Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tax-Xogħlijiet – xogħlijiet fuq znieter ta’ knejjes

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru permezz tal-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet fuq znieter ta’ knejjes f’dawn l-aħħar sentejn? Fiex kienet tikkonsisti din il-ħidma u liema parroċċi bbenefikaw ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sentejn saru xogħlijiet ta' tranġar u tisbiħ fuq erba' znieter. Ix-xogħlijiet saru kemm mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura kif ukoll bil-ħaddiema tal-kuntrattur wara li inħarġu sejħiet għall-offerti. Ix-xogħol sar fuq iz-znieter tal-Knisja ta' Santa Liberata (tal-Kapuċċini), Kalkara, dak tal-Knisja tal-Vitorja, l-Isla, ta' San Girgor, Tas-Sliema u ta’ Santa Marija, Gudja.

Dipartiment tax-Xogħlijiet — skemi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif tal-iskema li għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu, li permezz tagħha qed jibbenefikaw ħafna Kunsilli Lokali? Liema Kunsilli Lokali bbenifikaw jew ressqu t-talbiet tagħhom s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema fi ħdan il-Ministeru hija kif ġej; Il-materjal li jintuża għax-xogħolijiet jipprovduh il-Kunsilli Lokali għall-ispejjeż tagħhom. L-ispiża tax-xogħol (labour cost) li trid tiġi imħallsa lill-Gvern tiġi kkalkulata kif ġej:- Għal stimi ta’ xogħlijiet li jkunu tlestew,fejn l-ammont tagħhom ikun sa € 812.95 fil-valur, irid jitħallas biss €232.94. Għal stimi ta’ xogħlijiet li jkunu tlestew li l-ammont tagħhom ikun aktar minn € 812.95 jithallas 30% biss tal-valur.

Widien — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-widien li tagħhom sar it-tindif matul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa’ dan it-tindif?

Response (MIZZI, JOE)

Is-Sezzjoni għall-Immaniġġar tal-Widien fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura twettaq diversi nterventi fil-widien fosthom restawr u bini ta’ ħitan tas-sejjieħ, tneħħija u kontroll ta’ speċi nvażivi u li m’humiex indiġeni, tneħħija ta’ materjal u ħamrija li jinġemgħu fil-wied u wara skontri, u tħawwil ta’ pjanti u arbuxelli ndiġeni. Matul din is-sena ser ikunu twettqu dawn ix-xogħlijiet: · Qlugħ ta’ qasab minn Wied Qannotta, Burmarrad · Qlugħ ta’ pjanti nvażivi minn Wied San’Antnin, Marsaskala · Qlugħ ta’ pjanti nvażivi minn Wied Għajn Żejtuna, il-Mellieħa · Qlugħ ta’ pjanti nvażivi minn Wied iċ-Ċawsli, Ħal Qormi · Tneħħija ta’ materjal li akkumula f’Wied Liemu, Rabat · Tneħħija ta’ materjal li akkumula f’Wied Għomor, San Ġwann · Tneħħija ta’ materjal minn Wied ta’ Ġnien Ħira, l-Imdina · Tkomplija ta’ bini ta’ ħajt tas-sejjieħ f’Wied Ħarq Ħamiem, Pembroke · Tħawwil ta’ arbuxelli ndiġeni f’Wied Baqqiegħa, Żebbuġ L-ispiża tal-makkinarju u l-materjal meħtieġ biex isir dan ix-xogħol mistennija li tammonta għal €14,809. Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jibda x-xogħol ta’ restawr ta’ ħajt tas-sejjieħ u tħawwil ta’ arbuxelli ndiġeni f’Wied Għomor, San Ġwann u bini ta’ ħajt tas-sejjieħ f’Wied ir-Rum, Ħad-Dingli.

Talbiet ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka t-talbiet ta’ servizzi differenti li rċieva din is-sena minn Ministeri u dipartimenti differenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interperpellant li d-Direttorati fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura joffru diversi servizzi lill-Ministeri u dipartimenti differenti bħal: · Servizzi ta’ Periti u Inġiniera (PDED) · Servizzi ta’ tindif (CSD) · Xogħol ta’ ħadid, injam u aluminium (MSD) · Xogħol ta’ manutenzjoni (PID)

