Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24399 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Deutsche Welle — Użu ta' Propjeta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax xi permess lil xi ħadd biex jagħmel użu minn partijiet tal-bini u propjeta li qabel kienu tad-Deutsche Welle f'Delimara? Jafx li fil-fatt hemm xi nies li qegħdin jagħmlu użu minn dan il-post? Jista' jgħid x'titlu għandhom dawn in-nies? X'inhuma l-kundizzjonijiet marbutin ma' dan it-titlu jekk jeżisti? Ħarġet xi sejħa għal-tenders għal dan it-titolu? Jekk iva, meta? Jekk le, kif ittieħed possess ta' din il-propjeta? Jekk jirriżulta fin-negattiv, x'passi se jieħu biex min qiegħed jabbuża ma jkomplix?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22203.
Leg 9 PQ #24400 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Environment Monitoring Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Environment Monitoring Board? Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-board? Jista' jgħid x'tip rimunerazzjoni (ħlas) jieħdu kull wieħed min dawn il-membri? Jista' jgħid jekk hemmx xi ħadd mill-membri li diġa jieħu xi ħlas ieħor minn konsulenzi, bordijiet, ħatriet eċċ magħmula mill-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-'Terms of Reference' tal-Environment Monitoring Board huma li jfassal strateġija ċara għall-implimentazzjoni ta' l-infurzar tar-regolamenti li jirrigwardaw l-għasafar, kif ukoll li jipproponi strateġija għall-infurzar ta' kuljum ta' dawn ir-regolamenti min-naħa tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, il-Pulizija u l-Forzi Armati, u li jsegwi rapporti u lmenti dwar l-infurzar jew in-nuqqas ta' infurzar ta' dawn ir-regolamenti. Il-Membri, rimunerazzjoni u dettalji oħra dwar dan il-Bord huma kif ġej: ENVIRONMENT MONITORING BOARD Kompożizzjoni E.M.B. Konsulenzi, Ħlas ieħor Ħlas ta' eċċ, oħra mill-istess kull seduta Konsulenzi eċċ LM LM -------------------------------------------------------------------------------------- Chairman Saviour Balzan 11 Part-Time Adviser 4,520 Ministeru għall-Ambjent Membri Joe Sultana 8 Part-Time Adviser 2,673 Ministeru għall-Ambjent Asst. Commissioner Josie Brincat 8 NIL NIL Major Emmanuel Mallia 8 NIL NIL Joe Buttigieg 8 NIL NIL Joe Perici Calascione 8 NIL NIL Raymond Galea 8 NIL NIL Norman Chetcuti 8 NIL NIL Segretarja Ayfer Aquilina 8 NIL NIL
Leg 9 PQ #24243 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Far — Wied Znuber - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il-ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li din il-problema ilha teżisti minn mindu ġie żviluppat Ħal Far bħala zona industrijali. Il-problema għaldaqstant ilha aktar minn għoxrin sena u mhux xi problema li nqalgħet illum. X'ġiegħel jikkawża dan huwa magħruf għax f'dawk iż-żminijiet is-sistema tad-drenaġġ suppost kienet imqabbda ma' impjant tat-trattament tad-drenaġġ, li x-xogħol fuqu ma kienx spiċċa. Qegħdin isiru negozjati mal-MDC biex dan l-inkonvenjent jitneħħa. Hu mistenni li hi meħtieġa spiża ta' madwar kwart ta' miljun lira (Lm250,000.)
Leg 9 PQ #24245 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Far — Wied Znuber - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il-ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li diversi spezzjonijiet saru minn uffiċjali ta`dan id-Dipartiment fil-post imsemmi f'Wied Żnuber (Qasam industrijali ta` Ħal Far). Il-kawża ta` dan il-ħruġ ta` drenaġġ ġie ndividwat għal Impjant ta` Trattament tad-Drenaġġ li bħalissa m'għadux jintuża. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ kif ukoll il-Korporazzjoni għal l-Iżvilupp Malti, ġew infurmati b'dan, tant li minn informazzjoni li għandna jirriżulta li laqgħat qegħdin isiru biex isolvu il-problema darba għal dejjem. Għaldaqstant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jkun aktar opportun jekk jirreferi l-mistoqsija lil Ministru responsabbli mid-Dipartiment tad-Drenaġġ, biex jinformah sa fejn waslu tali laqgħat.
Leg 9 PQ #24246 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Far — Wied Znuber - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il-ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Madanakollu inġibdet l-attenzjoni tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex tindaga x'jista' jsir min-naħa tagħha biex din il-problema tiġi rimedjata.
Leg 9 PQ #24047 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Purchasing Power Standards

