Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel u Libreriji – xiri ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji fl-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel fl-2016 huwa kif se nsemmi: Primarja - 75,049 Sekondarja - 1,433 Infurmat ukoll li fl-2016 l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat 25,167 ktieb għall-iskejjel.

Qasam tas-Sapport tal-Istudenti — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiema daħlu jaħdmu fil-qasam tas-sapport tal-istudenti fl-iskejjel mill-2013 'l hawn? X'tip ta' xogħlijiet kienu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-qasam tas-sapport tal-istudenti fl-iskejjel, bejn l-2013 u l-2016, fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent, in-numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati kien kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni b'diżabilità daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin kien ta’ 1,014.

Persuni ‘l fuq minn 45 sena li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni ta’ 'l fuq minn 45 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 45 sena li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 hu kif muri fit-tabella hawn taħt, jiġifieri: Persuni jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni Żieda sena fuq sena Ġunju 2012 63,450 Ġunju 2013 65,360 1,910 Ġunju 2014 68,057 2,697 Ġunju 2015 70,547 2,490 Ġunju 2016 73,432 2,885 It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta' direct orders fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bejn l-2001 u Marzu 2013? Jista’ jelenka l-valur oriġinali tagħhom u jgħid kemm irċevew fi ħlasijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li jinħtieġ iktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – varjazzjonijiet bejn it-tender u l-pagamenti finali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm varjazzjoni bejn it-tender jew kwotazzjoni inizjali u l-pagament finali fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bejn l-2001 u Marzu 2013? Jista’ jgħid minn kienu dawn il-kumpaniji jew individwi u l-ammonti tal-kwotazzjoni u l-pagament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li jinħtieġ iktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — dejn

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tad-dejn tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS), sena b'sena mill-2001 sal-2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada — imgħax

Question

Jista’ l-Ministru jagħti s-somma ta’ kemm iffaċjat f'imgħax il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) direttament jew indirettament, (kemm dawk li tħallsu u kemm dawk li għadhom ma tħallsux) bejn l-ftuħ tagħha u Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bini ta’ skejjel ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-bini ta' skejjel ġodda f'din il-leġislatura u x'hemm ippjanat għas-sena skolastika li jmiss?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba (Dok. A u Dok. B) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-listi (Dok. A: Skejjel ġodda li nbnew u skejjel oħra li sar xogħol ta' bini fuqhom, u Dok. B: Proġetti ppjanati (2017-2019) jirreferu għal xogħlijiet konsiderevoli peress li saru u ser isiru xogħlijiet minuri f’ħafna aktar skejjel.

Skejjel – Proġetti ta’ infrastruttura

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti ta' infrastruttura fl-iskejjel matul l-2016? Jista’ jgħid kemm-il persuna se tgawdi minnhom u kemm kien l-investiment fihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tirreferi għal xogħlijiet konsiderevoli peress li saru xogħlijiet minuri f’ħafna aktar skejjel.

Siti soċjali għall-promozzjoni tal-presidenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jintużaw siti soċjali sabiex tiġi promossa l-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-Presidenza se jintużaw diversi siti soċjali, fosthom: Twitter li jintuża’ l-aktar mill-politiċi u l-midja bbażata ġewwa Brussell; Facebook sabiex nikkomunikaw aktar maċ-ċittadin; Instagram għal ritratti aktar informali; Flickr għar-ritratti uffiċjali tal-Presidenza u Vimeo għall-fimati.

Attivitajiet għal setturi differenti tas-soċjetà

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi attivitajiet li se jkunu qed jinvolvu setturi differenti tas-soċjetà?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm kulturali tal-Presidenza li ser jittellá f’Malta se jkun wieħed varjat u se jinvolvi setturi differenti tas-soċjetà. Biex dan li skop jintlaħaq, dawn l-attivitajiet kulturali se jittellgħu flimkien ma’ dawk is-setturi li ta’ kull sena jkunu nvoluti fil-programm kulturali malti ippreparat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Ministeri – bdil ta’ toilets

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm-il sinjaletika għal gender neutral toilet inbidlu f’Ministeri u entitajiet oħra sabiex isiru aċċessibbli għal kull ġeneru, wara ċ-ċirkolari maħruġa mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel il-ħruġ ta’ Memo intern għas-Segretarji Permanenti nhar it-8 ta’ Lulju 2016 in-numru ta’ toilets gender neutral kienu jammontaw għal 368. Wara l-implementazzjoni ta’ dan il-Memo, in-numru ta’ dawn it-toilets tela’ għal 674, jiġifieri żieda ta’ 306 jew 83%.

