Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27485 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control 2015

Question

X’parametri ġodda saljenti kellha d-DC15, u x’effett kellhom fuq l-iżvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li: It-tneddija tad-dokument ‘Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015, DC 15’ kien pass kuraġġjuż 'il quddiem biex l-iżvillup propost ikun wieħed ta kwalità u ssir enfasi akbar fuq id-disinn. Id-dokument huwa wieħed posittiv fejn il-kriterji kwalitativi qed jingħataw l-istess interpelanza fl-‘assessment’ tal-applikazzjonijiet daqs kriterji kwantitativi. L-akbar differenza li kellu d-dokument fuq l-ipproċessar ta l-applikazzjonijiet għall-iżvillup huwa l-importanza li issa qed tingħata lil kuntest. B’dan id-dokument wiehed jirikonoxxi li għalkemm ngħixu ġo pajjiż żgħir hemm kuntesti u ambjenti differenti li jagħmlu kull lokalità unika. Dan inħass wara li kien rikonoxxut il-prinċipju ewlieni tal-kuntestwalità u li l-policy antikwata tal-‘one size fits all’ mhux is-soluzzjoni tajba. Dan iffiser li issa kull applikazzjoni li tirċievi l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tiġi eżzaminata waħedha iżda fil-kuntest immedjat jiġifieri it-triq. It-triq għalhekk hija meqjusa bħala spazju importanti soċjali u importanti sabiex l-ambjent urban jkun wieħed dinamiku. Element ieħor li kellu effet posittiv huwa li għal kuntrarju għal policies ta ‘qabel, id-dokument DC 15 issa għandu tlett tipi ta’provissjonijiet; Policy/Regulation(P), Good-practice guidance(G) u Technical Standards(S).Għalkemm il-policies iridu jingħataw l-aktar saħħa wieħed irid ukoll iqis li jħaddan il-prinċipju izda fl-istess waqt jissuġerixxi soluzzjonijiet alternattivi.

Awtorità dwar il-Mediċini — miżuri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed tieħu l-Awtorità dwar il-Mediċini fuq l-aċċess tal-mediċini fil-kuntest tal-Brexit?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Awtorità dwar il-Mediċini ġie mwaqqaf il-Medicines Intelligence and Access Unit. Dan il-Unit huwa nfurmat mas-sitwazzjoni u qed jassigura l-aċċessibilità tal-mediċini kemm mir-Renju Unit stess kif ukoll minn pajjiżi oħra fl-Ewropa. L-Awtorità dwar il-Medicini qegħdha f’kuntatt kemm mal-Awtorità tal-Mediċini fir-Renju Unit, kif ukoll mall-Aġenzija Ewropeja tal-Mediċini biex tassigura li l-Brexit ma taffettwa bl-ebda mod l-aċċess għall-mediċini. Peress li Malta tuża s-sistema tal-Artikolu 126(a) tad-Direttiva 2001/83/KE u b’hekk toqgħod fuq ir-reġistrazzjoni tal-mediċini f’pajjiżi oħra Ewropej, inkluż mir-Renju Unit, qed jittieħdu miżuri proattivi biex jiġi assigurat li f’Malta ma jkunx hawn nuqqas ta’ mediċini. Tajjeb wieħed jsemmi li xi ftit taż-żmien ilu kien hawn f’Malta il-Kap tal-Aġenzija tal-Mediċini tar-Renju Unit, Dr Ian Hudson, fejn ġie diskuss il-koperazzjoni bejn Malta u Renju Unit dwar il-kwalità, s-sigurtà u l-effikaċja tal mediċini u l-aċċessibiltà għall-mediċini.

Awtorità dwar il-Mediċini – trasferiment tal-uffiċċji għal-Life Science Park

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’effett kellu t-trasferiment tal-uffiċċji tal-Awtorità dwar il-Mediċini għal-Life Sciences Park?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-trasferiment tal-uffiċċji tal-Awtorità dwar il-Mediċini għal-Life Sciences Park jagħti mhux biss post prestiġjuż għall-Awtorità u faċilitajiet aħjar iżda qed jwassal ukoll għal iffrankar ta' madwar kwart ta' miljun Ewro fuq il-kera u kontijiet fuq perjodu ta’ tliet snin.