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa, jew skond l-aħħar kalkoli, x'inhu l-GDP per capita ta' pajjiżna? Jista' jgħid x'figura jilħaq meta espress f'purchasing power standards? Jista' jgħid din il-figura f'PPS kif tikkompara bħala perċentwal ma' dik li hija l-medja ta' GDP per capita tal-15 il-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gross Domestic Product per capita' ta' pajjiżna huwa ta' Lm3975 għas-sena 2000. Din iċ-ċifra hija proviżorja. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Gross Domestic Product per capita, espress f'purchasing power parities (PPP), huwa kkalkolat mill-Eurostat li għadha ma ppubblikatx din iċ-ċifra. Madanakollu, minn informazzjoni preliminari, jidher li ċ-ċifra mħabbra hija madwar tlieta u ħamsin fil-mija tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #24141 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa għal tender ta' plot għal garage fi Triq il-Luq kantuniera ma Triq il-Fraxxnu, fil-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar, li fuqha (il-plot) tiġa inħareġ permess għall-iżvilupp mill-Planning Authority (Ref PA 04364/99)

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment ta` l-Artijiet huwa marbut li ma joħroġx għall-offerti art tal-Gvern jekk ma jkunx hemm approvazzjoni mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal skop li l-art tkun ser tingħata għalih. Ninsab infurmat illi f`dan il-każ irriżultat diskrepanza bażika fil-pjanti li ġew approvati mill-Awtorita` u għaldaqstant l-ebda azzjoni ma tista` tittieħed qabel din id-diskrepanza tiġi rranġata. Il-Perit imqabbad mill-applikanti ġie mgħarraf b`dan kollu.
Leg 9 PQ #23659 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għall-avviż legali nru. 58 tal-1999, Att ta' l-1991 dwar korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numra ta' persuni li ġew fornuti bis-servizz ta' l-ilma wara li avviż legali nru. 57 u 213 tal-1998, jiġifieri n-numru ta' persuni li meta ġew fornuti bis-servizz ta' l-ilma dan kien bla ħlas? Kemm huwa l-ammont ta' flus globali mitlub issa lil dawn il-persuni wara dan l-avviż legali nru.58 tal-1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22852 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14550 tat-3/3/2000, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet (bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa, l-GRTU u c-Chamber of Pharmacists), dwar ftuħ u għoti ta' permess għal spiżeriji ġodda? Jista' l-Ministru jgħid jekk fetħux spiżeriji ġodda minn dak iż-żmien 'il hawn? Meta huwa previst li jiġu konklużi dawn id-diskussjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li diskussjonijiet dwar il-ftuħ u għoti ta' permessi għal spiżeriji ġodda għadhom għaddejjin. Mit-Tlieta ta' Marzu 2000 'l hawn, inħareġ permess wieħed għal spiżerija ġdida ġewwa l-Qala, Għawdex. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, preżentament wieħed ma' jistax jgħid meta dawn id-diskussjonijiet ser jiġu konklużi.
Leg 9 PQ #22111 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-Isptar Zammit Clapp ilu kważi minn Lulju li għadda mingħajr misħun? Jista' jgħid meta dan l-inkonvenjent se jiġi rranġat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Isptar Zammit Clapp qed ibiddel is-sistema prinċipali tal-pipijiet tal-misħun minħabba li dawn therrew. S'issa f'ebda żmien ma` kien hemm qtugħ totali tal-misħun fis-swali u b'hekk il-pazjenti qed jiġu moqdija. Qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi għan-normal mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #21986 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

