Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi — użu ta' karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewxmixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Edukazzjoni — użu ta' karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Ministru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewxmixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu bejn it-12 ta' Marzu 2008 u s-6 ta' Jannar 2012, il-Ministeru tal-Edukazzjoni kellu Segretarju Parlamentari wieħed u vettura waħda – Volkswagen Passat, liema vettura kienet inxtrat mill-Gvern. Din kienet irreġistrata l-ewwel darba fl-2004. Infurmat mid-Dipartiment tal-Operat li ma setax jinstab il-prezz tagħha.
Intefqu €4,438.61 f’tiswijiet varji filwaqt li ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar jekk qattx inkrew karozzi biex jintużaw minflok il-karozza uffiċjali.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi intefqu €14,376 fuq fjuwil li bħala medja tammonta għal nefqa ta' €305.88ċ fi fjuwil fix-xahar, li huwa l-ekwivalenti għal 249.62 litru ta’ fjuwil fix-xahar.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti ta’ fjuwil li ntuża u l-ispiża xahar b’xahar matul il-perjodu indikat.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Familja — użu ta' karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewxmixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru tiegħi, m’għandux informazzjoni fuq il-karozza uffiċċjali tas-Segretarji Parlamentari bejn l-2008 u l-2012. Jista’ jagħti l-każ li din l-informazzjoni hija disponsibbli fil-Ministeru responsabbli għas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jibbenefikaw minn tindif ta’ wara li jżarma l-monti? Jista’ jgħid kemm hija vvalutata din l-għajnuna li qed jingħataw dawn il-kunsilli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – karozza uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21698 u jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-karozza uffiċjali tal-eks-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici li kien responsabbli mill-qasam tal- Ġustizzja bejn l-1 ta' Jannar 2008 u Diċembru 2012 kienet Citroen Hatchback Private Class 5 mixtrija bin-numru ta’ reġistrazzjoni GVN 511.
Dina nxtrat f’Settembru tal-2005 u swiet €29,480.55. Għal xi żmien fl-2008, il-Ministru Mifsud Bonnici kien jagħmel użu mill-karozza Volkswagen Passat Saloon bin-numru GBB 886 li kienet mixtrija f’Novembru tal-1999 - informazzjoni dwar kemm kienet tiswa din il-karozza ma setgħatx tinstab.
Matul l-2012, issuċċedieh f’dan il-portafoll l-exMinistru Chris Said li kien jagħmel u¿u mill-karozza bin-numru GVP 518. Din kienet karozza mixtrija f’Ottubru tal-2004 – informazzjoni dwar kemm kienet tiswa din il-karozza ma setgħatx tinstab.
L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza, GVN511, bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u Dicembru 2012 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta ghal €14,686.37. L-ispiza fuq tiswijiet tul l-istess perjodu ghal karozza GBB886 kienet ta’ €1586.31.
L-ispi¿a fuq it-tiswijiet biss għaż-żewġ karozzi imsemmija hawn fuq kienet ta' €14,856.68. L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat ghal €1,416.
L-ispiza fuq il-
fuel
ghall-karozza uffiċjali tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u Diċembru 2012 kienet ta’ €12,017.83. Din tinkludi t-tlett karozzi.
Fl-istess perjodu ingħataw 10,831.45 litri ta’ fuel lil dawn l-istess karozzi.
Informazzjoni dwar l-ispiża fi fuel għall-karozzi li inkrew minflok il-karozza uffiċjali tal-Ministru ma setgħatx tinstab.
Minn Jannar 2013 sa Marzu 2013 il-karozza uffiċjali tal-ex-Ministru Chris Said kienet Audi A4 Diesel. Din il-karozza kienet mikrija u l-ispiża kienet ta’ €725 fix-xahar.
L-ispi¿a fuq il-fuel ghall-karozza uffiċjali tal-Ministru bejn Jannar 2013 sa Marzu 2013 kienet tammonta ghal €1,039.06.
Il-karozzi uffiċjali tal-Ministru kienu Toyota Avensis bin-numru ta’ reġistrazzjoni DQZ521 minn Marzu 2013 sa’ Settembru 2013, u Alfa Romeo 159 Saloon bin-numru ta’ reġistrazzjoni JBC572 minn Settembru 2013 sa’ Diċembru 2015. It-Toyota Avensis kienet mikrija għal prezz ta’ €35.40 kuljum, vat inkluż, filwaqt li l-Alfa Romeo inxtrat f’Awwissu tal-2010 għal prezz ta’ €27,670.26.
L-ispiża totali fuq tiswijiet fuq il-karozza JBC572 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha waqt it-tiswija kienet tammonta ghal €8,894.79.
L-ispiża fuq it-tiswijiet biss għal karozza imsemmija hawn fuq kienet ta' €4,606.19. L-ispiża f'kirjiet ta' karozzi minflokha biss ammontat ghal €4,288.60.
L-ispi¿a fuq il-fuel għall-karozzi uffiċjali tal-Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015 kienet ta’ €10,245.81, u li minnhom, €326.37 kienet l-ispiża għal fuel għal karozzi li nkrew minflok il-karozzi uffiċjali tal-Ministru waqt li din kienet għat-tiswija.