Awtorità dwar il-Mediċini – uffiċċji f’Londra

Question

Peress li qed jingħad li l-EMA ħa jkollha tiċċaqlaq mill-uffiċċji tagħha f’Londra, tista’ l-Ministru tgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità dwar il-Mediċini f’dan ir-rigward?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorità dwar il-Mediċini qed tmexxi offerta sabiex tattira l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tiġi relokata f’Malta. Fid-dawl li hemm kompetizzjoni minn numru ta’ pajjiżi biex jiksbu din l-aġenzija, Malta qed tagħmel każ billi tesponi l-vantaġġi li jgawdi l-pajjiż, foshthom ir-reputazzjoni li għandha l-Awtorità tal-Mediċini Maltija fl-Ewropa inkluż il-kapaċitajiet kemm dawk akkademiċi kif ukoll prattiċi li jgawdu l-personnel tal-Awtorità.

Awtorità dwar il-Mediċini – Levonelle u ellaOne — impjantazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema fatti l-Awtorità dwar il-Mediċini rrakkomandat li l-Levonelle u l-ellaOne ma twaqqafx l-impjantazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorità dwar il-Mediċini tat din ir-rakkomandazzjoni abbażi tal-informazzjoni kurrenti li tinsab fid-dokumenti xjentifiċi u uffiċjali ta’ dawn il-mediċini fosthom is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott.

OHSA – kampanji ta’ spezzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sarux kampanji ta’ spezzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) matul l-2015 u tul l-ewwel sitt xhur tal-2016? Jekk saru, liema setturi kienu spezzjonati u x’kien l-eżitu f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmta li matul l-2015, nediet numru ta’ kampanji ta’ nformazzjoni u ta’ spezzjoni fl-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta, f’uffiċċji ta’ kumpaniji tal-gaming u tal-assikurazzjoni, fl-industrija farmaċewtika u f’ ċentri ta’ childcare. Saret ukoll kampanja f’Għawdex li tirrigwarda l-istallazzjoni ta’ tower cranes. Peress li l-OHSA tipprova tispezzjona lill-operaturi kollha fis-settur partikolari, uħud minn dawn il-kampanji ġew finaliżżati matul l-2016. Matul l-ewwel sitt xhur tal-2016, l-OHSA nediet kampanji ġodda f’ristoranti, stamperiji, barrieri, uffiċċji ta’ kunsilli lokali f’Għawdex, f’ workshops tal-inġinerija, u fis-settur tal-kostruzzjoni. L-ewwel ħaġa li tagħmel l-OHSA qabel tniedi kampanja huwa li tinforma lill-operaturi kollha fis-settur bl-iskop tal-kampanja li tkun ser issir u dawk l-oqsma li jkunu ser jingħataw prijorità waqt l-ispezzjoni. Waqt l-ispezzjoni, l-Uffiċċjali tal-OHSA jagħmlu użu ta’ checklist imħejjija mill-OHSA li telenka l-prijoritajiet identifikati. L-eżitu f’kull każ jiddependi jekk ikunux innutati nuqqasijiet jew le - meta jkun hemm nuqqasijiet, l-Uffiċjali jinfurmaw lill-persuna responsabbli b’dawk in-nuqqasijiet u joħorġu ordnijiet skont il-liġi. Wara tittieħed deċiżjoni mill-OHSA skont l- Enforcement Policy tagħha, dwar l-azzjoni li tkun trid tittieħed, u li tista tinkludi l-ħruġ ta’ penali amministrattivi, jew il-bidu ta’ proċeduri fil-Qorti.
