Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu mal-Montenegro minn Jannar 2016 sad-data meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi diplomatiċi prinċipali li ttieħdu mal-Montenegro minn Jannar 2016 sal-lum huma:
· Żjara tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-Montenegro f’Jannar
· Żjara tal-Prim Ministru l-E. T. Milo Dukanoviæ f’Malta f’Mejju
· Konklużjoni ta’ Dikjarazzjoni dwar Koperazzjoni Ekonomika u Teknika
· Konklużjoni ta’ Memorandum dwar Koperazzjoni fil-qasam tas-Saħħa u x-Xjenza Medika
· Żjara tal- President ta’ Malta, L-E. T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Mongenegro f’Ġunju
· Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u l-Iżvilupp Ekonomiku, l-Onor. Dr Jose Herrera fil-Montenegro f’April
· Iffirmar ta’ Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika
· Żjara tal-E. T. Sanja Vlahoviæ, Ministru tax-Xjenza u r-Riċerka tal-Montenegro f’Lulju
· Żjara tal-Ministru għall-Kompetittivita’ u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, l-Onor. Dr Manuel Mallia f' Settembru
· Żewġ laqgħat li kelli mas-Segretarju tal-Istat għall-Integrazzjoni Ewropea u Kap Negozjatur tal-Montenegro, l-E.T. Aleksander Andrija Pejovic f’Settembru
· Il-ħatra ta’ l-Ambaxxatur Malti għall-Montenegro, l-E.T. Jamie Cremona, f’Jannar u l-ħatra tal-Ambaxxatur tal-Montenegro għal Malta, l-E. T. Antun Sbutega f’Ġunju
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27564 - Montenegro.docx
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu mal-Kosovo minn Jannar 2016 sad-data meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi diplomatiċi prinċipali li ttieħdu mal-Kosovo minn Jannar 2016 sal-lum huma:
· Diversi laqgħat li kelli fil-Kosovo fi Frar
· Iffirmar ta’ Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Ministeri għall-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjizi
· Żjara Statali tal-President ta’ Malta, l-E. T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Kosovo fi Frar
· Żjara mill-President tal-Kosovo, l-E. T. Atifete Jahjaga f’Malta f’Marzu
· Żjara mill-Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea, l-E. T. Bekim Collaku f’Ġunju
· Laqgħa li kelli mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, l-E. T. Enver Hoxhaj, fi New York
· Ħatra tal-Ambaxxatur Malti għall-Kosovo, l-E. T. Godwin Pulis, f’Ottubru
- Huwa mistenni, li l-E.T. Hashim Thaci jżur Malta għal Żjara Statali f'Diċembru 2016.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27565 - Kosovo.docx
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-pjanijiet sabiex is-settur tal-volontarjat ikun aktar megħjun sabiex ikun infurmat u jutilizza aħjar il-fondi, mhux biss taħt dan il-Ministeru, li huma indirizzati għall-istess settur, u x’għodda se tintuża sabiex dan il-għan jintlaħaq?
Response (DALLI, HELENA)
Għall-ewwel darba ġie imnhedi sit elettroniku minn fejn l-organizzazzjonijiet volontarji ser ikunu mgħarrfa dwar il-fondi disponibbli għalihom mid-diversi entitajiet pubbliċi. Dan is-sit, www.vofunding.org.mt, ser ikollu l-informazzjoni dwar l-oġġettivi tal-fondi partikolari, iż-żmien meta joħorġu l-applikazzjonijiet rispettivi, l-applikazzjonijiet online, jew link diretta skond kif ikun il-każ, kif ukoll ir-riżultati tal-fondi.
Aktar tard din is-sena dan is-sit, li huwa b’sistema ‘responsive’ sabiex tkun aċċessibli anka mill-‘mobile phones’, ser tkun marbuta ma’ ‘mobile application’ sabiex dawk interessati jirċievu l-informazzjoni fl-aqsar ħin possibbli. Dan is-sit u l-istruttrura marbuta miegħu, li qed tkun imħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, tkompli tiggarantixxi aċċessibilita’, kontabilita’ u trasparenza ta’ fondi pubbliċi indirizzati għas-settur tal-volontarjat.
Regolamenti Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data — implimentazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tħejjijiet qed isiru għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li internazzjonalment il-Ministeru u l-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qegħdin jieħdu sehem f’laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea, ma’ entitatjiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data u kif ukoll qed isiru diversi laqgħat ma’ membri stati oħrajn.
