Toroq f’Malta – bini, resurfacing u major patching
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t-toroq f’Malta u f’liema lokalità jinsabu li nbnew mill-ġdid jew li sarilhom resurfacing jew major patching bejn l-2013 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsja, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull triq? Jista’ jgħid kemm-il metru sar f'bini ġdid jew f’resurfacing jew major patching?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ makkinarju nxtara mid-Direttorat għat-Tindif matul is-sena 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena d-Direttorat għat-Tindif kompla jżid il-makkinarju billi inxtraw :
2 vannijiet
1 wheelie bin washer
1 dinghy
1 pedestrian sweeper
1 multi function scrubber
Inxtraw ukoll diversi muturi magħrufa bħala grass cutters, chain saws kif ukoll vacuum blowers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għall-futur immedjat sabiex ikun hemm iktar tindif fiż-żoni turistiċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jaghmel dak kollu possibli sabiex ikun hawn l-iktar livell ta’ indafa f’kull ħin fil-pajjiż. Huwa importanti ħafna li l-pubbliku jikkopera mal-Gvern sabiex il-lokalitajiet kollha jinżammu nodfa. Minn naħa tagħna lesti li nibqgħu nagħtu kull kontribut possibli sabiex ikun hawn iktar tindif. Hemm il-ħsieb li ż-żoni li jitnaddfu mid-Direttorat għat-Tindif preżentament jiġu estiżi sabiex jintlaħaq iktar żoni. Għaddejja ħidma kontinwa biex nedukaw lill-poplu u nżidu l-infurzar meħtieġ biex jitnaqqas l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom ġew solvuti minn CSD, minn kunsilli lokali u minn entitajiet oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif permezz ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni li ġew introdotti, huwa kif ġej :
Numru ta’ każijiet 1366
Każijiet solvuti 1341
Każijiet pendenti 25
_________________________________________
Każijiet solvuti minn CSD 1257
Każijiet solvuti minn Kunsilli Lokali 55
Każijiet solvuti minn entitajiet oħra 29
Minn dawn il-figuri jidher li 98.2% tal-każijiet huma solvuti.
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ssejħu l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif sabiex jinġabar xi ħut mejjet li jasal fuq ix-xtut Maltin xahar b’xahar matul din is-sena? Kif jikkompara dan l-ammont mas-snin preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan is-sajf il-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġew imsejjħa 29 darba sabiex jinġabar xi tip ta’ ħut mejjet minn fuq il-kosta ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-latrini pubbliċi li huma taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali li jibqgħu miftuħa wara l-ħinijiet normali waqt ix-xhur tas-Sajf? Sa x’ħin idumu miftuħa dawn il-latrini pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jibqgħu miftuħin wara l-ħinijet normali huwa kif ġej :
Valletta - Barrakka ta’ fuq
Mdina – Howard Gardens
Birgu – Xatt ir-Risq
Dan is-servizz iġib spiża addizzjonali ta’ € 9,309 għal matul ix-xhur tas-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ nterventi ta’ tindif qed isiru fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta huwa kif ġej :
Tindif filgħodu (mis-6.00am ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif wara nofsinhar ( mill-4.00pm ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif matul il-lejl (mill-11.00pm ‘l quddiem)– Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif u ħasil permezz ta’ power wash matul il-lejl (mis-2.00am ‘l quddiem) 3 darbiet fil-ġimgħa
Dan is-servizz jgħin ferm sabiex l-ambjent fiż-żona tad-daħla tal-Belt Valletta jkun wieħed li jilqa’ lil kull min iżurha.
Kunsilli Lokali – għajnuna għal ħasil ta’ toroq u promenades fis-sajf
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li qed jibbenefikaw minn għajnuna ta’ ħasil ta’ toroq jew promenades matul dan is-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mal-20 Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn ħasil ta’ toroq, żoni pedonali jew promenades matul dan is-sajf. Il-Kunsilli Lokali huma kif ġej :
Mellieħa
San Pawl il-baħar
San Ġiljan
Sliema
Gżira
Ta’ Xbiex
Msida
Pieta’
Floriana
Valletta
Bormla
Isla
Birgu
Kalkara
Xgħajra
Marsascala
Marsaxlokk
Birżebbuġia
Qrendi
Mdina
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir tindif ulterjuri fil-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li proprju bħalissa qed isir it-tindif tal-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar. Hekk kif imwiegħed iktar kmieni matul din is-sena, ix-xogħol inbeda hekk kif waqaf l-operat massiċċ ta’ tindif tal-bajjiet wara x-xhur tas-sajf.