Leg 12 PQ #27479 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Demerger tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-differenza prinċipali wara li seħħ id-demerger tal-MEPA? X’vantaġġi hemm bid-demerger, kemm għall-ippjanar kif ukoll għall-ambjent?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-vantaġġi prinċipali wara d-demerger huma li issa: 1. Hemm awtorità responsabbli mill-ambjent indipendenti mill-funzjoni ta’ l-ippjanar u li għalhekk m’għadx hemm ir-riskju li issues ambjentali jiġu meqjusa sekondarji għal dawk li jirrigwardaw użu ta’ l-art. 2. Hemm awtoritajiet awtonomi li huma aktar iffukati u allura aktar effettivi u effiċjenti fir-responsabilitajiet rispettivi li għandhom. 3. Hemm awtorità ambjentali (ERA) li issa għandha aktar saħħa u vuċi fit-teħid tad-deċiżjonijiet kemm f’dak li jirrigwarda t-tfassil ta’ policies , permezz tal-preżenza tagħha fil-Kunsill Ezekuttiv ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, kif ukoll f’dak li jirrigwarda d-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet ta’ l-iżvilupp, permezz tal-preżenza tagħha fuq il-bord ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar. 4. L-ERA bħala entità awtonoma tista’ tappella minn deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar. Dan hu poter importanti li ma’ kienx ikun possibbli kieku l-funzjoni ambjentali u dik t’ippjanar kellhom jibqgħu amalgamati flimkien. 5. L-Awtorità ta' l-Ippjanar tista' tkun iffukata aktar biex tiżgura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu aktar sostenibbli, u li jintegraw it-tlett pilastri ta' l-ippjanar li huma l-aspett soċjali, ekonomiku u ambjentali. 6. L-Awtorità ta’ l-Ippjannar tista tiffoka iżjed fuq pjani sostenibbli u b’integrazzjoni sħiħa ma l-infrastruttura li hemm bżonn. 7. Żieda fl-effiċjenza u t-trasparenza fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.
Leg 12 PQ #27480 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet tal-Ippjanar u tal-Ambjent u r-Riżorsi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li ż-żewġ awtoritajiet kemm tal-Ippjanar kif ukoll dak tal-Ambjent u r-Riżorsi ġew stabbiliti, x’inhu l-andament tax-xogħol u r-relazzjoni bejniethom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 27479.
Leg 12 PQ #27481 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outside Catering Area