Fl-istess perjodu ingħataw 7,301.17 litri ta’ fuel lil dawn il-karozzi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Malta Investment Management Company Limited (MIMCOL) maħtura mil-Gvern, inklu¿ il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1990 u l-1993?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Malta Development Corporation — ħlasijiet lid-diretturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Malta Development Corporation (MDC) maħtura mil-Gvern, inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1990 u l-1993?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien iċ-Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob bejn l-2003 u l-2008 u xi ħlas kien jirċievi, inkluż il-perkaċċi kollha li kien igawdi minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Iċ-Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob bejn l-2003 u l-2008 kien Dott. Joseph Zammit Maempel, LL.D.
Ir-Remunerazzjoni kienet ta’ LM6,000 (€13,976) per annum.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Air Malta maħtura mill-Gvern inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom,bejn l-1999 u l-2003? ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ flus dovut lid-Direttorat għat-Tindif minn kuntratturi li joperaw il-latrini pubbliċi fil-Belt Valletta għal dak li jirrigwarda kontijiet tad-dawl u l-ilma għas-snin bejn l-2011 u l-2015? Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx xi darba sar xi forma ta’ pagament minn dawn il-kuntratturi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewġ kuntratturi li b’xi mod huma responsabbli tal-operat tal-latrini pubbliċi fil-Belt Valletta.
Kuntrattur
Responsabbli minn:
2011
2012
2013
2014 *
2015 **
Griffin Sevices LTD
Triq il-Karettun
NIL
NIL
NIL
€2413.88c
€1147.54c
Griffin Services Ltd
Triq Melita
NIL
NIL
NIL
€1475.94c
€1053.12c
Carlos Zerafa
Triq id-Dejqa
NIL
NIL
NIL
€1999.09c
€1252.93c
*Perjodu li jkopri minn Novembru 2013
**Perjodu li jkopri sa Frar 2015
Qatt ma sar pagament li jikkonċerna dawn l-ammont pendenti. Effettivament ser jinbdew proċeduri legali sabiex jiġu rkuprati dawn il-flus.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għat-Tindif kienx involut fid-diskussjonijiet meta ġie mfassal l-arranġament bejn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-kuntratturi li ġew fdati bl-operat ta’ numru ta’ latrini pubbliċi fil-Belt Valletta? Meta ġie mfassal dan il-ftehim, l-ispiża tad-dawl u l-ilma u l-kirjiet ta’ dawn il-postijiet pubbliċi, ġiet inkluża fil-kuntratt li sar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li d-Direttorat għat-Tindif qatt ma ġie konsultat jew informat bl-ebda mod, meta kien qed jiġi mfassal il-fteħim bejn il-Kunsill Lokali Valletta u l-kuntratturi li ġew fdati bl-operat tal-latrini pubbliċi, u dan meta l-entita’ responsabbli sabiex tħallas il-kontijiet tad-dawl, ilma u kera hija l-istess Direttorat għat-Tindif. Ma hemm l-ebda referenza fil-kuntratt li tindika li l-ħlas ta’ dawn is-servizzi għandu jiġi mħallas minn xi kuntrattur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ kontenituri tal-iskart li twaħħlu fit-toroq arterjali u distributorji matul is-snin 2014 u 2015? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ kontenituri tal-iskart li nxtraw fis-snin 2010, 2011, 2012 u 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li matul is-snin 2014 u 2015 twaħħlu 280 kontenitur tal-iskart ġodda fit-toroq arterjali u distributorji. Ma kienu inxtraw l-ebda kontenitur tal-iskart bejn is-snin 2010 u 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn għajnuna ta’ għoti ta’ kontenituri tal-iskart fis-snin 2014 u 2015? Kemm kien il-valur ta’ dawn il-kontenituri għal kull lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn għajnuna ta’ kontenituri tal-iskart matul is-snin 2014 u 2015 huwa kif ġej:
San Pawl il-Baħar
€ 16,236
San Ġiljan
€ 9,710
Sliema
€ 9,408
Ġzira
€ 1,772
Ta’ Xbiex
€ 792
Msida
€2,063
Valletta
€ 7,920
Marsaskala
€ 7,014
Birzebbuġa
€ 4,676
Birgu
€ 1,056
Bormla
€ 2,394
Qrendi
€ 3,092
Kalkara
€ 1,244
Xgħajra
€ 792
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li bbenefikaw minn kontenituri tal-iskart fis-snin 2010, 2011, 2012 u 2013? Kemm kien il-valur li bbenefikat minnu kull lokalità f’dawn is-snin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Kunsill Lokali li ingħata provediment ta’ kontenituri tal-iskart matul il-perjodu imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-promenade tal-Qajjenza? X’xogħol se jkun qed isir u kemm huwa maħsub li se jkun l-investiment fuq dan il-proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jibda wara s-Sajf li ġej wara li joħroġ il-permess tal-MEPA.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet ippjanati fuq ir-restawr tal-Funtana tat-Tritoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern huwa li tiġi rrestawrata l-funtuna tat-Tritoni għall-istat oriġinali tagħha u li taħdem permezz ta’ teknoloġija u standards moderni. Wara li għal diversi snin, il-kundizzjoni tal-funtana ta’ Tritoni, fid-daħla tal-Belt Valletta tħalliet tiddeterjora, id-Dipartiment tal-Kuntratti, f’isem il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ħareġ sejħa għar-restawr, l-operat u l-manutenzjoni tal-funtana. Din ġiet ippubblikata bħala Competitive Dialogue u l-ewwel dokument, Pre-Qualification Criteria Document, ġiet ippubblikata fil-15 ta’ Settembru 2015 u s-sejħa għalqet fis-17 ta’ Novembru 2015. L-offerti ġew evalwati u ħadd ma nstab jikkonformi mal-kriterji ta’ eleġibilità.
