodott offrut.
Leg 12 PQ #19150 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż legali rigward is-Sanità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’mistenni li jkun l-effett tal-avviż legali li riċentament il-Gvern beda jaħdem fuqu u li jirrigwardja s-Sanità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-avviz legali dwar is-sanita hu bzonnjuz għaliex qed jamenda l-CAP.10 Code of Police Laws Part V. Kien hemm il-bzonn ta’ avviz legali ġdid għaliex dak li hu ezistenti ilu ma jigi emendat, mal-bzonnijiet u l-policies li qed nużaw illum. Dawn l-emendi jindirizzaw fost ohrajn: 1. Wisgħat u tul ta’ btieħi interni u dawk ta’ wara b’mod car skond l-għoli (f’metri) tal-bini l-ġdid, 2. Btieħi ta’ binjiet mibnijja qabel l-1967, 3. Daqsijiet ta’ btieħi f’binjiet kummerċjali, 4. Definizzjonijiet ċari tat-termini li jintużaw f’dan l-avviz legali, 5. Kċejjen fil-basements, bil-bzonn ta’ rapport minn inginier, 6. Ventilazzjoni, daqsijiet ta’ aperturi u projections etc. L-Awtorita l-ġdida ser tkun tista’ tiddeciedi hi stess dwar kazijiet ta’ Sanita, mingħajr il-bzonn ta’ bord iehor. B’hekk jkompli l-proċess ta’simplifikazzjoni u tnaqqis tal-burokrazija illi huwa commitment ta’din l-amministrazzjoni. Dawn id-deċizjonijiet ser ikunu suggetti għall-appell quddiem it-Tribunal ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 12 PQ #19139 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Separazzjoni tal-oqsma tal-ippjanar u l-ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’vantaġġi se jkun hemm, kemm għall-ippjanar kif ukoll għall-ambjent bis-separazzjoni tal-oqsma tal-ippjanar u l-ambjent? X’saħħa se tiżdied lid-Direttorat tal-Ambjent, ladarba din issir Awtorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Is-separazzjoni tal-oqsma tal-ippjanar u l-ambjent se ġġib is-segwenti vantaġġi għall-qasam tal-ippjanar: 1. Separazzjoni tal-poter bejn l-organu li se jvara l-policies (u allura l-Kunsill EŻekuttiv) u l-organu li jiddeċiedi l-permessi (il-Planning Board u l-Planning Commissions). Dan għandu jservi għal aktar trasparenza u delinjament ta’ responsabiltajiet kif titlob amministrazzjoni pubblika serja; 2. Fit-tfassil tal-policies, il-kunsill e¿ekuttiv se jkun jista’ jlaqqa’ rapprezentanti ta’ entitajiet u aġenziji oħrajn tal-gvern. Dan għandu jwassal għal aktar streamlining, anqas kunflitti fi ħdan l-entitajiet governattivi u policies li jitfasslu aktar malajr; 3. Fit-tfassil tal-Pjani Lokali, issa it-tibdiliet kollha iridu jkunu disponibbli lill-pubbliku. Se jkun evitat li jsir tibdil fl-aħħar faŻi ta’ tibdil mingħajr ma l-pubbliku jiġi kkonsultat bħalma ġara fl- 2006; 4. Għall-ewwel darba, il-liġi qed tindika x’ jiġri f’ kaz ta’ kunflitt bejn id-diversi policies. L- istrateġija Spazjali dwar l-Ambjent u l-iŻvilupp se tirbaħ fuq il-policies sussidjarji. Dan għandu jwassal għal aktar trasparenza u ċertezza legali. 5. Se jingħata dritt ta’ appell issa anke f’ kaz ta’ planning control applications li jolqtu bdil fil-linji tat-toroq. Dan sal-llum ma kienx possibli. Dan se jfisser aktar drittijiet liċ-ċittadini; 6. Il-Bord tal- Ippjanar li se jiddeċiedi l-applikazzjonijiet ta’ Żvilupp se jinkludi għall-ewwel darba membru li jirrappreŻenta l-NGOs Ambjentali, membru li jirrapreŻenta l- Awtorita’ l-Ġdida ta’ l- Ambjent u f’ kaz ta’ proġetti kbar, membru tal-Kunsill Lokali, skond il-lokalita; 7. Se jitwaqqaf għall-ewwel darba kumitat tal- Konsulenza dwar id- Disinn sabiex fil-kaz ta’ proġetti fil-UCAs u proġetti kbar, jagħti pariri