Il-Ministeru, bil-kollaborazzjoni tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, qiegħed jinvolvi ruħu f’laqgħat kontinwi ma’ Ministeri differenti biex janalizzaw u jaġġornaw liġijiet ta’ Malta u b’hekk ikunu konformi mal-liġi l-ġdida.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk l-Istandards Nazzjonali li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ippubblikat fl-aħħar tliet snin biex tkun żgurata sigurtà lill-pubbliku? Liema huma dawk l-Istandards nazzjonali li l-Awtorità qed tipprepara biex tippubblika fix-xhur li ġejjin? Min qed jipparteċipa fi-iżvilupp ta’ dawn l-Istandards?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex jiġi aċċertat li f’postijiet fejn jattiraw ħafna konsumaturi, id-drittijiet tal-konsumaturi qed jiġu mħarsa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur iwettaq spezzjonijiet regolari f’postijiet kummerċjali fil-bliet u rħula iżda l-iktar li jintensifika din il-ħidma hija f’lokalitajiet u ċentri kummerċjali li jattiraw lill-konsumatur.
Barra minn hekk, waqt l-ispezzjonijiet l-uffiċjali mid-Direttorat tal-Infurzar jinkuraġġixxu lil tal-ħwienet sabiex japplikaw biex jidħlu fl-iskema
Trust You
bil-għan li tippromwovi relazzjoni ta’ fiduċja bejn min jixtri u min ibigħ.
L-MCCAA qegħda wkoll kontinwament teduka kemm il-konsumaturi kif ukoll il-bejjiegħa dwar l-obbligi u d-drittijiet legali tagħhom permezz tat-televiżjoni u r-radju. Ta’ min isemmi wkoll li l-Uffiċċju jagħti l-kontribut tiegħu billi darbtejn fil-ġimgħa jkun preżenti ġewwa l-Uffiċini tas-Servizz.gov ġewwa Raħal Ġdid u Birkirkara bil-għan li jagħti pariri u informazzjoni dwar il-liġijiet tal-konsumatur lill-pubbliku in ġenerali.
Dan kollu jsir sabiex jiġi assigurat li ċ-ċittadin ikun kemm infurmat kif ukoll imħares fejn jidħlu d-drittijiet tiegħu bħala konsumatur.
Tista’ l-Ministru tgħid x’operazzjonijiet qed isiru mid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex ikun żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti minn prodotti perikolużi u jkollhom fiducja fis-suq?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li biex jiżgura li l-konsumaturi jkunu protetti minn prodotti perikolużi u jkollhom fiduċja fis-suq, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq juża l-mezzi kollha li ttieh il-liġi billi jagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet u postijiet tal-kummerċ sabiex ikun immoniterjat is-suq. Isir infurzar u teħid ta’ miżuri fil-każ li xi prodott li jkun iponi riskju serju u jirtira l-prodott mis-suq. Minbarra dan isiru ukoll testijiet fuq prodotti biex ikun mistħarreġ jekk dawn humiex konformi mal-istandards u liġijiet applikabbli. Id-Direttorat joħroġ stqarrijiet u press releases sabiex il-pubbliku jkun infurmat meta jinstab xi prodott li jkun iponi riskju serju.
Id-Direttorat tas-Sorveljanza jattendi ukoll għal laqgħat u fora tal-Kummissjoni Europea, kif ukoll tal-Aġeniji tal-Kummissjoni u għandu involviment attiv ħafna fis-sistema RAPEX li tieħu ħsieb li tinnotifika lill-istati membri tal-Unjoni Ewropeja meta xi prodott li jkun iponi riskju serju għall-konsumaturi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-koppji tal-istess sess li minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija:
a) daħlu f’unjoni ċivili f’Malta;
b) daħlu f’unjoni ċivili barra minn Malta u l-i
status
tal-unjoni ġie rreġistrat f’Malta;
c) iżżewġu barra minn Malta u l-i
status
tal-unjoni ġie rreġistrat f’Malta; u
d) applikaw sabiex ikunu kkunsidrati biex jaddottaw?
Response (DALLI, HELENA)
Minn April tal-2014, meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar l-unjonijiet ċivili:
a) 120 koppja daħlu f’unjoni ċivili f’Malta u Għawdex;
b) 15-il koppja daħlu f’unjoni ċivili barra minn Malta u l-istatus tal-unjoni tagħhom ġie rreġistrat f’Malta;
c) 18-il koppja iżżewġu barra minn Malta u ż-żwieġ tagħhom ġie rreġistrat f’Malta; u
d) 4 koppji tal-istess sess kienu approvati għal addozzjoni, fejn koppja minnhom diġà addottat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ilment irċeviet l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 u kemm-il talba għall-informazzjoni rċeviet tul l-istess żmien? Kien hemm każijiet fejn l-NCPE investigat każijiet ex-officio tul il-perjodu msemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 l-NCPE rċeviet 192 ilment. L-NCPE rċeviet 281 talba għall-informazzjoni. Il-Kummissajru investigat 4 każijiet ex-officio.