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li daħħlet fis-seħħ il-policy tal-Outside Catering Area, x’inhuma l-effetti tagħha kemm għall-pubbliku, għall-ambjent kif ukoll għall-imprenditur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Policy tal-Outside Catering Areas on Public Open Space daħlet fis-seħħ f’Ġunju tal-elfejn u sittax. Sa dakinhar, dan it-tip ta’ żvilupp ma kienx irregolat sew, jew inkella, kien irregolat b’ħafna policies kunfliġġenti mħaddna minn diversi dipartimenti. Din il-policy, għall-ewwel darba, daħlet il-kuncett ta’ shared policy, cioe, dan id-dokument huwa inklussiv b’mod li jista jintuża mill-erba entitajiet li huma kkonċernati fl-għoti ta’ permessi ta’ dan it-tip. Id-dokument, ukoll, ihaddan il-fehma illi fil-kuntest ta’ użu ta spazji pubblici, il-pubbliku għandu jiehu preċedenza fuq l-iżvilupp għal skopijiet kummerċjali; madankollu, l-istess dokument huwa mfassal sabiex jgħin lin-negozji jitħajru juzaw spazji pubblici għal finijiet kummerċali. Għalhekk, l-effetti principali ta’ dan id-dokument, kemm fuq il-pubbliku, għall-ambjent, kif ukoll għall-imprendituri, ghandhom ikunu: i) li jiżdiedu it-trasparenza u l-effiċjenzja fil-ħrug u l-għoti tal-permessi, billi kulhadd jista jifhem u juza din il-policy; ii) li jingħata aktar rigward lil-min sempliciment jixtieq igawdi spazju pubbliku mingħajr xkiel ta’ xejn; iii) billi ikun hemm qafas sod ta’ ppjanar għal-żoni kummercjali ewlenin; iv) billi ikun hemm regoli u linji gwida għad-disinn ta’ żoni pubblici u għalhekk jigi promos it-tisbieh tal-ambjent; v) billi jithaddan il-principju ta’ disinn universali illi ma jaghmilx eskluzjonijiet u diskriminazzjoni kontra xi kategorija ta’ nies. L-effetti ta’ din il-policy naturalment m’humiex sejrin jinhassu mil-llum għal għada, speċjalment fejn hemm bzonn illi jsiru Master Plans aktar dettaljati u mfassla skond il-lokalita’; imma huwa zgur illi għall ewwel darba min ghandu id-dover illi jippjana dawn iż-żoni għandu qafas tajjeb sabiex jimxi fuqhu. Fl-istess ħin, il-policy diga qiegħda tintuża sabiex jingħataw permessi ġodda u jitrangaw dawk ezistenti fejn ikun possibli.
Leg 12 PQ #27482 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-liġi tas-Sanità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet ilha ma tkun aġġornata l-liġi tas-sanità? Bis-saħħa tal-liġi l-ġdida, kif ġie affetwat l-ippjanar u x-xogħol relatat magħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Liġi tas-sanità għajr xi tibdil żgħir kien ilha ma tiġi aġġornata mill-1854. Bl-avviż legali 227/16 il-bini kummerċjali, kif ukoll il-garaxxijiet issa jista' jiġi vventilat u mdawwal b'mod artifiċjali b'ċertifikazzjoni minn inġinier. Barra minn hekk il-qisien tal-btieħi fil-liġi l-antika kien għadhom bil-piedi u ġew sempliċiment maqlubin għal metri, mentri issa kemm l-għoli tal-bini kif ukoll il-btieħi ġew kollha bil-metri. L-għoli tas-sulari ġie mnaqqas minn 2.75m għal 2.6m. Din il-L.N. tat ukoll il-fakulta li minn għandu court yard ta' qabel in-1967 jista' jsaqqafha b'ventilazzjoni mil-ġenb u b'soqfa tal-ħġieġ ritrattabbli b'mod mekkanikament awtomatizzat u ċċertifikat minn engineer. Issa ukoll ġew stabbiliti il-wisa' tat-toroq mal-għoli tal-bini inkluż ukoll il-bini għoli ta' aktar minn għaxar sulari magħruf aħjar bħala high rise building. Qabel kienet il-prassi li bini ta' qabel l-1967 konna nieħduh bħala eżistenti pero' din ma kienet miktuba mkien. Issa ġiet stabbilita d-data ta' meta huma applikabbli dawn il-regolamenti. Saret definizzjoni ta' dak li hu abitabli u dak li mhux abitabli. Giet stabbilita ukoll x'hini u kemm trid tkun fonda sit restritta. Barra minn hekk qabel minn ma kienx jaqbel mad-deċiżjoni tal-uffiċjal tas-sanità kellu jappella quddiem il-GSB mentri issa jista jidher quddiem il-Planning Commission u jagħmel l-argumenti hemmhekk. Barra minn hekk l-applikant jista jmur ukoll quddiem it-tribunal.
Leg 12 PQ #27483 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-iskema ta’ Regularisation

