Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur fi flus tal-oġġetti li sar rahan fuqhom fil-Monte di Pietà bejn l-2005 u l-2014, sena b’sena b’mod separat? Kemm tħallsu lura flus fuqhom matul l-istess perjodu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-valur fi flus tal-oġġetti li sar rahan fuqhom fil-Monte di Pietà bejn l-2005 u l-2014, u kemm tħallsu lura flus fuqhom matul l-istess perjodu hu kif se jingħad fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed isir investiment biex titjieb is-sistema tad-drenaġġ? X’sorsi ta’ investiment qed jintużaw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha tesegwixxi pjan ta’ manutenzjoni u immoderniżżar tas-sistema tad-drenaġġ. Għal dan il-għan, il-Korporazzjoni qegħda ukoll tapplika għal fondi ewropej.
Proġett ta’ tisfija u purifikazzjoni tad-drenaġġ għal użu sekondarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ tisfija u purifikazzjoni tad-drenaġġ għall-użu sekondarju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol ta’ bini fuq iż-żewġ impjanti f’Malta u ieħor f’Għawdex qiegħed fl-aħħar fażi tiegħu. Il-makkinarju beda jitpoġġa f'postu lejn l-aħħar ta’ Novembru. Rigward it-tqegħid tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi, huwa maħsub illi dik ta’ Għawdex u tat-Tramuntana jkunu lesti sal-aħħar tas-sena, filwaqt li dik tan-nofsinhar ta’ Malta sal-aħħar ta’ Marzu li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li wettqet TradeMalta Ltd bħala Public Private Partnership bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriżi u Industrija, matul ix-xhur li ilha mwaqqfa din is-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
TradeMalta kellha ħidma mifruxa fuq diversi binarji fosthom ħidma biex intrapriża lokali tkun tista’ tesplora swieq ġodda barra minn Malta għall-esportazzjoni.
F’Lulju, TradeMalta kienet parti minn delegazzjoni tal-Prim Ministru fil-Milan Expo u li matulha kienu assisti numru ta’ kumpaniji bbażati f’Malta u li grazzi għal TradeMalta għamlu kuntatti ġodda fuq pjattaforma internazzjonali.
F’Settembru, TradeMalta nehdiet ukoll seminar għal dawk il-kumpaniji li jixtiequ jibdew negozju ġdid mat-Turkija u li għalih attendew mal-40 kumpanija differenti.
Bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru TradeMalta Ltd mexxiet it-tieni trade mission tagħha barra minn Malta – fit-Turkija.
F’Novembru, saret it-tielet trade mission, din id-darba fl-Alġerija. Qed issir ukoll riċerka dwar kumpaniji li huma interessati li jagħmlu negozju bejn il-Korea ta’ Isfel u l-Albanija.
Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ talbiet li kellha TradeMalta Ltd bejn Ġunju ta’ din is-sena u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija minn intrapriżi lokali biex jiġu assisstiti finanzjarjament? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u kemm hu l-ammont totali tal-għajnuna li ngħatat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi ġejt infurmat li minn Ġunju ta’ din is-sena s’issa TradeMalta Ltd irċeviet 45 talba għal għajuna minn kumpaniji bbażati f’Malta li jixtiequ jattendu f’fieri internazzjonali sal-aħħar tal-2015.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li għamlet s’issa Yachting Malta Ltd li twaqqfet aktar kmieni din is-sena, taħt il-kunċett ta’ Public Private Partnership bejn il-Gvern u r-Royal Malta Yacht Club?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar sitt xhur Yachting Malta Ltd nehdiet eżerċizzju rigoruż ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenija fl-industrija tant importanti tal-yachting. Infurmat li dan l-eżerċizzju ntemm f’Settembru li għadda, u tali riċerka se sservi ta’ bażi għat-tfassil ta’ business plan għal Yachting Malta. Kienu involuti f’numru ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni u tiġrijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jsir investiment fil-laboratorju sabiex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiżgura li l-operat tagħha fil-qasam tal-ilma u d-drenaġġ huwa aċċettabli u jilħaq il-livell mixtieq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara snin ta' nuqqas ta' investiment, dawn l-aħħar sentejn sar investiment fil-laboratorju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, liema investiment ser jammonta għal iktar minn miljun Ewro. Dan l-investiment sar permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea taħt l-iskema ta' ERDF u Cohesion Funds, u jinkludi apparat sofistikat u għamara ġdida.