dwar estetika. Il-kumitat konsultattiv li twaqqaf bil-policy tal-ODZ issa se jitwaqqaf bil-liġi wkoll; 8. Issa se jkun possibli li persuna li jallega li permess ikun inħareg b’ mod frawdolenti jew sottomissjonijiet Żbaljati, jitlob lill-Bord tal-ippjanar jirrevoka l-permess. F’ kull sitwazzjoni, it-talba trid tinstemgħa fil- pubbliku fil–presenza tal-partijiet u mhux se tibqa’ aktar diskrezzjonali jekk it-talba tinstemgħax jew le bħalma jiġri illum; 9. Se tiġi ntrodotta liġi adhoc li twaqqaf Tribunal indipendenti li jisma’ appelli minn deċi¿jonijiet kemm ta’ ambjent u kif ukoll l- ippjanar. Għall- ewwel darba, permess ta’ Żvilupp jista’ jiġi appellat minn Awtorita ambjentali u minn kull entita jew aġenzija li tiġi konsultata. 10. It-Tibunal se jkollu terminu ċar li fih irid jinqata’ l-appell. Dwar il-vantaġġi għall-qasam tal-ambjent ikun aħjar li tintalab din l-informazzjoni minngħand l-MSDEC.
Leg 12 PQ #19140 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control 2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuwa t-tibdil saljenti tal-inizjattiva Development Control 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dokument Development Control Design Policy, Guidance and Standards mhuwiex dokument li sempliċiment ser jieħu post id-dokument preċedenti, DC 07, izda huwa ġabra ta' policies , linji gwidi u standards li jindirizzaw il-pajsaġġ urban. Dan id-dokument jinkludi wkoll revizjoni ta' dokumenti Development Control within UCAs (1995), Shopfronts (1994) u, Traffic Generation, Access and Parking (Circular 3/93). Forsi l-aktar punt kardinali fuqiex huwa ibbaŻat id-dokument kollu huwa l -importanza tal-kuntest. Dan sabiex l-identita tad diversi bliet u rhula Maltin u Għawdxin jibqghu jigu mharsa.
Leg 12 PQ #19141 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – dħul ta’ introjtu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm il-MEPA daħlet introjtu mill-miżati li roħsu u jekk dan kienx ikbar jew inqas mis-snin ta’ qabel? Fl-2014, kemm kellha applikazzjonijiet il-MEPA sad-data meta tkun mwieġba din il-mistoqsja, xahar b’xahar u kif jikkumparaw mal-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill l-MEPA li dahlet dawn l-ammonti murija hawn taħt bħala Development Permit Fee : 2012 €5,403,593 2013 €5,937,002 2014 €5,998,620 Hawn taħt hawn tabella li tagħti l-ammont ta’ applikazzjonijiet li ġew validati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar: Xahar / Sena 2012 2013 2014 2015 Jannar 242 412 341 366 Frar 281 282 294 379 Marzu 300 279 398 401 April 268 250 394 398 Mejju 266 379 294 451 Ġunju 300 313 371 445 Lulju 278 346 389 419 Awwissu 258 293 255 371 Settembru 213 313 334 374 Ottubru 320 321 376 485 Novembru 277 317 243 532 * Sal-20/11 Diċembru 165 176 233 Total 3168 3681 3922 4621 Total sa Ottubru 2726 3188 3446 4089
Leg 12 PQ #19142 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Miżati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fil-futur il-MEPA għandhiex xi inizjattiva oħra relatata mal-miżati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19142, l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m’għandhiex pjanijiet immedjati sabiex tirrevedi il-miżati ta’ żvilupp. Ta’ min wieħed jiftakar li it-tariffi għall-applikazzjonijiet għal i¿vilupp kienu mraħħsa konsiderevolment f’ April 2013, permess tal-avviż legali numru 126 tal-2013 - Regolamenti tal-2013 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, fejn ċertu żviluppi saħansitra raħsu b’aktar minn ħamsin fil-mija.