Wara li iktar kmieni f’din il-legiżlatura sar it-tindif tal-parti ta’ fuq tal-Foss, issa qed isir xogħol ta’ tindif fil-parti ta’ isfel. Sal-lum diġa’ tneħħew madwar 500 tunellata ta’ skart. Dan hu addizzjonali mal-1700 tunellata ta’ skart li tneħħew mill-parti ta’ fuq tal-post imsemmi.
Ix-xogħol mistenni jiġi komplut fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ skart li nġabar mid-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kif jikkompara din il-ħidma mas-snin preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġabru 8,044 tunellata ta’ skart. Dan huwa 10% iktar paragunat mal-ewwel sitt xhur tas-sena 2015, kif ukoll 21% iktar paragunat mas-sena 2014. Huwa evidenti li qed isir sforz sabiex jitnaddfu diversi siti abbandunati f’pajjiżna apparti l-ħidma kontinwa ta’ kuljum.
Ta’ min jinnota li dan l-ammont huwa biss l-ħidma ta’ qabel ix-xhur tas-sajf. Kollox jindika li ser terġa’ tkun sena oħra rekord ta’ ħidma mwettqa mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif.
Bajjiet – stallazzjoni ta’ slielem u infrastrutturi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ slielem u nfrastruttura oħra li ġew installati fuq il-bajjiet tagħna matul is-sajf ta’ din is-sena? Kemm hu l-ammont ta’ slielem li żdiedu fuq il-bajjiet tul is-snin 2014, 2015 u 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-slielem kollha li jitwaħħlu tul il-kosta ta’ pajjiżna jammonta għal 274 sellum.
Fis-sena 2014 kien hemm żieda ta’ 22 sellum.
Fis-sena 2015 kien hemm żieda ta’ 34 sellum
Fis-sena 2016 kien hemm żieda ta’ 42 sellum
Din iż-żieda fl-ammont ta’ slielem tfisser aċċessibilita’ aħjar għall-familji meta jżuru x-xtajtiet.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hu l-ammont ta’ kontenituri tal-iskart li ġew impoġġija fuq il-bajjiet matul ix-xhur tas-sajf ta’ din is-sena? Hemm xi pjanijiet li dawn se jiżdiedu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ kontenituri tal-iskart li tpoġġew fuq il-bajjiet matul is-sajf tas-sena 2015 kien ta’ 900 kontenitur. Matul dan is-sajf dan in-numru żdied b’220, jiġifieri matul dan is-sajf kellna 1120 kontenitur tal-iskart impoġġija fuq il-bajjiet. Hemm il-ħsieb li dawn it-tip ta’ kontenituri jkomplu jiżdiedu sabiex il-pubbliku jkollu iktar faċilitajiet fejn jiddisponi mill-iskart tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-kuntratturi tal-parlament issottomettewx ċertifikati dwar il-kwalità tal-ġebla li ntużat fil-bini tal-Parlament u dan fid-dawl ta' rapporti li kien hemm fil-mezzi tax-xandir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratturi tal-Parlament issottomettew ċertifikati dwar il-kwalita’ tal-ġebla li intużat fil-bini tal-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta se jkun qed jibda l-proġett tal-Pjazza tat-Tritoni, kemm huwa maħsub li se jiswa u sa meta huwa ppjanat li jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Tritoni ser jinqasam f’fażijiet separati, fosthom roundabout ta’ fejn hemm d-Dipartiment tal-Edukazzjoni, l-Biskuttin quddiem il-Lukanda Phoenicia, Triq Nelson ħdejn il-Bus Terminus li ser jibda f’Novembru 2016, u l-kumplament tal-Pjazza ta’ Tritoni, xogħol li ser jibda f’Jannar 2017. Il-pjan huwa li dan il-Proġett jitlesta sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 sakemm ma jkunx hemm dewmien minħabba sejbiet ta’ fdalijiet arkeoloġici, appelli fuq tenders jew dewmien ieħor mhux previst.
L-ewwel fażi tinkludi roundabout ta’ 15 il-metru biex jiġi ffaċilitat it-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir u Triq Francesco Buonamici.
Ser jiġu mgħoddija servizzi ġodda li jinkludu kanali għal kumpaniji tat-telekomunikazzjoni u l-kumpaniji ta’ servizzi (WSC u Enemalta), u linji oħra għall-ilma tax-xita’ u għad-drenaġġ.