Dan l-investiment ser jiżgura li l-Korporazzjoni tagħmel il-monitoraġġ meħtieġ fuq għażla akbar ta' parametri. Dan mhux biss fil-qasam tal-ilma tax-xorb u ilma msaffi mid-drenaġġ, imma wkoll tista' tiżgura li ilma prodott minn proġetti ġodda bħalma hu n-NEW Water, ikun iċċertifikat li huwa ta' livell ta' kwalita' meħtieġa. Permezz ta' dan l-investiment ser ikun possibbli li jiġi ċċertifikat l-ilma fl-iqsar żmien possibbli minn ħaddiema kwalifikati li għandha l-Korporazzjoni fi ħdan il-laboratorju. L-upgrade kollu tal-laboratorju huwa mistenni li jkun konkluż sa nofs is-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid liema standards ta’ kwalità tħaddan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħaddan dawn l-istandards ta' kwalita':
ISO9001 - Quality Management Systems. Dan l-istandard jiġi mġedded kull sena wara awditjar estern. Dan ikopri l-attivitajiet tal-Korporazzjoni kollha.
ISO14001 - Environmental Management Systems. Dan iċ-ċertifikat ikopri l-attivitajiet li jseħħu fl-uffiċċju fiċ-Ċentrali ta' Ħal-Luqa, fl-impjant ta' Pembroke u dawk fil-Pumping Station ta' Kandja.
ISO17025 - General Requirements for Competence of testing and calibration laboratories. Dan iċ-ċertifikat jiġi mġedded u estiż kull sena wara awditjar indipendenti mill-Bord Nazzjonali tal-Akkreditar ta' Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma biex tiżgura li l-ħaddiema tagħha huma kompetenti sabiex jaqdu dmirijiethom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dawn l-aħħar sentejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma reġgħet ġabet fuq saqajha l-Institute of Water Technology u permezz tiegħu reġgħet bdiet torganizza regolarment sezzjonijiet ta' taħriġ għall-ħaddiema f'oqsma varji fosthom:
• Induction courses għall-ħaddiema ġodda;
• Health and Safety Courses għall-ħaddiema f'kull grad speċjalment dawk li jaħdmu f'oqsma speċjali għad-drenaġġ;
• Kors għall-ħaddiema li jaħdmu f'confined space;ħ
• Kors għall-ħaddiema li jsuqu inġenji kbar;
• Kors għall-Managers; u
• Korsijiet oħra skont l-esiġenzi.
Barra minnhekk hemm pjanijiet biex isir aktar taħriġ għall-ħaddiema fosthom fit-teknoloġija informatika, team building u supervision.
Flimkien mal-MCAST se jiġi mnedi kors ta' Diploma 5 fuq EnvironmentaL and Water Technology fejn apparti li l-kors hu offrut għall-pubbliku in ġenerali, il-Korporazzjoni ikkommettiet ruħha li tgħin ukoll lill-ħaddiema tagħha li lesti li jagħmlu l-kors.