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li ddaħlet ir-regularisation, kif se tkun applikabbli u x’inhuma l-għanijiet prinċipali? Għaliex inħass il-bżonn ta’ skema ta’ regularisation?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proċedura ta' regolarizzazzjoni hija applikabbli għal ¿vilupp li huwa bla permess, li sar qabel l-2016, li jinsab fiż-żona ta' żvilupp, u li mhux konformi mal-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar u regolamenti ta' sanità. Il-proċedura, li hija regolata minn Avviż Legali 258 tal-2016, tirrikjedi li ssir applikazzjoni minn perit u din għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità fuq il-portal elettroniku. Inħasset il-bżonn għal din l-iskema biex jiġu solvuti problema ta’ ppjanar u sanita li kienu qed ixekklu l-bejgħ tal-propjeta b’dannu għas-sidien li kemm-il darba tkun l-unika mezz kif ikunu jistgħu jiffinanzjaw ċertu spejjeż oħra. Parti mid-dhul tar-regularisation ser immur fil-fond tal-Urban Improvement Fund biex il-kommunitajiet ikunu jistghu jibbenifikaw.
Leg 12 PQ #27484 Sitting 446 2016-11-02 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control 2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-effetti tad-Development Control 2015, kważi sena wara li ddaħħlet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellat illi t tneddija tad-dokument ‘Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015, DC 15’ kien pass kuraggjuz il-quddiem biex l-żvillup propost ikun wieħed ta kwalita’ u ssir enfasi akbar fuq id-disinn. Id-dokument huwa wiehed posittiv fejn il-kriterji kwalitativi qed jingħataw l-istess interpelanza fl-‘assessment’ tal-applikazzjonijiet daqs kriterji kwantitativi. L-akbar differenza li kellu d-dokument fuq l-ipproċessar ta l-applikazzjonijiet għall-izvillup huwa l-importanza li issa qed tingħata lil kuntest. B’dan id-dokument wiehed jirikonoxxi li għalkemm nghixu go pajjiż zgħir hemm kuntesti u ambjenti differenti li jagħmlu kull lokalita’ unika. Dan inhass wara li kien rikonoxxut il-prinċipju ewlieni tal-kuntestwalità u li l- policy antikwata tal-‘one size fits all’ mhux is-soluzzjoni tajba. Dan iffiser li issa kull applikazzjoni li tircievi l-Awtorità ta’ l-Ippjanar ma tistax tigi ezaminata wahidha izda fil-kuntest immedjat jigifieri it-triq. It triq għalhekk hija meqjusa bħala spazju importanti socjali u importanti sabiex l-ambjent urban jkun wiehed dinamiku. Element iehor li kellu effett pozitiv huwa li għal kuntrarju għal policies ta’ qabel, id-dokument DC 15 issa għandu tlett tipi ta’ provissjonijiet; Policy/Regulation (P), Good-practive guidance (G) u Technical Standards (S). Għalkemm il-policies iridu jingħataw l-aktar sahha wieħed irid ukoll iqis li jħaddan il-prinċipju iżda fl-istess waqt jissuġerixxi soluzzjonijiet alternattivi.
Leg 12 PQ #27473 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-ħwienet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-iskema tal-ħwienet tiġi estiża għall-ħwienet oħra li mhumiex fil-Belt Valletta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif kien tħabbar fl-Iskema tal-Ħwienet li kienet miftuħa għall-ħwienet tal-Belt Valletta biss bħala proġett pilota, il-Gvern għandu l-ħsieb li din l-Iskema tiġi miftuħa għall-ħwienet f’lokalitajiet oħra.
Leg 12 PQ #27474 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Housing Estates – xiri ta’ garaxxijiet — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħħlu applikazzjonijiet għal xiri ta’ garaxxijiet fil-Housing Estates u kemm minn dawn il-kuntratti ġew konklużi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema ta’ Bejgħ ta’ Garaxxijiet u Siti mogħtija b’Ċens biex fuqhom jinbnew garaxxijiet u li kienu jinsabu fil-Housing Estates madwar Malta u Għawdex, intefgħu 625 applikazzjoni. S’issa saru 50 kuntratt ta’ bejgħ ta’ Garaxxijiet filwaqt li madwar 300 applikazzjoni oħra waslu fill-fażi finali biex isirilhom il-kuntratt tal-bejgħ. Il-proċess ta’ verifika fuq il-kumplament tal-applikazzjonijiet qiegħed miexi wkoll.
Leg 12 PQ #27475 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Esproprji li għandhom jieħdu sa €50,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa issa, kemm tħallsu espropji li kellhom jieħdu sa €50,000?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment bgħatt għal fuq minn mitt (100) sid ta’ proprjetà li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000, sabiex dawn is-sidien iġibu l-prova ta’ titlu. S’issa ġew finalizzati 2 kuntratti, filwaqt li għaddej xogħol ta’ verifika fuq provi ta’ titlu li diġa ntbagħtu minn diversi sidien oħra qabel ma jgħaddu għall-kuntratt ta’ kumpens finali. Madankollu għad fadal numru sostanzjali ta’ sidien li għadhom ma weġbux għat-talba tad-Dipartiment biex iġibu l-prova tat-titlu tal-art u allura d-Dipartiment ma jistax jieħu passi fuq dawn il-każijiet qabel mas-sidien jipprovdu l-prova tat-titlu tagħhom biex jingħataw il-kumpens.
Leg 12 PQ #27476 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-HOS – djar li ngħataw bħala plots