Wied il-Għajn – Ground tal-Football

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’preparamenti hemm biex isir xogħol fuq il-ground tal-football propost f’Wied il-Għajn u f’liema stadju waslu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-pjanti ġew sottomessi lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar fil-15 ta' Lulju u l-istess Awtorità bħalissa qegħda tħejji l-iscreening letter. Sadanittant beda x-xogħol fuq it-tħejjija tal-pjanti dettaljati u tat-tender, biex hekk kif joħroġ il-permess, din tkun tista' tiġi ippubbikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Xatt tal-Qajjenza – xogħlijiet fuq il-Promenade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħol propost għax-Xatt tal-Qajjenza u x’se jsir mill-Promenade?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol jinvolvi t-twessiegħ u bini mill-ġdid tal-promenade u tat-triq. Ninfurmah ukoll li l-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar inħareġ u se tinħareġ sejħa għall-offerti minn Transport Malta biex isir ix-xogħol stutturali tal-bażi tat-triq u tal-ħajt tal-ilqugħ man-naħa tal-baħar. Sadanittant, ħarġet ukoll sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet tal-pavimentar, bankijiet u dwal u din qegħda fil-fażi ta' evalwazzjoni.

In-Naxxar – Salini tal-Melħ — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-proġett fis-Salini tal-Melħ fin-Naxxar tlesta, wara li dan il-proġett kien ilu wieqaf għal għadd ta’ snin, fiex kien jikkonsisti, kif se jkun qed jopera u meta se jkun jista’ jibda jitgawda mill-pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tas-Salini tal-melħ kien jikkonsisti fir-restawr u tranġar tat-tined tal-injam, it-tindif tal-Bur Mielaħ u r-restawr tar-Ridott ta’ Ximenes. F’wahda mit-tined sar mużew dwar l-istorja tal-produzzjoni tal-melħ fil-gżejjer Maltin u fir-Ridott ta’ Ximenes hemm wirja dwar il-flora u l-fawna tas-Salina u postijiet ta’ Natura 2000. Il-post qed jiġi operat minn ħaddiema li ġew ingaġġati speċifikament għal dan is-sit u l-post issa hu miftuħ għall-pubbliku. Fil-jiem li ġejjin se jkun imħabbar kif ir-responsabilta’ ta’ dan is-sit se jkun qiegħda tinfirex fuq iktar minn Ministeru wieħed.

Il-Kalkara – preparamenti għax-xogħlijiet għall-immaniġġar tal-ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti għax-xogħlijiet għall-immaniġġar tal-ilma tax-xita fil-lokalità tal-Kalkara b’mod partikolari fiż-żona ta’ wara l-Knisja Parrokjali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol. Din is-sejħa għalqet u qegħdin jiġu aġġudikati l-offerti mitfuħa.

Birżebbuġa – Pitch tal-waterpolo

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ix-xogħol fuq il-bini tal-pixxina u l-‘pump room’ tlesta xhur ilu. Fil-fatt matul is-Sajf, il-Klabb ħa l-immaniġġar tal-pixxina f’idejh u għamel użu minnha fejn saru numru ta’ korsijiet indirizzati għat-tfal u żgħażagħ ta’ etajiet differenti.

