Legislature:
Category:
Reset
Active:

Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea — artisti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid b’liema mod se jkunu qed jipparteċipaw l-artisti Maltin fil-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-artisti Maltin se jkollhom l-opportunita’ li jipparteċipaw f’attivitajiet kulturali f’Malta kif ukoll f’xi okkażjonijiet barra minn Malta matul il-perjodu li Malta jkollha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew fl-2017. Tajjeb ngħid li għal dan il-għan is-sena l-oħra ħarġet sejħa pubblika għal repertorju artistiku minn artisti Maltin. Dan ir-repertorju artistiku se jkun jista jintwera bħala parti mill-Malta Showcase b’edizzjoni speċjali għall-Presidenza Maltija fl-2017.

Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea – preparamenti tal-programm

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti tal-programm kulturali li se jkun qed jittella’ matul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li għal dan il-għan il-Gvern waqqaf grupp ta’ ħidma, li jinvolvi dan il-Ministeru kif ukoll il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Kunsill Malti għall-Arti u Heritage Malta. Tajjeb ngħid li bħalissa għaddejja ħidma ko-ordinata minn numru ta’ istituzzjonijiet kulturali bil-għan li jkun finalizzat programm kulturali estensiv għal matul il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew fl-2017.

Skema A4U

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw mill-iskema A4U matul l-aħħar sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2015, 15-il għaqda bbenefikaw mill-iskema A4U filwaqt li fis-sena kurrenti 14-il għaqda kienu l-benefiċċjarji tal-istess skema. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-għaqdiet li bbenefikaw minn din l-iskema.

NADO – testijiet tad-doping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamlet testijiet tad-doping in-National Anti-Doping Organisation (NADO) matul is-sena 2015, u x’kien l-eżitu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li matul is-sena 2015 in-NADO għamlet 72 doping test fuq atleti (61 ‘in Competiton’ u 11 ‘out of competition’). Minn dawn tmienja (8) instabu b’sustanzi projbiti, filwaqt li kien hemm ukoll żewġ każijiet ta’ evażjoni.

Studenti tal-Youth.inc

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-Youth.inc jirċievux xi tip ta’ stipendju u jekk fl-affermattiv kemm?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti tal-Youth.Inc jirċievu l-istipendju u l-ammont huwa ta’ €86.05 kull erba’ ġimgħat għal għaxar (10) darbiet fis-sena kull student.

SkolaSport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema faċilitajiet qed jintużaw għal SkolaSport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-facilitajiet li qed jintużaw għal SkolaSport huma kif se nsemmi: Badger Karting Complex, Ta' Qali BMX Track and Cycling Complex, Pembroke Cottonera Sports Complex Eden Super Bowl, St. Julian's Giovanni Curmi Higher Secondary School, Naxxar Gozo Sports Complex Kirkop Sports Complex Kullegg San Gorg Preca, Skola Maria Assumpta, Hamrun Maria Regina College - Mosta Maria Regina College, St.Paul's Bay Primary School Marsa Sports Complex Ninu Cremona Boys' Secondary School, Gozo San Injazju College - Handaq Selmun Family Park, Mellieħa Skola Primarja, Siġġiewi St. Clare's College, Girls' Secondary School, Pembroke St. Clare's College, Sliema Primary School, Sliema Ta’ Qali Basketball Complex Tal-Qroqq Sports Complex Vikings Sailing Club at The Royal Malta Yacht Club Vittoriosa Lawn Tennis Club

Kumpless Sportiv tal-Marsa — binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-binja antika li hemm fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa għandha ħsarat kbar? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid fiex jikkonsistu dawn il-ħsarat u jekk sarx rapport minn perit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nikkonferma li l-binja tal-Marsa għandha ħsarat kbar. Għaldaqstant, il-management ta’ SportMalta ħa d-deċiżjoni li għas-sigurtà din il-binja tingħalaq. Il-ħsarat huma strutturali u din id-deċiżjoni ttieħdet wara rapport li sar mill-perit tal-entità.