Jista’ l-Ministru jikkonferma meta se jkunu lesti x-xogħlijiet fuq il-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar? Jista’ jelenka l-ostakli li nqalgħu u xi xogħol addizzjonali ieħor minn dak li kien hemm oriġinarjament ippjanat li kellu jsir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li kienu maħsuba li jsiru oriġinarjament fuq il-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar tlestew. Qed isiru iżda xogħlijiet oħra addizzjonali biex jikkumplimentaw dan il-proġett. Fost dawn insibu numru ta’ culverts f’diversi triqat u l-bini ta’ blokk għal amministrazzjoni tas-sezzjoni li tieħu ħsieb il-manutenzzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll numru ta’ garaxijiet għal makkinarju. Dawn ix-xogħlijiet huma pjanati li jitlestew sa nofs din is-sena.
Kien hemm diversi ostakli li nqalgħu tul-iż-żmien li dan il-proġett kien qiegħed ikun implimentat. Fost dawn insibu żbokk ta’ drenaġġ fuq il-komponenti ta’ Birkirkara u Ħaż-Żabbar, sejbin ta’ shelter li kien fond aktar milli kien maħsub ġewwa Ħaż-Żebbuġ, sejbin ta’ numru ta’ bjar li kienu mirduma, ammont ta’ tifrik fil-blat li ried interventi biex jissudaw dan il-blat, blat iebes ħafna f’certi partijiet kif ukoll numru ta’ ġranet ta’ maltemp. Minbarra dawn l-ostakli, l-mini ta’ bejn il-Mosta u Ta’ Xbiex ġew imkabbra tul l-aħħar kilometru u tlett mitt metru biex jilqgħu xita ta’ intensita akbar, u l-mini ta’ Ħaż-Żebbuġ ġew ukoll imtawla bi 350 metru biex jilħqu partijiet oħra li ma kienux ppjanati li jilħqu fil-proġett oriġinali. Saru wkoll madwar 1,500 metru ta’ culverts li wkoll ma kienux jagħmlu parti mill-proġett oriġinali.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħol tal-Ġnien tal-Argotti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-MEPA tinsab fi stadju avvanzat waqt li t-tenders għax-xogħljiet qed jitħejjew u dawn mistennija jiġu ppubblikati ftit wara li joħroġ il-permess.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin u oħrajn li se jsiru fuq knejjes, monumenti u strutturi oħra relatati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra l-proġetti ta’ din in-natura li diġà ssemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22073 qed nelenka xogħol ieħor ta’ natura silimi li jinsab għaddej jew hu pjanat li jsir :
Xogħlijiet għaddejjin:
1. Knisja ta’ Santa Tereża Bormla – restawr kważi konkluż; installazzjoni ta’ dawl għadu pendenti
2. Monumenti ta’ ġol-Barrakka ta’ Fuq – 50% diġa kompluti
3. Torri ta’ Wignacourt – restawr tal-parti interna issa kompluta; u nbeda xogħol ta’ restawr fuq il-parti esterna.
4. Kjostru tal-Kunvent tad-Dumnikani, Birgu – xogħol għaddej
5. Koppla u Kuppletti tal-knisja ta’ Santu Wistin, Valletta – xogħol fuq il-kuppletti issa tlestew; xogħol fuq il-koppla għadu pendenti
6. Restawr tal-Istatwa tal-Vitorja li tinsab ġol Każin tal-banda San Lawrenz, Birgu – xogħol tlesta fil-jiem li għaddew.
Xogħlijiet li huma ppjanati:
7. Knisja ta’ San Ġiljan, Isla – restawr tal-faċċati
8. Funtana ta’ Wignacourt ġewwa Ġnien San Filippu, Floriana
9. Lanterna tal-Knisja tal-Lunzjata, Birgu
10. Restawr tat-taraġ estern tal-Knisja ta’ San Lawrence, Birgu
11. Funtana tat-Tritoni
12. Monument tal-Gwerra, Isla
13. Restawr tan-Niċċa ta’ San Filippu, Birgu
14. Restawr tal-Kappella ta’ Santa Katerina, l/o Rabat
15. Restawr ta’ samrotti ta’ tieqa fuq il-faċċata tal-Knisja ta’ San Pawl, Rabat
16. Restawr tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali Maria Bambina, l-Isla