Leg 12 PQ #19143 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — DNO

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta bdiet is-sistema ta’ DNO, kemm-il applikazzjoni daħlet bħala DNO u jista’ jgħid jekk hemmx xi inizjattivi oħra rigward DNO, li l-MEPA qed taħdem fuqha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall mistoqsija parlamentari numru 19143, get mgħarraf mill l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li irċeviet tlieta u għoxrin elf u wieħed u disgħin applikazzjoni (23,091) għal-DNO min meta twaffqet is-sistema tad-DNO. Bħalissa l MEPA qed taħdem fuq ir revisjoni tal -ligi primarja, l-Att 10 tal 2010 minhabba l qasma tal Awtorita f' żewg entitajiet. Għalhekk l-Avviz Legali li jirririgwardja d-DNO ser tiġi reveduta ukoll.
Leg 12 PQ #19144 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policy li tirregola l-imwejjed u s-siġġijiet fuq proprjetàajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega f’liema stadju waslet il-policy ġdida li tirregola l-imwejjed u s-siġġijiet fuq proprjetajiet tal-Gvern użati minn ħwienet tal-ikel u x’inhuma l-punti saljenti ta’ din il-policy ġdida?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Iż-żmien tal-fażi ta' konsultazzjoni pubblika skada fis-6 ta' Novembru, u bħalissa għaddej il-proċess sabiex tigi emendata il- policy fuq bazi tal-kummenti u suggerimenti tal-pubbliku. Il-punti saljenti tal-policy il-ġdida huma: 1) Principji ġenerali tad-disinn 2) Aċċess għall-pubbliku 3) Sigurta' għall-klijenti u għall- pubbliku 4) Standards ta' kwalita' 5) l-Immaniġġjar tal-art pubblika 6) Disinn ta strutturi li jagħtu id-dell 7) Disinn ta' apparat relatat Kopja sħiħa tal-policy hija ppubblikata fil-website tal-MEPA taħt il-vuċi Public Consultation.
Leg 12 PQ #19133 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtiega ta’ skema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet? X’vantaġġ se jkun hemm għall-inkwilini/ċenswalisti? Sa issa kemm daħlu applikazzjonijiet ta’ xiri u kif inhuma maqsumin? Jista’ jgħid jekk l-inkwilini/ċenswalisti eżistenti, hux bilfors iridu jagħżlu li jixtru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet hija ntiża sabiex tgħin lil dawk il-familji li jridu jsiru sid tal-proprjetà li huma jikru jew li qegħda għandhom b’ċens mingħand il-Gvern. Sa issa daħħlu total ta’ 352 applikazzjoni minn familji li għandhom kirja jew ċens fuq garaxxijiet tal-Gvern f’diversi nħawi ta’ Malta u Għawdex. 173 applikazzjoni kienu minn kerrejja li jridu jixtru l-garaxx mikri lilhom filwaqt li l-ammont ta’ 179 applikazzjoni kienu minn ċenswalisti li jixtiequ jixtru d-Dirett Dominju tas-sit fuq liema huma bnew il-garaxx tagħhom. Din l-Iskema hija fuq bażi volontarja u mhux bilfors li l-inkwilini/ċenswalisti iridu jagħżlu li jixtru.
Leg 12 PQ #19134 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlas ta’ espropji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara li l-gvern diġa’ ħa inizjattiva li jindirizza espropji li kien ilhom pendenti, billi ħallas dawk l-espropji kollha li kienu jammontaw sa €15,000, hemmx ippjanat xi forma ta’ inizjattiva bħal din biex jitħallsu faxxa oħra ta’ espropji pendenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget għas-sena 2016, il-Gvern huwa kommess li jħallas lil dawk is-sidien kollha li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000 (ħamsin elf) u dan dejjem suġġett għal prova ta’ titlu. Huwa stmat li permezz ta’ din il-miżura, se jiġu trattati l-każijiet ta’ madwar 200 plot.
