Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #23798 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order?? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenzi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-1999 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MCA – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-irwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? Jekk kellu impjieg ma’ din l-Awtorità, jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika u kemm dam impjegat ? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni li kellu sena b’sena? Jista’ jgħid jekk kellux perkaċċi u jekk iva x’kienu, u x’kienet l-ispiża fuqhom, sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, Dr David Gonzi ingħaqad mal-Awtorita ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fl-10 ta’ Diċembru 2003 bħala Legal Advisor għas-somma ta’ LM 8,500. Kemm il-pozizzjoni kif ukoll il-paga ġew reveduti fl-1 ta’ April 2005, is-salarju ġie revedut għal LM10,000 filwaqt li l-pozizzjoni ġiet reveduta għal-Senior Legal Advisor fit 22 ta’ Mejju 2006. Dr Gonzi irriżenja mill-kariga tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2006. Rigward il-benefiċċji, Dr Gonzi kellu assigurazzjoni tas-saħħa, telefon ċellulari, telefonija fissa u internet tad-dar.
Leg 12 PQ #23789 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar ix-xiri ta' konsulenza legali b'offerti jew direct orders mill-1999 sa Marzu 2013 tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (BRINCAT, LEO)

L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-fatt, fil-parti l-kbira tiegħu, il-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u Marzu 2013, ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili. Min-naħa l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li f’dak li jirrigwardja l-perjodu 1999-2007, fejn dak iż-żmien kien il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, illum ma nstab l-ebda database (u ma jidher li qatt inżamm) b’tali dettalji u informazzjoni kif qed tintalab mill-Onor. Interpellant. Fl-aħħar nett, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra mill-kumpanija Wasteserv Malta Ltd. rigward lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi fil-perjodu bejn 2003 u Marzu 2013.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 23562 u jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija msemmija ingħatat xogħol hekk kif ġej: MRA 2012 Legal Advice regarding OED matters €5,294 Direct Order
Leg 12 PQ #23737 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — membri ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni dwar l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif mitluba f’mistoqsija parlamentari 18681?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-Ministeru tiegħi u/jew id-Dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ma tawx xogħol, b’direct order jew wara sejħa pubblika, matul il-perijodu imsemmi, lill-Avukat u jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom ġew mogħtija separatament ma’ din il-mistoqsija.
Leg 12 PQ #23570 Sitting 364 2016-03-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — direct order

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u l-ebda entita taħt il-Ministeru tiegħi ma talbet għal xogħol ta’ konsulenza lil kumpanija msemmija, bejn l-2004 u l-2013.

Grand Harbour Regeneration Corporation – Chairman — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża fuq safar taċ-Chairman tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), ta’ Transport Malta, tal-Awtorità dwar it-Trasport u tal-Awtorita Marittima bejn l-2004 u l-2013, sena b’sena b’mod rispettiv, id-destinazzjoni ta’ kull safra u x’kien l-iskop ta’ kull safra ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa — użu ta' karozza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23396 u jwieġeb ukoll il-mistoqsija parlamentari 22746 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2008 u Jannar 2012 is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Mario Galea kien juza l-vettura VW Passat bin-numru tar-registrazzjoni GAK845. Din il-karozza kienet tinkera ghall-prezz ta €36.58 kuljum minghand John’s Garage, ghall-spiza totali ta’ Euro50,431. In-nefqa totali tal-fuel kienet ta Euro 12,979.12c L-Onor Segretarju Parlamentari Joseph Cassar, li kien f’din il-kariga bejn Marzu 2008 u Frar 2010 ghamel uzu minn diversi vetturi. Dawn il-vetturi huma: Bejn Mejju 2008 u Lulju 2008, kienet tintuza il-vettura VW Passat bin-numru tar-registrazzjoni HBE368 li kienet tinkera minghand Joe’s Garage ghall-valur ta €39 kuljum, ghall-spiza totali ta’ Euro3,510. In-nefqa totali tal-fuel kienet ta Euro 793.78 Minn Awwisu 2008 sa Frar 2010, is-Segretarju Parlamentari Joseph Cassar ghamel uzu mill-vettura Alfa Romeo 159 Saloon li inxtrat minghand UCIM Co Ltd ghall-valur ta Euro 26,380.74. Il-pagament totali ghal din il-karozza sar f’Dicembru 2008. In-nefqa totali tal-fuel minn meta inxtrat f’Awwissu 2008 sa Frar 2010 kienet ta Euro 7,398.78c

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu 2004 u 2013, b’kollox ingħataw 8 servizzi b’direct order għall-valur ta’ €5,957.91. Fit-Tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hemm id-dettalji tax-xogħol li l-kumpanija ndikata ġiet imqabbda, sena b’sena u mil-liema entità.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatax xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħi jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, mill-2004 sa Marzu 2013.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (BRINCAT, LEO)

L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-fatt, fil-parti l-kbira tiegħu, il-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u Marzu 2013, ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili. Min-naħa l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li f’dak li jirrigwardja l-perjodu 2004-2007, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija. Inżid, fl-aħħar nett, li bejn l-2004 u Marzu 2013, il-kumpanija Wasteserv Malta Ltd. ukoll ma tat l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #23566 Sitting 363 2016-03-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-Gozo Channel Company Limited, tgħat xogħol ta’ konsulenza lid-ditta ta’ l-Avukati li qegħda ssir referenza għaliha, fis-sena 2006, għall-valur ta’ €1,855.35. Ix-xogħol ġie mogħti b’direct order.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi fil-mistoqsija, id-ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarha ngħataw separatament irċeviet żewġ pagamenti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, wieħed ta’ €1,180 fl-2010, għal servizzi legali, u ieħor ta’ €3,968.98 minn fondi Ewropej (ESF 3.64), fl-2012. Fis-sena 2007 l-Università ta’ Malta ingħatat permezz ta’ kwotazzjonijiet, konsulenza legali mid-ditta tal-Avukati msemmija. Għal din il-konsulenza sar ħlas ta’ €1,000. Infurmat ukoll li fl-2010 il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kienet talbet permezz ta’ direct order is-servizzi legali tad-ditta indikata b’konnessjoni ma’ appell fuq tender. Għal dan is-servizz kien sar pagament ta’ €1,722.40.