WTO — Petizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-test ta' dikjarazzjoni jew petizzjoni li flimken ma' numru ta' pajjiżi kif ukoll l-UE għamel lid-WTO fuq dak li għandu x'jaqsam ma' non trade concerns f'dawk il-pajjiżi klassifikati bħala net food importing developing countries għal ħabta ta' l-aħħar ġimgħa ta' Settembru 2000?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Membru, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument G/AG/NG/W/36/Rev.1, datat 9 ta' Novembru 2000, li Malta, flimkien ma' numru ta' pajjiżi kif ukoll l-Unjoni Ewropea għamlet lid-WTO fuq dak li għandu x'jaqsam ma' Non-Trade Concerns. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li dan id-dokument ma kienx gie diskuss fit-Third Special Session of the Committee on Agriculture li nzammet fl-aħħar gimgħa ta' Settembru 2000 u għalhekk kien gie pospost għall-Fourth Special Session of the Committee on Agriculture li nzammet bejn il-15 u s-17 ta' Novembru 2000.
Leg 9 PQ #21729 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment għas-Servizzi Ekonomiċi — Big Screen

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 21622, jista' l-Ministru jgħid min huwa l-persuna responsabbli għall-koordinazzjoni ta' l-uffiċju fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi li ffirma għas-servizz tal-Big Screen? Jassigurax wkoll l-Ministru li l-Big Screen mikri fl-20 ta' Ġunju 2000 ma ntużax għal xi attivita' oħra barra mill-Ministeru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 21622, il-persuna li ffirmat l-istima relattiva għall-kiri ta' l-apparat huwa dak responsabbli għall ko-ordinazzjoni ta' l-uffiċċju fi ħdan il-Ministeru. Isem u kunjom din il-persuna diġa' ingħata fid-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija numru 6628 waqt is-Seduta numru 118. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-apparat mikri mill-Ministeru intuża fil-Ministeru.
Leg 9 PQ #21622 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Big screen

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema skop inkera big screen f'Ġunju li għadda mill-Ministeru? Jista' jinforma lill-Kamra: (a) mingħand min inkera dan l-big screen; (b) kemm sewa lill-ministeru; (ċ) min iffirma għalih fil-ministeru; u (d) fejn intuża dan il-big sceren u x'ġie muri fuqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li mhux l-ewwel darba li jkun meħtieġ li jinkera xi tip ta' apparat bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jew ta' tip ieħor minħabba xi attivita' li tinżamm fil-Ministeru. Fil-fatt il-big screen li qed issir riferenza għalih kien ġie użat meta saret il-preżentazzjoni dwar l-Operations Review. Dan l-apparat, flimkien ma' apparat ieħor relatat, kien inkera mingħand id-ditta Studio 7 għas-somma globali ta' Lm358.80c. L-apparat intuża fil-post fejn saret din il-preżentazzjoni jiġifieri fil-Berġa ta' Aragona. Qabel inkera dan l-apparat kienet intalbet stima ta' l-ispiża involuta, liema stima kienet ġiet iffirmata mill-persuna responsabbli għall-ko-ordinazzjoni ta' l-uffiċċju fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #20992 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Derogi / Perjodi ta' Transizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' derogi/perjodu ta' transizzjoni li ntalbu s'issa mill-Gvern Malti fin-negozjati tiegħu ma' l-UE, u jgħid f 'liema kapitlu, fuq liema qasam, u għalkemm żmien (tul), fejn mhux derogi permanenti?