Kumpless Sportiv tal-Marsa – binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbniet il-binja mitluqa li hemm fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa? Jista’ jgħid għaliex binja mibnija mill-ġdid tħalliet fi stat ta’ ġebel u saqaf? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tintuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-binja li hemm mitluqa fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa nbniet fl-2003. Din il-binja tħalliet fi stat ta’ ġebel u saqaf għaliex ma kienx hemm baġit biex titkompla. Il-management preżenti ta’ SportMalta inkariga periti biex jagħmlu diżinn ġdid għal din il-binja bi pjan li tinfetaħ sal-aħħar tal-2017.

N.I.S.C. Esplora — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-attivitajiet li saru sa issa marbuta ma’ N.I.S.C. Esplora?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’Novembru tal-2015 saret l-ewwel attività li titratta t-tejorija tar-relattività ta’ Einstein. Din kienet siegħa ta’ kant, żfin, ċajt, u fuq kollox, xjenza fejn kemm kbar kif ukoll żgħar ipparteċipaw b’mod attiv.

Skola Marija Assunta — ground

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-ground tal-iskola ta’ Marija Assunta reġa’ nqala'?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xogħlijiet ta' alterazzjonijiet interni fil-bini eżistenti u fil-grawnd tal-iskola msemmija mill-Onor. Interpellant. Infurmat li x-xogħlijiet fil-grawnd kienu neċessarji peress li wara l-maltempata ta' sentejn ilu żbruffat is-sistema tad-drenaġġ li għaddejja mill-inħawi bil-konsegwenza li saru xi ħsarat f'parti mill-art tal-grawnd.

Skema A4U

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk l-għaqdiet li jistgħu jibbenefikaw mill-iskema A4U?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għaqdiet li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema jridu jkunu: 1. joffru xi forma ta’ servizz għal żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena; 2. jkunu reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji; 3. jkunu membri reġistrati mal-Aġenzija Żgħażagħ.

Programm Youth.inc

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li għamlu parti mill-programm Youth.inc, sena b’sena mill-bidu tiegħu sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-2011 sal-lum in-numru ta’ persuni li għamlu parti mill-programm Youth.Inc kien kif ġej: 2011 – 7 persuni impjegati 2012 – 8 persuni impjegati 2013 – 9 persuni impjegati 2014 – 12-il persuna impjegati 2015 – 12-il persuna impjegati 2016 – 12-il persuna impjegati

SkolaSport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ħadu sehem fil-programmi offruti minn SkolaSport, sena b’sena, mis-sena 2010 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' parteċipanti fi SkolaSport, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-lum hu kif ġej: fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2010 – kien hemm 1448 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2011 – kien hemm 2103 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2012 – kien hemm 4036 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2013 – kien hemm 4170 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2014 – kien hemm 4037 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2015 – hemm 5676 parteċipant

SkolaSport – dixxiplini offruti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-dixxiplini sportivi offruti minn SkolaSport, sena b’sena mis-sena 2010 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkluża fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21966.

Youth Cafes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna Youth Cafes bħalissa u minn fejn qed joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li b’kollox Aġenzija Żgħażagħ għandha erba’ (4) Youth Cafes. Dawn joperaw minn fejn se nsemmi: Qawra – jopera miċ-Ċentru LEAP Cottonera – Fortini Msida – Triq il-Wied Kirkop – miċ-Ċentru LEAP

Youth Hubs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna Youth Hubs u mnejn qed joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li Aġenzija Żgħażagħ tmexxi ħames (5) Youth Hubs li joperaw minn fejn se nsemmi: Junior College – Msida MCAST – Paola Giovanni Curmi Higher Secondary – Naxxar Alternative Learning Programme – Paola GEM 16+ – Gżira

Aġenzija Żgħażagħ – youth activity centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu l-Youth Activity Centres tal-Aġenzija Żgħażagħ? Kemm-il darba ntużaw matul is-sena 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Youth Activity Centres ta’ Aġenzija Żgħażagħ jinsabu f’Marsaxlokk u Villa Psaigon, limiti ta’ Ħad-Dingli. Infurmat li l-użu tagħhom matul is-sena 2015 kien kif ġej: Marsaxlokk Youth Activity Centre – 46 darba Villa Psaigon Youth Activity Centre – 60 darba