NCPE – lista ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi nazzjonali
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista’ ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi nazzjonali li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) issottomettiet il-kontribuzzjonijiet tagħha, mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il organizzazzjoni hija ċertifikata bil-Marka tal-Ugwaljanza u x’inhu t-total ta’ ħaddiema li jaħdmu f’dawn l-organizzazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li preżentament hemm 64 organizzazzjoni ċertifikata bil-Marka tal-Ugwaljanza li b’kollox iħaddmu madwar 16,150 persuna.
Emendi tal-Liġi tal-Volontarjat – diskussjonijiet u konsultazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tindika f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet u l-konsultazzjoni dwar l-emendi tal-liġi tal-Volontarjat?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi tal-Att (Cap 492 tal-liġijiet ta’ Malta) għalqet fis-6 ta’ Lulju 2016.
Bħalissa qed jiġu ffinalizzati l-emendi tal-liġi wara din il-konsultazzjoni pubblika.
Tista’ l-Ministru tgħid kif l-Organizzazzjonijiet Volontarji qed ikunu megħjuna sabiex ikabbru l-kapaċità operattiva tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżistu tlett skemi li bejniethom jallokaw is-somma ta’ €850,000.00 sabiex l-Organizzazzjonijiet Volontarji qed ikunu megħjuna sabiex ikabbru l-kapaċità operattiva tagħhom.
Dawn l-iskemi huma il-Voluntary Organisations Projects Scheme, għal proġetti sa massimu ta’ €20,000.00, u l-iskema Small Initiatives Support Scheme, għal proġetti sa massimu ta’ €3,000.00. Dawn l-iskemi jsostnu proġetti li jinkludu it-tisħieħ tal-kapaċità operattiva u riċerka dwar is-settur.
Hemm ukoll skema ta’ Taħriġ li hija maqsuma fi tnejn, dik li toffri fondi sabiex l-organizzazzjoni torganizza taħriġ kif ukoll dik li tassisti individwi mill-organizzazzjonijiet sabiex jitħarrġu anka barra minn Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju waslu l-pjanijiet dwar l-estensjoni taċ-Ċentri tal-Volontarjat f’inħawi oħra ta’ Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. interpellant li bħalissa hemm pjanati zewġ Ċentri oħra tal-Volontarjat, wieħed f’Marsaxlokk u ieħor fir Rabat, Malta. Iċ-ċentru tar-Rabat, liema bini kien identifikat, għaddej mill-fażi ta’ preparazzjoni fejn fil-ġimgħat li ġejjin ser jibdew ix-xogħolijiet fuqu ta’ kisi, tibjid u s-sitemi ta-servizzi.
Fil-Każ taċ-ċentru li ser isir f’Marsaxlokk, issa li ħareġ il-permess tal-bini, ix-xogħol għandu jibda.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu multi amministrattivi mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) matul l-2015 u matul l-ewwel sitt xhur tal-2016? Kemm kien l-ammont ta’ flus mitluba li jitħallsu? Kemm kien l-ammont ta’ flus li attwalment inġabru? X’azzjoni tista’ tieħu l-OHSA fil-każ ta’ multi li ma tħallsux?
Response (DALLI, HELENA)
Ittri ta’ intimazzjoni għall-ħlas ta’ penali maħruġa mill-OHSA
Ammont dovut skont l-ittri ta’ ntimazzjoni
Ammont miġbur
2015
187
€128,470
€115,560
Jannar- Ġunju 2016
177
€82,350
€61,350
Fil-każ ta’ penali li ma jitħallsux, jinbdew proċeduri fil-Qorti mill-OHSA, fejn il-persuna intimata tkun akkużata bil-ksur ta’ regolamenti imsemmija fl-ittra ta’ ntimazzjoni, iżda mhux bin-nuqqas ta’ ħlas tal-penali. Permezz t’hekk, min jirċieva ittra għall-ħlas ta’ penali u ma jaqbilx magħha, jkun jista' jiddefendi l-allegat nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti quddiem il-Qorti.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema kumitati jew gruppi ta’ ħidma Ewropej għandha rappreżentanza l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? F’liema minn dawn il-kumitati jew gruppi ta’ ħidma l-parteċipazzjoni hija mandatorja?
Response (DALLI, HELENA)
L-OHSA (f’isem Malta) hija rappreżentata f’erbà kumitati jew entitajiet Ewropej li l-parteċipazzjoni fihom hija mandatorja (Standing Committees). Dawn huma: is-Senior Labour Inspectors Committee (SLIC), l-Advisory Committee for Safety and Health (ACSH), is-Seveso II Committee of Competent Authorities and Seveso Expert Group (Seveso CCA), u l-Administrative Board tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol.