Se jkun hemm żona ta’ stennija u mistrieħ għas-sewwieqa tat-taxis u l-bankina tal-lukanda Phoenicia li se tkun 700 metru kwadru) bl-użu ta’ ġebel tal-qawwi.
Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar, mistennija tibda t-tieni fażi, li tinkludi t-tisbiħ taż-żona tal-Biskuttin. Se jkun hemm ukoll pavimentar tal-ġebel tal-qawwi, għamara tat-toroq ġodda biex jinkludu wkoll `info kiosks` għall dawk neqsin mid-dawl, tħawwil mill-ġdid ta’ siġar flok dawk mejta u tixtil ta' dawk eżistenti.
It-tielet fażi tal-proġett, li se tibda b’mod paralell mat-tieni fażi, tinkludi t-tneħħija ta’ strixxa ċentrali eżistenti biex takkomoda żona ta’ stennija għax-xarabanks tal-Malta Public Transport, fejn se jkun hemm spazju għal 10 karozzi tal-linja, flimkien ma’ tqegħid ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni.Se tinħoloq ukoll żona ta’ stennija għall-karozzi tal-linja tul Vjal ir-Re Dwardu, li mistennija tieħu sa 14-il karozza tal-linja.
Fir-rigward tal-funtana tat-Tritoni, bħalissa għaddejjin taħdidiet li jinsabu fi stadju ta’ negozjar avvanzat sabiex din il-funtanta tkun restawrata u terġa’ tibda tiffunzjona fl-aqwa stat possibli. Iktar informazzjoni nkun nista’ ngħaddiha aktar ‘l quddiem.
Imbagħad ikun għad jonqos ir-raba’ fażi li tikkonsisti fix-xogħlijiet madwar il-funtana li jitlestew sal-aħħar tas-sena 2017.
Dan huwa proġett li tajjeb wieħed jgħid li huwa ieħor, fis-sensiela ta’ proġetti li ilhom snin jiġu mwiegħda, pero issa li pajjiżna se jkun qed jilqa’ l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u l-Belt Valletta se tkun imlibbsa t-titlu tal-belt kapitali Kulturali Ewropea 2018, dan il-Gvern ma setax jibqa’ jkaxkar saqajh fuq dan il-proġett.
Il-Ministru li kien responsabbli minn dan il-proġett fil-leġiżlatura preċedenti kien qal li l-Gvern kien “qed jindirizza d-difett estetiku fuq l-għatba tal-Belt nobbli tagħna”. Fl-2011, waqt iċ-ċerimonja li kienet saret biex tiġi inawgurata l-venda l-ġdida, kien issemma’ ukoll li “Il-Gvern se jibdel din iż-żona fi spazju urban u miftuħ li jistiednek fil-belt meraviljuża tagħna.”
Il-verita hija li l-venda tal-Belt Valletta dak iż-żmien ma kinitx iddisinjata biex tesa’ aktar karozzi tal-linja meta daħlu l-karozzi l-ġodda fi żmien ir-riforma tal-kumpanija preċedenti (Arriva). Ma kienx hemm pjan minn qabel ta’ kif ir-riforma se tolqot l-infrastruttura tal-post.
U għalhekk, wara li f’erba’ xhur mir-riforma, inbidlu kemm-il darba r-rotot il-ġodda, Transport Malta kellha tagħmel xi modifiki biex il-venda tkun tista’ tilqa’ għaż-żieda fil-karozzi tal-linja.
Dak li qal li kien se jagħmel il-Gvern preċedenti, qed jagħmlu dan il-Gvern. B’hekk se nkunu qed nagħtu rigal lill-poplu Malti kollu u lil kull min iżur din il-gżira.
Grand Harbour Regeneration Corporation – Palazz tal-President — proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'proġett qed twettaq il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) fil-Palazz tal-President b’mod partikolari fis-sala fejn kien jiltaqa’ l-Parlament, kemm se jkun qed jiswa u x’se jkun l-użu tal-istess proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- GHRC ġiet imqabbda biex timmaniġġja l-proġett ta’ upgrading u tibdil fl-użu tal-Palazz għal fini tal-Presidenża 2017. Ix-xogħolijiet jinkludu uffiċini ġodda għal ħaddiema tal-Presidenza, Media Centre, kmamar għad-delegati u uffiċjali għolja tal-Kummissjoni u Sala Prinċipali li ser tintuża għall-laqgħat għolja waqt il-Presidenza. Sadanittant flimkien ma’ Heritage Malta u r- Restoration Unit qed isir restawr tal-irħam tal-art u xi ħitan fil-kuruturi. Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra tlesta wkoll restawr tal-faccata ta’ Triq l-Arċisqof u btieħi ta’ Nettuno u Priċep Alfred. Huwa stmat li l-proġett ser jiġi jiswa’ madwar €5 miljuni (vat eskluż).