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif peress li hawn djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-HOS u li għad m’għandhomx titolu, x’għamel sa issa l-gvern u x’biħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin f’dan ir-rigward?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din il-Leġislatura sallum, il-Gvern ħallas is-somma ta’ €2,165,569 fi ħlas ta’ kumpens lil sidien privati li l-art tagħhom kienet żmien ilu ittieħdet mill-Gvern għal skop pubbliku biex inbnew djar taħt l-Iskema tal-Home Ownership. Bil-ħlas ta’ dan il-kumpens ġew konklużi kuntratti tal-akkwist tal-art ma’ diversi sidien oriġinali li kellhom artijiet li ġew akkwistati f’dawn l-inħawi: iż-Żurrieq, il-Mosta, in-Naxxar, il-Kalkara, Hal Luqa, Ta’ Farsina Ħal Qormi, Ħad-Dingli, l-Marsa, l-Għargħur, l-Msida, B’Kara, ir-Rabat Malta, Rabat Għawdex u x-Xagħra. Dan ippermetta li numru ta’ familji li għandhom djar mibnija fuq dawn l-artijiet li ġew akkwistati, issa jistgħu jixtru l-proprjetà tagħhom u jsiru sid ta’ darhom. Matul is-sena li ġejja, il-Gvern bi ħsiebu jkompli jikkonkludi aktar kuntratti ma’ sidien ta’ proprjetajiet li ġew akkwistati minħabba l-Iskema tal-Home Ownership.
Leg 12 PQ #27477 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim bejn stat u knisja dwar artijiet li ġew mgħoddija lill-istat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex jiġu solvuti l-problemi kbar li hemm pendenti wara aktar minn 20 sena minn meta sar il-ftehim bejn l-istat u l-knisja rigward artijiet li ġew mgħoddija lill-istat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Konġunt għandu l-funzjoni li jamministra l-proprjeta li qabel kienet tal-Knisja u li issa għaddiet f’idejn il-Gvern skont il-Ftehim li sar fis-sena 1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede. L-Uffiċċju Konġunt ħadem sabiex jirrikonċilja u jirreġistra favur il-Gvern il-proprjetà li kienet amministrata minn 111-il entita’ ekklezjastika differenti. Minn dan it-total, s’issa ġew magħluqa l-proprjetà li kellhom 71 entita’ Ekkleżjastika u ġew rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet, ’il fuq minn 16,000 proprjeta’ f’isem il-Gvern ta’ Malta. Matul is-snin, l-Uffiċċju Konġunt nieda diversi Skemi biex sidien ta’ djar kemm residenzjali u anke dawk u¿ati bħala villeġġatura, jkunu jistgħu jifdu ċ-ċens temporanju. Taħt dawn l-iSkemi daħlu total ta’ ‘l fuq minn 7,000 applikazzjoni, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom l-Gvern diġa’ kkonkluda kuntratti ta’ fidi maċ-ċenswalisti. Il-problemi kbar li hemm pendenti jirrigwardjaw it-titlu tal-art u l-maġġoranza ta’ dawn il-ka¿ijiet qegħdin pendenti minħabba kawżi li għadhom għaddejjien quddiem il-Qorti. Barra minn hekk hemm diversi talbiet ta’ rikonoxximenti li għadhom pendenti peress li hemm problemi legali serji kif ukoll nuqqas ta’ rizorsi biex jiġu proċessati minhabba l-ammount kbir ta’propjetajiet imsemmija.
Leg 12 PQ #27478 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Artijiet – liġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet sabiex il-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet tiġi attwata b’mod tanġibbli issa li din il-liġi għaddiet mill-proċessi kollha parlamentari? X’inhi l-akbar differenza li se tagħmel din l-Awtorità fix-xogħol attwali tad-Dipartiment tal-Artijiet? Kif se jiġu affettwati l-ħaddiema preżenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Bħalissa għaddej id-detailing tal-ħaddiema tad-Dipartiment sabiex jgħaddu għand l-Awtorita fl-intier tagħhom.Wara li anki jiġu ngaggati ħaddiema ġodda l-proċess imbagħad ikompli b’collective agreement mal-unions rispettivi li diga beda jsir abbokkament magħhom bil-għan illi l-haddiema jkollhom kundizzjonijiet idoni għal xogħolhom. L-akbar differenzi li ser tagħmel l-Awtorita hi fl-efficenza u t-trasparenza meta l-proċessi l-ġodda, kemm tal-IT kif ukoll dak tal-valwazzjonijiet u l-awditjar jibdew jaħdmu kif maħsub.
Leg 12 PQ #26968 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku – skemi u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru għal Għawdex jelabora dwar skemi u proġetti li ħadem fuqhom id-Dipartiment tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fl-istess Ministeru, minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interppellant li minn Marzu tal-2013 ‘l hawn id-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku ħadem fuq diversi proġetti, inizjattivi u skemi fl-oqsma tat-turizmu, kultura u zvilupp ekonomiku u mexxa ‘ l quddiem l-interessi tal-gzira bħala parti mill-istrateġija ta’ dan il-Gvern biex Għawdex jizviluppa u jgawdi mill-ġid nazzjonali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, rapport dettaljat dwar inizjattivi meħuda.
Leg 12 PQ #26969 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment ta’ Eko-Għawdex – skemi u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelabora dwar skemi u proġetti li ħadem fuqhom id-Dipartiment ta’ Eko-Għawdex fl-istess Ministeru minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant illi l-proġetti u inizzjattivi li saru minn Marzu 2013 sal-lum huma skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.