Leg 12 PQ #19135 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema HOS

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamel sa issa l-gvern u x’biħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin fir-rigward ta’ djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-HOS u li għad m’għandhomx titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena tkompla l-eżerċizzju sabiex jitħallsu sidien li l-art tagħhom kienet ġiet akkwistata għall-Home Ownership Scheme. Din is-sena tħallset is-somma ta’ €1,405,084.93 biex ġew akkwistata kompletament artijiet fejn fuqhom hemm mibnija plots tal-HOS fil-lokalitajiet ta’ Għargħur, Dingli, Msida, Birkirkara, Ħal Qormi, Xagħra Għawdex, Rabat u Marsa. B’hekk l-ammont ta’ 167 familja li jgħixu f’dawn l-HOS plots ma baqgħux iktar fuq konvenju. Dan l-e¿erċizzju ser jitkompla wkoll is-sena d-dieħla u diġa ġew identifikati numru ta’artijiet f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fejn fuqhom hemm mibnija plots tal-HOS, li ser jiġu akkwistati kompletament mill-fondi li ġew ivvutati għal dan il-għan.
Leg 12 PQ #19136 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn l-istat u l-Knisja – artijiet li ġew mgħoddija lill-istat — problemi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex isolvi l-problemi kbar li hemm pendenti wara aktar minn għoxrin sena minn meta sar il-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja rigward artijiet li ġew mgħoddija lill-Istat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2015, bdiet tiġi ndirizzata bis-serjeta il-kwistjoni ta’ mijiet ta' espropji pendenti li huma proprjetà tal-Knisja u ta’ diversi entitajiet tagħha. Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li l-ħsieb originali tal-Ftehim tal-1991 li sar bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede kien illi, fost affarijiet oħra, dawn l-espropji kellhom jiġu mħallsa sa mhux aktar tard minn 5 snin minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim tal-1991, iżda fil-fatt, 22 sena wara kien għadu ma sar xejn. Biex tiġi ndirizzata din il-kwistjoni, din is-sena, ġiet preparata u finalizzata lista ta' dawk l-esproprji kollha li kien hemm qbil dwarhom fir-rigward tal-kumpens offrut mill-Gvern lill-Knisja, liem kumpens jaqbeż is-somma ta' €2 miljuni. Il-pjan huwa, illi fix-xhur li ġejjin titkompla din il-ħidma, sabiex jibdew jiġu ndirrizati wkoll dawk l-esproprji l-oħra kollha, li sa issa ma kienx hemm ftehim dwarhom.
Leg 12 PQ #19137 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet u binjiet tal-gvern — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu jsir sabiex binjiet u proprjetajiet tal-gvern li huma fi stat ta’ abbandun u fi ħtiega kbira ta’ manutenzjoni, jiġu rreġenerati u jkunu wkoll sors ta’ dħul għall-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn is-sentejn, sar e¿erċizzju sabiex jiġu identifikati binjiet u proprjetajiet tal-Gvern li huma fi stat ta’ abbandun u fi ħtiega kbira ta’ manutenzjoni bil-għan li dawn jiġu rreġenerati. Ġew identifikati diversi proprjetajiet u nħarġu wkoll espressjoni ta’ interess fejn il-Gvern qed joffri konċessjoni ta’ 45 sena fuq il-proprjetà lil dawk li huma nteresatti fl-immaniġġjar u r-restawr ta’ dawn il-proprjetajiet. Uħud mill-proprjetajiet li qegħdin fil-proċess li jgħaddu għand il-privat wara li nħarġu espressjoni t’interess huma l-Palazz ta’ Strickland ġewwa l-Imġarr, il-Palazz tal-Marfa, l-Isptar tal-Iżolament fl-Imtarfa, Sit fil-Bużbezija limiti tal-Mosta, Is-Suq tal-Belt u Dar Mattia Preti ġewwa Marsamxett.