Il-Belt – manutenzjoni bħala tħejjija għal Valletta 2018
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk huwiex maħsub li jkun hemm entità li tkun aktar iffukata fuq il-manutenzjoni tal-Belt Valletta fid-dawl tat-tħejjijiet li qegħdin isiru għal Valletta 2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation ġiet mitluba biex tibda tikkordina xogħolijiet ta’ tiswija, manutenzjoni, dwal u upgrading ta’ bankini, spazju miftuħ u żoni oħra ġewwa l-Belt. L-iskop ta’ dan huwa li jkun hemm entita’ ffukata u dedikata b’riżorsi biex tilħaq dan l-iskop. Diġa’ twettqu u qed isiru diversi xogħolijiet u aktar taħdidiet mal-entitajiet pubbliċi, V18, NGO’s u Kunsill Lokali. Dan kollu għandu jwassal għal dehra aħjar u isbaħ tal-Belt Valletta.
Grand Harbour Regeneration Corporation – riġenerazzjoni tal-Bajja ta’ San Ġorġ
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'passi qed jittieħdu mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) fid-dawl tal-istqarrija li saret fid-diskors tal-budget għat-twaqqif tal-Korporazzjoni responsabbli mir-riġenerazzjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation qeda tipparteċipa f'laqgħat ta' konsultazzjoni, uħud organizzati mill-Awtorita' tal-Ippjanar, u ma' entitajiet pubbliċi oħra, liema laqgħat bdew qabel ma ġie ppubblikat il-Master Plan għar-Riġenerażżjoni ta' Paceville li jinkorpora wkoll ir-riġenerazzjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ. Fil-frattemp qed jittieħdu passi biex fi żmien li ġej bħala struttura titwaqqaf separatament il-Korporazzjoni għar-Riġenerażżjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ biex tkun f'pożizzjoni li twettaq koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet li jiġu mfassla.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-inizjattivi li qed jittieħdu mid-Direttorat għat-Tindif, sabiex pajjiżna jkun iktar nadif matul dan is-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li qed jittieħdu diversi inizjattivi sabiex pajjiżna jinżamm kemm jista’ jkun nadif f’kull ħin.
Dawn huma l-inizjattivi l-ġodda :
· Il-ħaddiema li huma assenjati jnaddfu t-toroq arterjali ta’ pajjiżna qed jaħdmu fuq bażi ta’
shift day in day out
, sabiex ikollna tindif 7 ijiem fil-ġimgħa u mhux 5 ijiem kif kien qabel.
· Il-
mechanical sweepers
tad-Direttorat qed jitħaddmu wkoll f’diversi ħinijiet tal-ġurnata mit-Tnejn sal-Ħadd sabiex ikun hemm iktar effett ta’ indafa fit-toroq tagħna.
· Ġew introdotti metodi ġodda ta’ operat ta’ tindif anke għall-ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet.
· Qed isiru
patrols
b’opra tal-baħar li qed tagħmel rondi apposta sabiex jinġabar l-iskart mill-bajjiet, qabel ma dan jilħaq l-art.
· Id-Direttorat għat-tindif investa f’magna apposta li taħsel il-kontenituri tal-iskart fil-post. Dan qed jirriżulta f’kontenituri iktar nodfa.
· Ġew imwaqqfa
standards
ġodda ta’
time frames
, meta jiġu solvuti l-każijiet.
· Konġuntament mal-pulizija, qed issir ħidma ta’ infurzar f’diversi żoni fejn għadu jsir abbuż sfaċċat ta’ rimi ta’ skart
· Kompliet il-ħidma ta’ żieda ta’ kontenituri tal-iskart fit-toroq u l-bajjiet.
· Żdiedu iktar
CCTV cameras
f’diversi postijiet pubbliċi, kif ukoll qed issir ħidma sabiex l-infrastruttura ta’
CCTV
li qed issir minn ċerti kunsilli lokali tiġi segwita wkoll mid-Direttorat għat-Tindif.
· Inxtraw iktar hekk imsejħa
pedestrian sweepers
sabiex ikun hemm iktar tindif effettiv f’żoni pedonali.
· Sar investiment qawwi f’makkinarju apposta sabiex jitnaddaf il-pavimentar tal-Belt Valletta