Meta nħasset il-ħtieġa mill-Kummissjoni Ewropea (KE), dawn l-i
Standing Committees
waqqfu kumitati oħra, li għalkemm il-parteċipazzjoni fihom mhijiex mandatorja, ikun mistenni li jattendu l-iStati Membri kollha. Dawn il-kumitati huma:
Working Group Enforcement (
imwaqqaf mis
-SLIC), Working Party on Atomic Questions
(KE),
Expert group National Contacts Points on OSH Strategies
(KE),
Working Group Occupational Diseases (ACSH),
u
Technical Progress Committee for the Development of Occupational Exposure Limit Values (
KE
).
Bi preparazzjoni għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill, l-OHSA qegħda tifforma parti minn numru ta’Kumitati oħra skont ir-regoli ta’ proċedura stabbilita mill-i
Standing Committees
rispettivi. Dawn huma: is-
SLIC Bureau
, l-
ACSH Bureau
, u l-
Working Party Preparation Malta SLIC Thematic Day
.
L-OHSA qegħda tattendi wkoll għal-laqgħat tas-
Social Questions Working Party
meta dan ikun qed jiddiskuti materji relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid xi rwol għandha l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fil-prevenzjoni tal-inċidenti fuq ix-xogħol? Meta u taħt liema ċirkostanzi jista’ jkollha responsabilità l-OHSA meta jseħħ inċident fuq il-post tax-xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jassenja tnax il-funzjoni lill-OHSA biex tkun tista twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont il-liġi. Fl-istess ħin, il-liġi tagħmilha ċara li s-salvagwardja tal-“ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema” mhuwiex obbligu tal-OHSA iżda ta’ min ikun ingħata dak l-obbligu skont il-liġi - fil-maġġoranza tal-każi, l-obbligu li jkunu evitati inċidenti fuq ix-xogħol, huwa ta’ dak li jħaddem, li huwa obbligat li jieħu dawk il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni stabbiliti fl-Att skont l-hekk imsejjħa ġerarkija ta’ miżuri.
L-istess Att jaħseb għall-protezzjoni kontra r-responsabbiltà għal danni għal kull azzjoni meħuda f’bonafidi mill-OHSA u, jew mill-impjegati tagħha. Dan ifisser li azzjoni tkun tista tittieħed biss meta jkun ippruvat li azzjoni tkun saret b’malafidi.
Tista’ l-Onor. Ministru tgħid jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għandhiex xi rwol fil-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku waqt attivitajiet pubbliċi? Fit-tibdil leġiżlattiv imħabbar għal dan il-qasam, se jkollha xi rwol differenti l-OHSA?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop prinċipali, kif spjegat fl-Att dwar l-OHSA huwa li jkunu protetti s-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema waqt il-ħidma tagħhom, u li jkunu koperti minn kuntratt ta’ mpieg jew għall-ogħti ta’ servizz. Għal din ir-raġuni, il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ta’ membri tal-pubbliku waqt attivitajiet pubbliċi ma jaqax taħt l-applikabbiltà tal-liġi dwar l-OHSA, jew tar-regolamenti sussidjarji.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont totali ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) ibbenefikat minnhom mill-2013 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016? Tista’ tagħti lista’ ta’ ismijiet tal-proġetti li saru/qed iseħħu permezz ta’ dawn il-fondi tul iż-żmien imsemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
NCPE – Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar ix-xogħol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) fit-tħejjija għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza qiegħda taħdem sabiex oqsma relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi jkunu indirizzati waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari:
· L-NCPE organizzat sett ta’ laqgħat ma’ rappreżentatnti tal-EIGE (European Institute for Gender Equality).
· L-NCPE qiegħda tipparteċipa wkoll f’kollaborazzjoni mal-EIGE u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili biex tiġi żviluppata riċerka dwar l
-upscaling of skills
tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari n-nisa. Din ir-riċerka tista’ twassal għal iktar diskussjoni dwar dan is-suġġett f’livell Ewropew u għal
Council Conclusions
f’dan ir-rigward.
· L-NCPE hija responsabbli li tmexxi l-laqgħa tal-
High Level Group on Gender Mainstreaming
li se ssir f’Malta waqt il-Presidenza.
· L-NCPE qiegħda tipprepara għat-tmexxija (chairing) ta’ żewġ gruppi tas-
Social Questions Working Party
.
· L-NCPE tagħti wkoll rispons għal dokumenti relatati mal-ugwaljanza fejn għandha x’taqsam il-Presidenza