Learning Support Assistants f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Assistants Għawdxin li kienu jaħdmu Malta però ġew trasferiti għal Għawdex minħabba mard kroniku? Jista’ jgħid x'tip ta’ mard qed ibatu dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm 14-il LSA li ġew trasferiti Għawdex minħabba mard kroniku. It-tip ta’ mard li jbatu minnu dawn il-ħaddiema huwa kif se nsemmi: Numru ta’ LSAs Isem tal-marda 1 Multiple Sclerosis 1 Spina Bifida 1 Psoriatic Arthritis 1 Irritable bowel Syndrome 1 Left Interparenchymal Haemorrhage 1 Migraine Associated Dizziness 1 Failed Back Surgery Syndrome 1 Spinal Injury 1 Cerebral Pulsy 1 Disc Prolapse 1 Talus Bone Coalition 1 Low Back Pain 1 LUPUS 1 Extensive Deep Vein Thrombosis

Ministeri – uffiċjali tal-komunikazzjoni — rwolijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’se jkun l-irwol tal-Uffiċjali ta’ Komunikazzjoni tal-Ministeri waqt il-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Uffiċjali ta’ Komunikazzjoni fil-Ministeri se jkollhom rwol importanti ħafna, speċjalment fil-ġranet tal-laqgħat rispettivi li fihom se jkunu nvoluti l-Ministeri tagħhom. Huma se jkun l-pont bejn it-taqsima tal-Presidenza u l-Ministri. Se jkunu qed jimmoderaw il-konferenzi stampa, jiktbu stqarrijiet u jirrispondu għad-domandi li jagħmlu l-ġurnalisti. Se jkunu wkoll qed jippreparaw kontenut marbut mal-aspetti relatati mal-Ministeri tagħhom.

Uffiċjali tal-Ministeri – taħriġ fuq il-Presidenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ qed jingħata lill-uffiċjali tal-Ministeri li se jkunu qed jaħdmu direttament fuq il-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ingħata taħriġ għal uffiċjali bi preparazzjoni għall-Presidenza Maltija kemm f’Malta kif ukoll fi Brussell. Bejn Jannar u Settembru ingħata taħriġ mis-Segretarjat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ntiż sabiex isaħħaħ l-għarfien ta’ dawn l-uffiċjali fil-ħidma tagħhom fit-tmexxija tal-laqgħat tal-Kunsill. F’Mejju kienu organizzati żewġ sessjonijiet ta’ tagħrif dwar id-dimensjoni parlamentari tax-xogħol tal-Presidenza bl-għajnuna tas-segretarjat tal-Parlament Ewropew. Bejn Mejju u Ottubru sar taħriġ intensiv u prattiku mill-Ecole Nationale d’Administration ta’ Franza biex ikompli jsaħħaħ il-ħiliet tal-uffiċjali sabiex imexxu l-laqgħat tal-Kunsill b’mod effettiv. Saru ukoll sessjonijiet dwar relazzjonijiet mal-midja u taħriġ dwar komunikazzjoni effettiva, kif ukoll korsijiet fil-lingwa Franċiża.

Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Ambaxxaturi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk l-Ambaxxaturi, kemm dawk għal Malta fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk tal-Unjoni Ewropea għal Malta, hux qed jinżammu mgħarrfa bil-preparamenti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxaturi kollha qed inkunu mgħarrfa bil-preparamenti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ sensiela ta’ laqgħat regolari miegħi u mas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej li fihom qed nispjegaw it-temi ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE. Tqassmitilhom ukoll dokumentazzjoni li fiha informazzjoni dwar arranġamenti prattiċi marbutin mal-laqgħat li se jsiru f’Malta. Matul dan iż-żmien, l-uffiċjali responsabbli għall-preparamenti tal-Presidenza huma kostantement għad-dispożizzjoni tal-Ambaxxaturi, kemm b’mod dirett, kif ukoll permezz ta’ kollaborazzjoni stretta mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – sit elettroniku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta se jkun imniedi s-sit elettroniku tal-Presidenza u jagħti ftit tagħrif dwar il-funzjonijiet li se jkollu, inkluż kemm lingwi se jkun fih?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit elettroniku tal-Presidenza tnieda nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru 2016. Fis-sit wieħed se jkun jista’ jikseb informazzjoni fuq il-funzjoni tal-Kunsill tal-UE, ir-rwol ta’ Malta, il-programm politiku, il-kalendarju tal-attivitajiet, l-aħħar aħbarijiet, informazzjoni għall-midja u informazzjoni dwar Malta fost l-affarijiet oħra. Is-sit elettroniku se jkun bil-Malti, Ingliż, Franċiż u Ġermaniż.

Programmi Kulturali tal-Presidenza – siti elettroniċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi siti elettroniċi oħra li se jwasslu tagħrif dwar il-programm kulturali tal-Presidenza?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti s-sit elettroniku uffiċjali tal-Presidenza se jkun hemm sit ieħor iffukat fuq il-programm kulturali, fejn nies interessati jkunu jistgħu iżommu aġġornati mal-programm kulturali li se jkun qed jittella’.