Il-Korporazzjoni hi marbuta wkoll bis-sistema tal-ISO li tassigura li ċertu tip ta' xogħlijiet isiru min nies kwalifikati. Għalhekk il-kumpanija qed tintroduċi sistema ta' skills card li permezz tagħha l-ħaddiema jkollhom indikat liema tip ta' xogħol huma kwalifikati/illiċenzjati li jagħmlu.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – fondi ewropej — proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikat il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn fondi ewropej għall-proġetti strutturali u jagħti dettalji ta’ fiex jikkonsistu dawn il-proġetti ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tassigura li l-ilma li jiġi prodott, qed isir bl-aktar mod effiċjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha sistema ta' awditjar biex tassigura li l-impjanti joperaw bl-aktar mod effiċjenti. Dan l-awditjar isir kull xahar sabiex b'hekk l-inġiniera jkunu ċerti li l-produzzjoni tal-ilma qed issir bl-aktar mod effiċjenti u allura b'anqas użu ta' enerġija. Minn żmien għal żmien il-Korporazzjoni tinvesti f'apparat modern biex ittejjeb l-operat tagħha. Fil-fatt bħalissa għaddej proġett fejn partijiet mill-impjant qed jiġu rinovati b'apparat ġdid li hu aktar effiċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed isir investiment biex titjieb is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma? X’sorsi ta’ investiment qed jintużaw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li s-sistema tal-ilma issirilha tinsab f’kundizzjoni aħjar minn dik tad-drenaġġ, iżda xorta jibqa’ lok kbir u kontinwu ta’ manutenzjoni u immodernizzar sabiex titnaqqas sostanzjalment l-użu tal-enerġija. Qed isiru diversi proġetti importanti fosthom l-ippumpjar tal-ilma minn Ħondoq sa Ta' Ċenċ Għawdex, minn ta' Bakkja għal Ta' Qali, u minn Ta' Qali għan-Naxxar. Dawn il-proġetti jiswew diversi għexieren ta' miljuni bil-għan li drastikament tonqos l-ispiża rikorrenti fl-enerġija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’vantaġġi se tagħti s-Solar Farm Policy fid-dawl tal-importanza tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b’sistemi nodfa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Is-Solar Farms Policy qeda tagħti tifsira ta’ solar farm fil-kuntest Malti u b’hekk se tiffaċilita l-i¿vilupp tagħhom billi tagħti linji gwida ċari ta’ fejn jistgħu jsiru, kif għandhom jiġu disinjati u anke se timla’ l- policy vacuum li jeżisti llum. Il-policy tidentifika l-bjut u soqfa ta’ bini kbir, żoni ndustrijali jew siti li qed jintużaw għal skop industrijali, landfills u ċerti barrieri bħala postijiet idoneji għal solar farms ġodda. Il-policy tagħmilha ċara wkoll li żoni protetti jew ta’ valur ambjentali m’għandhomx jintużaw għal solar farms u titlob ukoll miżuri biex jitnaqqas l-impatt viżwali li jistgħu joħolqu dawn is-solar farms. Solar farms li jsiru ODZ se jkollhom kundizzjoni li l-użu jrid jieqaf wara 30 sena biex b’hekk ikun aċċertat li ma jinħolqux commitments perpetwi fl-ODZ.
Jista’ l-Prim Minisru jgħid x’kien il-bżonn taċ-Child Care Centre Policy u meta se tibda tiġi attwata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ic- Child Care Centres policy daħlet fis-seħħ fit 3 ta’ Marzu 2015 u dan fid-dawl illi kien hemm b¿onn li jiġi approvat qafas ta’ politika biex jiggwida l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp għal dawn iċ-centri li huma ħolqa mportanti fl-istrateġija tal-gvern biex iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Ta min jgħid li din il-policy kienet approvata mill-Awtorita fl-2006 imma tħalliet pendenti mill-amministrazzjoni ta’ qabel minkejja l-importanza ta’ dan is-settur.