Leg 12 PQ #19138 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stratigic Planning for Environment and Development

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien ilu jinħass il-bżonn ta’ l-iStratigic Planning for Environment and Development u x’ippermetta li jsir fil-passat bin-nuqqas tiegħu? X’metodu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni kien hemm biex dan il-pjan jiġi approvat? X’fakultà qed jagħti dan il-pjan strateġiku u kif se jitjiebu l-proċeduri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-1999 kien inħass li l-pjan ta’ Struttura (li kien gie mniedi fl-1992) kellhu jġi rivedut biex jirefletti l-htiġijiet soċjo-ekonomiċi u ambjentali tal-pajjiż ta’ dak iż-żmien.li jfisser illi kien ilu mill-1999 li kien hemm l-bżonn ta’pjan strategiku għaż-żminijiet attwali. Minnhabba f’hekk l-politka ta’ l-użu ta’ l-ispażju ma kienetx qegħda pari passu mal-politka soċjo-ekonomika u ambjentali ta’ pajjiżna tant li kellhom jigu ppreparati ħafna policies biex jimlew dan il-vojt. Il-proċess tal-iSPED beda fl-2011 u kien karaterrizat minn diskussjonijiet twal mal-ministeri u dipartimenti tal-gvern biex jigu identifikati u pprijorizati l-bżonnijiet ta’ l-użu ta’ l-art u tal-baħar flimkien ma perjodi ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta’ pajjiżna kif ukoll il-pubbliku. Dan il-proċess gie ripetut meta kien hemm il-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013. L-SPED qiegħed jintegra l-b¿onnijiet tal-użu tal-ispazju kemm fl-art kif ukoll il-baħar u allura qegħdin nevitaw l-kunflitti bejn pjanijiet u policies differenti kif ukoll qed jagħti lok biex jigu aggornati policies esistenti.

Aġenzija Sapport – linji gwida

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri qiegħda tieħu l-Aġenzija Sapport sabiex tirrefletti l-linji gwida tal-United Nations Convention On The Rights Of Persons With Disabilities (2006) (UNCRPD) (2006) u n-National Disability Policy (2015)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija SAPPORT qed toffri Servizz fil-Komunita maghruf bhala ‘Independent Community Living’, fejn persuni b’diżabilita li ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom, għandhom iċ-ċans li jgħixu b’mod indipendenti fil-komunita’ minflok jidħlu ġo residenza. Dawn l-individwi qed jiġu assisti finanzjarjament sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw assistenti personali biex jgħinuhom fil-bżonnijiet tagħhom ta’ matul il-jum. Barra minn dan, il-persuni b’di¿abilita li jkollhom bżonn ammont żgħir ta’ siegħat ta’ assistenza matul il-ġimgħa għandhom iċ-ċans li ju¿aw is-servizz ta’ ‘ Direct Payment ’. Il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Sapport, minn naħa tagħhom, jassiguraw li jiġu mħarsa id-Drittijiet ta’ Persuni b’di¿abilita skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, iċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni b’diżabiltà qed jorganizzaw programmi li huma mmirati biex jiġu segwiti l-linji gwida tal-Konvenzjoni u in- National Disability Policy. Dawn il-programmi jinkludu dawn il-punti li ġejjin: · Ħiliet neċessarji biex wieħed għix ħajja indipendenti; · Inklu¿joni fil-komunità; · Edukazzjoni bażika skont l-abbiltajiet tal-klijenti; · Ħiliet bażiċi li hemm bżonn għall-impjieg; · Parteċipazzjoni kulturali; · Parteċipazzjoni fl-isports; · Recreation and Leisure ; · Gruppi ta’ self advocacy; Il-ħidma ta’ kuljum li s-Sapport twettaq mar-residenti u l-klijenti tagħha, l-Aġenzija tagħmlu biex tgħin lill-persuni b’di¿abilita’ ikunu membri attivi fis-soċjeta’, u dan permezz ta’ sapport kontinwu biex persuni b’diżabilita’ jiġu mgħejuna jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jieħdu sehem b’mod attiv fil-komunita’.