Misraħ il-Barrieri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet f’Misraħ il-Barrieri (Triq l-Irmiġġ)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħareġ il-permess tal-Awtorità ta’l-Ippjanar u li nħarġu żewġ sejħiet għall-offerti: waħda biex isir ix-xogħol ta' landscaping tal-pjazza u l-oħra biex isiru x-xogħlijiet tat-toroq. Dik tal-landscaping qed tiġi evalwata waqt li dik tat-toroq, ingħatat. Kif tingħata l-offerta tal-landscaping, ikun jista’ jinbeda x-xogħol.
Leg 12 PQ #26845 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji — accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25539 u jgħid kemm hemm kumpaniji, ta’ kwalunkwe tip, li għadhom joperaw u li mhumiex fi proċess ta’ stralċ, li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts annwali tagħhom mal-MFSA u li qatt ma rrettifikaw ruħhom tant li ilhom iktar minn sentejn ma jissottomettu accounts tagħhom mingħajr raġuni valida? Minn dawn, meta kienet l-aħħar data ta’ sottomissjoni ta’ accounts tal-kumpaniji li għandhom accounts b’lura għal aktar minn sentejn? Jista’ jagħti statistika, sena b’sena (numri biss), ta’ kemm-il kumpanija waqgħet lura, u li s’issa qatt ma għadha rrettifikat il-pożizzjoni tagħha, u għal snin konsekuttivi, mingħajr interruzzjoni la ssottomettiet accounts u lanqas għaddiet għal stralċ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26846 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji li waqgħu b’lura fl-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25540 u jiddentifika liema huma l-kumpaniji li waqgħu b’lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts tagħhom għal aktar minn sentejn, skont l-isem, sena b’sena u li qatt ma rrettifikaw ruħhom sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26847 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet tal-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25541 u jgħid minn dawn il-kumpaniji li qatt ma rrettifikaw ruħhom, kemm hemm li qatt ma ġew immultati f’dan is-sens? Kemm jiġu mmultati kumpaniji fis-sena għaliex waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26848 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet tal-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25542 u jagħti statistika, sena b’sena, tal-kumpaniji li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts, u li ilhom iktar minn tliet snin biex irrettifikaw il-pożizzjoni tagħhom u reġgħu bdew jissottomettu accounts b’mod regolari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26849 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji li ma sottomettewx l-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25543 jgħid minn dawk il-kumpaniji li waqgħu lura għal aktar minn sentejn biex jissottomettu l-accounts tagħhom, kemm hemm minnhom li qed juru profitti u għalhekk mhumiex f’riskju ta’ falliment? Kemm hemm minnhom li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment? Dawk li jistgħu jkunu f’riskju ta’ falliment, f’liema data ssottomettew l-aħħar accounts tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma taqax fil-kompetenza tar-Reġistru tal-Kumpanniji skont ir-responsabbiltajiet mogħtija lilu taħt l-Att dwar il-Kumpanniji u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #26850 Sitting 422 2016-07-25 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet ta’ accounts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25544 u jgħid kemm hemm kumpaniji li ssottomettew l-accounts ta’ sena u nofs jew sentejn f’daqqa, jew b’xi mod ieħor għal perjodi itwal, minflok sena b’sena mill-2008 ‘l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk qed nifhmu l-mistoqsija sew, il-Liġi dwar il-Kumpanniji ma tippermettix li xi perjodu tal-kontijiet (accounting period) ta kumpannija ikun itwal minn sena u nofs.

Refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw lura flus s’issa permezz tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-karozzi u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw s’issa mir-refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi għall-2014, l-2015, u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Kemm huwa mistenni li jingħataw flus lura sakemm tiġi eżawrita din l-iskema? Kemm huwa mistenni li jibbenefikaw persuni sakemm tiġi eżawrita din l-iskema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ Ewro 110 jew ta’ Ewro 55 bħala refund ex-gratia ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ammont totali li ingħata lura fi flus s’issa permezz tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-vetturi kien ta’ Ewro 3,274,480.00 fis-sena 2014 filwaqt li fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala refund ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u l-aħħar ta’ Diċembru 2004. Dawn ingħataw l-ammont ta’ Ewro 2,315,847.57 Transport Malta għandha wkoll allokat baġit ta' €4.3 miljun għall-għotjiet li ser jitħallsu fil-2016 għal sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fil-2005. Bħalissa l-Awtorita’ qiegħda tilqa’ l-applikazzjonjiet għal dawk is-sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fl-2005 L-ammont ta’ persuni li mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema jkun magħruf fis-sena 2019 meta jiġu eżawriti l-iskemi kollha.
Leg 12 PQ #25539 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji — accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, ta’ kwalunkwe tip, li għadhom joperaw u li mhumiex fi proċess ta’ stralċ, li waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts annwali tagħhom mal-MFSA u li qatt ma rrettifikaw ruħhom tant li ilhom iktar minn sentejn ma jissottomettu accounts tagħhom mingħajr raġuni valida? Minn dawn, meta kienet l-aħħar data ta’ sottomissjoni ta’ accounts tal-kumpaniji li għandhom accounts b’lura għal aktar minn sentejn? Jista’ jagħti statistika, sena b’sena (numri biss), ta’ kemm-il kumpanija waqgħet lura, u li s’issa qatt ma għadha rrettifikat l-pożizzjoni tagħha, u għal snin konsekuttivi, mingħajr interruzzjoni la ssottomettiet accounts u lanqas għaddiet għal stralċ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #25540 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji li waqgħu b’lura fl-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jiddentifika liema huma l-kumpaniji li waqgħu b’lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts tagħhom għal aktar minn sentejn, skont l-isem, sena b’sena u li qatt ma rrettifikaw ruħhom sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #25541 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – sottomissjonijiet tal-accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawn il-kumpaniji li qatt ma rrettifikaw ruħhom, kemm hemm li qatt ma ġew immultati f’dan is-sens? Kemm jiġu mmultati kumpaniji fis-sena għaliex waqgħu lura fis-sottomissjonijiet tal-accounts?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.