Din l-amministrazzjoni, kuntrarju għal ta’dik ta qabilha, jidrilha illi għall-ġid tal-poplu, għandha tinidirizza l-isfidi ta¿-¿mienijiet u mhux taħrabhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li jsir il-Fireworks Factory Complexes Policy u jekk qabel kienx hemm policy li tirregola l-bini tal-kmamar tan-nar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li qabel ma giet approvata din il-policy, il-MEPA ma kelliex policy nazzjonali li tirregola il-kmamar tan-nar. Għalkemm kien hemm xi "policies" f'uhud mill-pjanijiet lokali - (ez. policies NWCM-6 fil- Pjan lokali għal Majjistral ta' Malta u "policy" GZ-CMRC-13 fil-pjan lokali għal-Għawdex u Kemmuna li kienu jagħmlu xi riferenzi) kien ċar li dawn riedu jigu aggornati. Qabel ma saret il-policy preżenti, dawn it-talbiet għal-żvilupp ta' kmamar tan-nar kienu qed jigu ipproċessati fid-dawl tal-"policies" imsemmija aktar il-fuq, jew jitħallew pendenti minhabba li ma kienx hemm "policy" fil-pjan lokali rispettiv. Dan kollu wassal ukoll biex ikun hemm inkonsistenzi fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Aktar importanti kien il-fatt li n-nuqqas ta' faċilitajiet adekwati seta jikkontribwixxi b'mod indirett sabiex ikun hemm incidenti b'konsegwenzi gravi u anki possibilment b'konsegwenzi fuq terzi. Minhabba n-natura ta' dawn l-istallazzjonijiet, dawn bil-fors iridu jsiru fi nħawi ODZ u għalhekk il-policy riedet tiggwida wkoll biex faċilitajiet bhal dawn ikollhom l-anqas impatt possibbli, speċjalment fuq l-inħawi l-aktar sensittivi u kif ukoll minn naha ta' sigurta'.
Għalhekk il-Gvern talab lill MEPA biex tifformola policy dwar il-kmamar tan-nar u nħatar kumitat ta' esperti għal dan il-ghan. Din il-policy giet sottomessa għal skrutinju pubbliku kif ukoll għall-iskrutinju tal-kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-i¿vilupp. Il-policy giet ukoll screened għal "Strategic Environmental Assessment" u giet approvata nhar it-3 ta' Novembru 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Enemalta biex ittejjeb il-provvista tal-elettriku għall-fabbriki, SMEs u ħwienet fl-inħawi tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-inħawi msemmija u f’Santa Venera, fis-snin li għaddew kien hemm għadd ta’ żviluppi residenzjali, kummerċjali u industrijali. Biex tilqa’ għal din iż-żieda fid-domanda u biex ikollha r-riżorsi meħtieġa biex taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha fis-snin li ġejjin, Enemalta plc qed issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li tissupplixxi lil din iz-zona. Fost oħrajn, il-Kumpanija qed tkabbar iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta’ Santa Venera.
Ix-xogħol f’dan iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni mistenni jitlesta sas-sena d-dieħla. Sadanittant, il-Kumpanija għandha wkoll pjanijiet biex tibni ċentru tad-distribuzzjoni ieħor ġdid biex ikompli jżid il-flessibilità u l-affidabilità tal-provvista tal-elettriku fil-lokalitajiet ta’ dawn l-inħawi.
It-tisħiħ ta’ dan iċ-ċentru tad-distribuzzjoni tifforma parti minn proġett ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti.
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2015, xahar b’xahar, kemm kien hemm każijiet ta’ qtugħ tal-elettriku kkawżati minħabba li xi kuntrattur tat-tħaffir tat-toroq jolqot xi cable tal-Enemalta? Kemm hi l-medja ta’ sigħat ta’ qtugħ ta' dawl għal dawn il-ħsarat? Meta jiġri hekk, il-kuntratturi jintalbu jħallsu għall-ispejjeż biex jitranġaw il-ħsarat fil-cables?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm 19-il każ fejn kuntratturi laqtu cables tal-Enemalta. Il-medja ta' sigħat ta' qtugħ ta' dawn il-ħsarat hija ta' tlett sigħat u tnejn u ħamsin minuta (3.52hrs). Meta jiġri hekk, isir rapport lill-Pulizija sabiex dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji. F'każ li l-kuntrattur jinstab ħati, dan jiġi mitlub iħallas l-ispejjeż.