Response (BORG, JOE)

Is-segwenti hija l-lista ta' derogi u perjodi ta' transizzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din il-lista hija bbażata fuq il-pożzizzjonijiet li ħa l-Gvern dwar sbatax-il kapitlu li tressqu s'issa. Kapitlu Qasam Zmien 4 Xiri ta' propjeta mhix primarja minn cittadini tal-UE għal-raġunijiet ta' spekulazzjoni. Permanenti 6 Kontinwazzjoni fl-ghajnuna mill-istat ghas-settur tat-tarznari. L-intrapriżi li huma eliġibbli ghal inċentivi taht l-Att dwar l-iżvilupp Industrijali u l-Att tal-Freeport fir-rigward ta' dawk il-proġetti li gew approvati qabel l-ahhar t'Ottubru ta' din is-sena biex dawn ikunu jistgħu igawdu l-inċentivi. Kontinwazzjoni tal-iskema TOSS (Tour Operator Support Scheme) 7 snin Sal-perjodu tal-gheluq stabbilit Gunju 2004 8 Derogazzjoni sabiex Malta tkompli tikkontrolla sajd fl-ibħra tagħha f'zona ta 25 mil nawtiku ghall-harsien u mmanigjar tal-kwantitajiet tal-hut. Tibdil f'Annex 1 tar-Regolament numru 3759/92 biex jinkludi lista ta' 29 speci ta' hut li huma ta' interess ghas-sajjieda Maltin biex jibbenifikaw mill- Withdrawal System f'kaz ta' qbid abbundanti ta' dawn l-ispeci. Sospensjoni ta' zmien u t-toqol stabbiliti tad-dghajjes li jistghu jibbenifikaw mill-assistenza provduta taht il- Financial Instruments for Fisheries Guidance. Permanenti Permanenti Permanenti 9 Direttiva 92/6/EEC li tittratta dwar l-installazzjoni u l-uzu ta' apparat biex jikkontrolla l-velocita ta' certi kategoriji ta' vetturi. Direttiva 96/96/EC li tittratta dwar testijiet li huma mehtiega fuq vetturi u trailers taghhom kemm dwar il-kondizzjoni generali kif ukoll dwar is-sospensjoni tal-vetturi. Direttiva 99/62 dwar il-livell indaqs ta' taxxi li jridu jithallsu minn vetturi li huma licenzjati li jgorru taghbijiet tqal fil-komunita. Direttiva 3820/85/EEC biex jinzamm l-eta minima ezistenti ghall-hrug ta' licenzji ghal min irid isuq vetturi li jgorru iktar minn tmien passigieri. Din il-licenzja tkun tapplika biss f'Malta Il-Gvern talab arrangament specjali skond il-provvedimenti ta' Artiklu 3(2) tad-Direttiva 3821/85/EEC biex jinzamm id-dritt li vetturi li diga joperaw esklussivament f'Malta ma jkunx mehtieg ghalihom li jintroducu taghmir tar-recording ghat-trasport fit-triq li jservi. 3 snin Sentejn Sentejn Permanenti Permanenti 13 Artikoli 3, 5, 6 u 8 tad-direttiva 93/104 dwar certi aspetti mill organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol. Direttiva 86/188/EEC dwar il-protezzjoni tal-haddiema mir-riskji irrelatati mal-hoss fuq ix-xoghol. Direttiva 89/655/EEC dwar il-makkinarju li jintuza fuq ix-xoghol mill-haddiema. Direttiva 92/57/EEC dwar is-siti ta' kostruzzjoni ta' natura mobbli jew temporanja. 4 snin Sena 3 snin Sena Il-posizzjoni fuq il-kapitoli l-ohrajn ghadha qed tigi fformolata, u d-diskussjonijiet qed isiru isiru fil-kuntest tal-Malta EU Steering and Action Committee, fejn il-Malta Labour Party kienet u ghadha mistiedna biex tippartecipa. It-test ta' din it-tweġiba ġie sostitwit bid-dokument segwenti li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin fis-Seduta 424 ta' l-14 ta' Novembru 2000. Is-segwenti hija l-lista ta' derogi u perjodi ta' transizzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din il-lista hija bbazata fuq il-pozizzjonijiet li ha l-Gvern dwar dawk, mis-sbatax-il kapitlu li tressqu s'issa, li fihom hemm talba ghal deroga jew perjodu transizzjonali. Kapitlu Qasam Zmien Moviment Hieles