Residenzi tal-persuni b’diżabilità — tibdil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’tibdil qiegħed isir fir-residenzi kurrenti u b’liema mod residenzi tal-futur ser ikunu qegħdin jimxu mal-istandards nazzjonali tal-persuni b’diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Aġenzija Sapport diġa’ qiegħda tħaddan numru ta’ miżuri li huma allineati fl-istandards nazzjonali tal- persuni b’diżabilità. Dawn jinkludu: · Iffokar fl-involviment tal-klijent tul il-proċess kollu tal-aċċess għas-servizz residenzjali (fejn huwa possibli), li jibda minn meta l-klijent jagħzel jekk iridx imur joqgħod ġo residenza partikolari, kif ukoll jagħzel ma’ min irid immur jgħix; · Qabel tibda it- tranżizzjoni għal-residenza, il-persuna tittieħed tara it-tali residenza hekk biex hi tkun tista’ tagħmel għazla informata; · Fejn huwa possibli, il-klijent ikun involut f’ kull parti tal-proċess tat-tranżizzjoni, fejn saħansitra il- proċess ikun totalment adattat skond il-bżonn u x- xewqat tal- persuna u mhux viċe versa. Barra minn hekk, waqt il-proċess tat- tranżizzjoni, il- persuna tingħata key worker (leader, social worker, jew xi professjonist ieħor) li jservi bħala punt ta’ referenza; · Mill-bidu nett, qabel tinfetaħ residenza, l-għażla tal-klijenti għal dik ir-residenza tiġi meqjusa b’ reqqa kbira biex tkun żgurata l-kompatibilità ta’ bejniethom; · Il-ħaddiema ta’l-Aġenzija Sapport jiġu mħarrġa b’reqqa kbira biex dawn jipprovdu servizz li jagħti sapport lill-klijent li jmur lill hinn mill-kura; · L-Aġenzija Sapport tagħraf lill-klijenti tagħha huma dinamiċi u għaldaqstant is- servizz f’ kull residenza tagħha mhux biss huwa ippjanat individwalment skont il- b¿onnijiet uniċi ta’ kull klijent, iżda jdur u jinbidel mal-klijent; · L-Aġenzija Sapport qatt ma għamlet distinzjoni bejn klijenti fuq bażi ta’ reliġjon, orjentazzjoni sesswali, identita’ tal-ġeneru jew background kulturali ieħor; · L- ebda klijent ma jiġi eskluż mill-possiblita’ li jkun ġo residenza, l-anqas għall-raġunijiet ta’ mġieba diffiċli; · Kull klijent li jagħmel użu mis-servizz residenzjali jsirlu Service Agreement biex b’ hekk id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ kull wieħed jiġu mħarsa u rispettati; · L- Aġenzija tagħraf li l-familja hija parti importanti mill-ħajja tal-klijent u għaldaqstant tappoġġja kull residfenti (fejn m’ hemmx raġuni mod ieħor) biex i¿omm relazzjoni tajba mal- familjari u ħbieb; · L-Aġenzija Sapport tagħraf li s-sesswalita’ hija parti importanti mill-ħajja ta’ kull persuna u għaldaqstant tagħti sapport lil klijenti tagħha biex ikollhom ħajja sesswali li ma tpoġġihomx f’ riskju ta’ mard jew ċirkustanzi perikoluzi oħra; · L-Aġenzija Sapport tagħraf li kull klijent għandu dritt għall-privatezza tiegħu u tagħmel minn kollox biex din tiġi rispettata; · L- Aġenzija taħdem biex il-klijenti jilħqu l-potenzjal tagħhom, anke f’ din li hi indipendenza. Għaldaqstant tagħraf l-importanza li tagħti sapport lil dawk il-klijenti li jiġuhom opportunitajiet u jagħzlu li jmorru joqgħodu waħedhom; · L-Aġenzija Sapport tagħraf finalment li huwa importanti li wieħed jinvesti fit-taħrig għall- ħaddiema tagħha biex b’ hekk ikun offrut lill-klijenti servizz ta’ kwalita’.

Persuni li qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-Kommunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’tibdil kien hemm fin-numru ta’ nies li qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tal-Komunità f’dawn l-aħħar tliet (3) snin, mill-2012?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f''seduta oħra.