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ilma tax-xorb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiżgura li l-ilma tax-xorb li qed tissupplixxi hu tajjeb għax-xorb?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-laboratorju fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull xahar janaliżża kampjun mill-ilma tal-pjan, mill-impjanti tar-Reverse Osmosis, mill-ġibjuni, kif ukoll mill-villaġġi u postijiet oħra relatati. Il-monitoraġġ isir għall-diversi parametri ta' natura kimika, fiżika u batterjoloġiċi. Madwar 8000 kampjun jiġi analiżżat mil-laboratorju fis-sena li jammontaw għal madwar 100,000 testijiet speċifici.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li l-MEPA taħdem fuq Policy ġdid li tirrigwardja l-Fuel Stations u x’inhuma l-punti l-aktar importanti ta’ din il-Policy?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li qabel ma giet approvata din il-policy, il-MEPA ma kelliex policy li tapplika għall-gzejjer Maltin kollha dwar Fuel Stations. Kien għalhekk ċar li dan il- policy vacuum ried jimtela għaliex kien hemm numru ta' applikazzjonijiet u talbiet għal installazzjonijiet bħal dawn li kienu ilhom pendenti. Qabel ma saret il-policy dawn it-talbiet kienu qed jigu ipproċessati mingħajr policy framework sodisfaċenti, jew ma jigux ipproċessati, minhabba li ma kienx hemm policy. Dan wassal biex ikun hemm inkonsistenZi fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Ta' min ifakkar li numru ta' talbiet kienu f'siti ODZ minhabba li mhux dejjem possibli li fuel station jigi lokat f'inħawi urbani. Dan l-aspett inhass li ried jigi regolat sew. Kien hemm ukoll l-isfida ta' fuel stations legittimi li qed jaħdmu minn siti li jistgħu joholqu inkonvenjent u jew ma kienux lokati f'mod propizju u għalhekk inħasset il-ħtiega li jitfassal qafas dwar kif dawn setgħu jingħataw inkoraggiment biex jigu rilokati f'postijiet fejn ikun hemm anqas skarigg fuq terzi.
Għaldaqstant il-Gvern talab lill-MEPA biex tifformula policy fuq Fuel Stations ibbazati fuq erba' oġġettivi li ħargu għal konsultazzjoni pubblika. Il-MEPA hadet kont tas-sottomissjoijiet u li abbazi tagħhom saru numru ta' emendi fuq l-abbozzi. Qabel giet approvata, il-policy għaddiet ukoll ghall-isrutinju tal-kumitat parlamentari dwar l-Ambjent u l-Izvilupp. Il-policy giet ukoll screened għal "Strategic Environmental Assessment" u giet approvata nhar it-23 ta' April 2015.
Il-punti l-aktar importanti tal-policy huma li:
· Il-policy issir qafas komuni li fuqu jigu ipproċessati l-applikazzjonijiet kollha li jinkorporaw
fuel stations
· Jittieħdu mizuri neċessarji għal aktar sigurta u biex jitnaqqas l-inkonvenjent għal terZi
·
Fuel stations
li qegħdin fi nhawi mhux idejali (bhal Urban Conservation Areas) jigu inkoraggiti jirrilokaw
· Kemm jista jkun il-
fuel stations
- specjalment dawk ġodda li ma jirrizultawx minn rilokazzjoni minn sit mhux idejali - jigu lokati fi nħawi li huma diga kompromessi b'xi forma ta' Żvilupp legittimu, jew inhawi diga indikati mill-pjanijiet tal-MEPA għall-iŻvilupp
· Tingħata attenzjoni partikolari lil inhawi li mil-lat ambjentali jew kulturali huma sensittivi ħafna u dawn jigu skartati mill-ewwel u ma jigux meqjusa biex isir ¿vilupp ta'
fuel station
fuqhom
· Il-
Fuel stations
ma jsirux il-bogħod ħafna minn inħawi urbani u jsiru fuq siti li huma qrib it-toroq prinċipali. Dan sabiex tigi mħarsa il-kampanja miftuħa.
· Tingħata attenzjoni partikolari għad-disinn, speċjalment meta il-
fuel station
ikun qed jigi ikkonsidrat fi nħawi ODZ jew hdejn inħawi sensittiviti
· Jingħataw parametri dwar aċċess u ċirkolazzjoni tal-vetturi
· Jigu nkoraggiti
green fuels
u fejn hu possibli metodi ta' ġenerazzjoni ta' energija rinnovabbli