tal-Kapital (4) Kontroll fuq ix-xiri ta' propjeta minn cittadini tal-UE mhux bhala residenza primarja u ghal-ragunijiet ta' spekulazzjoni. L-iffissar tad-data tas-shubija bhala d-data applikabbli ghall-i standstill clause ghat-tkomplija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital fir-rigward ta' pajjizi terzi skond kif permess mill-Artikolu 57 tat-Trattat dwar L-Unjoni Ewropea. Permanenti Permanenti Kompetiz-zjoni (6) Kontinwazzjoni tal-ghajnuna mill-istat li m'hix konformi mal- acquis ghas-settur tat-tarznari. Kontinwazzjoni ta' l-incentivi li jgawdu l-intraprizi eligibbli taht l-Att dwar l-iZvilupp Industrijali u l-Att tal-Freeport fir-rigward ta' dawk il-progetti li diga gew approvati. Kontinwazzjoni tal-iskema TOSS (Tour Operator Support Scheme) 7 snin Sal-perjodu tal-gheluq stabbilit Gunju 2004 Sajd (8) Deroga sabiex Malta tkompli tikkontrolla s-sajd fl-ibhra taghha f'zona ta 25 mil nawtiku ghall-harsien u mmanigjar tal-kwantitajiet tal-hut. Tibdil f'Annex 1 tar-Regolament numru 3759/92 biex jinkludi lista ta' 29 speci ta' hut li huma ta' interess ghas-sajjieda Maltin biex jibbenifikaw mill- Withdrawal System f'kaz ta' qbid abbundanti ta' dawn l-ispeci. Deroga mir-regoli dwar certi kriterji li jrid ikollhom dghajjes li jistghu jibbenifikaw mill-assistenza provduta taht il- Financial Instruments for Fisheries Guidance. Permanenti Permanenti Permanenti Trasport (9) Implementazzjoni tad-Direttiva 92/6/EEC li tittratta dwar l-istallazzjoni u l-uzu ta' apparat biex jikkontrolla l-velocita ta' certi kategoriji ta' vetturi. Implementazzjoni tad-Direttiva 96/96/EC li tittratta dwar testijiet li huma mehtiega fuq vetturi u trailers taghhom kemm dwar il-kondizzjoni generali kif ukoll dwar is- 'suspensions' tal-vetturi. Implementazzjoni tad-Direttiva 99/62 dwar il-livell komuni ta' taxxi li jridu jithallsu minn vetturi li huma licenzjati sabiex igorru taghbijiet tqal fil-Komunita. Qed jintalab ukoll li l-provvedimenti tal-Artikolu 6(3a) dwar l-applikazzjoni ta' rati minimi ta' taxxa ghal-vetturi li joperaw biss fil-konfini nazzjonali japplikaw ghal Malta. Certi arrangamenti specjali fuq a) l-implementazzjoni tad-Direttiva 88/599/EEC li tipprovdi ghal proceduri normali ta' kontroll ghall-implementazzjoni tar-Regolament 3820/85/EEC dwar certi ligijiet socjali rigward it-trasport fuq l-art u b) l-implementazzjoni ta' Regolament 3821/85/EEC dwar taghmir ta' recording uzat fit-trasport fuq l-art. 3 snin Sentejn Sentejn Permanenti Politika Socjali (13) Implementazzjoni ta' Artikoli 3, 5, 6 u 8 tad-direttiva 93/104 dwar certi aspetti tal organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol. Implementazzjoni tad Direttiva 86/188/EEC dwar il-protezzjoni tal-haddiema mir-riskji relatati mal-hsejjes fuq il-post tax-xoghol. Implementazzjoni tad Direttiva 89/655/EEC dwar l-istandards ta' sahha u sikurezza ghall-makkinarju li jintuza fuq ix-xoghol mill-haddiema. Implementazzjoni tad Direttiva 92/57/EEC dwar l-istandards ta' sahha u sikurezza fuq is-siti ta' kostruzzjoni ta' natura mobbli jew temporanja. 4 snin Sena 3 snin Sena Il-posizzjoni fuq il-kapitoli li n-negozzjati fuqhom ghadhom ma nfethux ghadha qed tigi fformolata, u d-diskussjonijiet qed isiru fil-kuntest tal-Malta EU Steering and Action Committee, fejn il-Malta Labour Party kien u ghadu mistieden biex jippartecipa.
Leg 9 PQ #21044 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Middle Sea Insurance — Shares

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-arranġamenti biex jitqassmu x-shares tal-Middle Sea Insurance li kellu l-ex-Mid Med Bank u li kienu għaddew għand il-Gvern, u li eventwalment kienu ġew imwiegħda li ser jitqassmsu lix-shreholders ta' l-ex-Mid Med Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara li ntgħelbet id-diffikulta legali dwat stockholders residenti barra minn Malta l-offerta għandha tiftaħ għall-aħħar ta' dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #21072 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Franza — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni ta' Ms Tanya Camilleri fl-Ambaxxata ta' Malta fi Franza (Pariġi)? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' l-impjieg tagħha?

Response (BORG, JOE)

Ms Tanya Camilleri ġiet impjegata bħala Professional Officer (Research Assistant) biex tagħmel xogħol relatat ma' l-Unjoni Ewropeja matul il-Presidenza Franċiża u anke xogħol f'oqsma oħra fosthom affarijiet marittimi, kummerċjali u oħrajn b'dimensjoni legali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.
Leg 9 PQ #21073 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Media Internazzjonali — Suspettat terrorist

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-reazzjonijiet tal-gvern għal rapporti fil-media internazzjonali li qed jingħad li s-suspettat terrorist Ussama Bin Ladin, jista' jkun ibbakkjat minn network finanzjarju b'saħħtu illi jiġbor fondi għal kawża tiegħu l-aktar mill-Kuwait u l-Emirati Għarab Maqgħuda, u li l-flus minn dawn il-pajjiżi jaslu pajjiżna billi jintefgħu f'accounts, fil-friegħi tat-Taqwa Management Organisation f'pajjiżna, liema organizzazjoni hija "affiliate" tat-Taqwa Bank li l-headquarters tiegħu huma mniżżla bħala li qegħdin f'Nassan, il-Bahamas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma għandu l-ebda tagħrif dwar dan kollu li qed jingħad. F’każijiet bħal dawn, il-Bank Ċentrali, fir-responsabbilta’ tiegħu ta’ regolatur tal-banek, jagħmel l-istħarriġ tiegħu u jaġixxi skond it-termini li tagħtiħ il-Liġi. Fil-fatt jiena tlabt lill-Bank Ċentrali jagħmel eżattament dan.
Leg 9 PQ #19964 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Rapportar f'gazzetta

Question

Jikkonferma l-Ministru li verament qal dak li ġie rapportat li qal mill-gazzetta "The Malta Independent on Sunday" jiġifieri li minkejja r-riżultat negattiv fir-referendum Daniż dwar l-Euro, l-Unjoni Ewropea se tkompli taħdem biex tikkonvinċi d-Danimarka biex tissieħeb fil-munita unika Ewropea u li l-Gvern Daniż jista' jagħmel referendum ieħor fil-futur dwar is-sħubija tal-pajjiż fis-sistema tal-munita Ewropea? "Regarding the "No" result in the Danish Referendum on the Euro, Dr Borg said the EU will continue working to convince Denmark to join the single currency. He added that the Danish Government could hold another referendum in the future over the country's membership of Europe's currency" Jista' l-Ministru jgħid jaqbilx mal-fatt li, minkejja li l-poplu Daniż iddeċieda kemm l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Gvern Daniż għandhom il-ħsieb li jkompli jaħdmu biex eventwalment jikkonvinċu lill-poplu Daniż, possibbilment b'referendum ieħor fil-futur, biex ibiddlu l-fehma tagħhom ta' issa, u jwassluhom biex jieħdu sehem fis-sistema Euro? Jekk jaqbel u jħoss li dan huwa demokratiku u permissibbli saħansitra fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid allura għaliex huwa u l-Partit u l-Gvern li jifforma parti minnu huwa ħaduha tant bi kbira u għamlu tant kapital politiku meta l-Partit Laburista ddikjara li r-riżultat ta' xi referendum li jista' jsir f'pajjiżna dwar is-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea ma jorbotx lill-Partit Laburista li xorta jkompli bl-attivita' politika tiegħu biex jipperswadi l-poplu Malti li l-aħjar relazzjonijet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea ma jimmaterjalizzawx permezz ta' sħubija sħiħa ma' l-Unjoni imma permezz tal-politika Laburista ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran? Jekk ir-referendum dwar sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jirriżulta negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-partit u l-gvern li jifforma parti minnu, jirrinunzjax darba għal dejjem għall-idea ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jew ikomplix jaħdem biex eventwalment forsi jipperswadu lill-poplu biex jaċċetta din il-politika?

Response (BORG, JOE)

Il-poplu Daniż, permezz ta' referendum apposta, iddeċieda li d-Danimarka għandha żżomm il-Krona u ma tissieħibx ma dawk il-pajjiżi li addottaw il-munita waħdanija Ewropeja - l-Euro. F'soċjeta demokratika ir-rieda tal-poplu għandha dejjem tiġi rispettata, iżda fir-rispett ta' din ir-rieda huwa possibbli li wara żmien il-poplu jerġa jiġi mistoqsi jekk iridx jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu b'referendum ieħor apposta. F'dan ir-rigward id-deċiżjoni dejjem tkun dik sovrana tal-poplu. Nispera li l-Onorevoli Interpellant japprezza d-differenza bejn dan l-istat ta' fatt ibbażat fuq l-aqwa prinċipji demokratiċi u dak fejn b'negazzjoni ta' kwalunkwe kunċett ta' demokrazija, inti ssostni li, tkun xi tkun id-deċiżjoni sovrana tal-poplu, dik id-deċiżjoni ma tkunx torbtok, bħalma jidher li qed jgħid il-partit Laburista fil-kuntest tar-referendum li għad irid jinżamm f'Malta dwar l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #19548 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur ta' Brussels — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nxtrat, jew se tinxtara karozza oħra għall-ambaxxatur ta' Brussels, meta diġa' hemm żewġ karozzi uffiċjali? Jikkonferma l-Ministru li din il-karozza hija ntiża għall-użu ta' Dr Ivan Psadni li tkeċċa mill- EU Negotiating Secretariat , wara li iġġieled mas-Sur Richard Cachia Caruana? Jikkonferma wkoll l-Ministru li wiegħed lil Dr Ivan Psadni li se jibagħtu head of mission fi żmien sena minkejja li m'għandux is- seniority meħtieġa?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Għaldaqstant, it-tieni parti tal-mistoqsija, li hija bbażata fuq premessa żballjata, ma ssegwix. Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, ma tajt l-ebda wegħda simili.
Leg 9 PQ #16469 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Negozjati

Question

Issa li qiegħed jingħad li fin-negozjat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, se jingħalqu seba' mit-tmien kapitli li kienu qegħdin jiġu negozjati s'issa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokumenti li juri l-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati fuq dawn l-oqsma u li skond kif huwa mifhum hija aċċettata anke mill-EU?

Response (BORG, JOE)

Id-deċiżjoni formali dwar l-għeluq tan-negozjati fuq seba' mit-tmien kapitoli li kienu qed jiġu negozjati s'issa, ser tittieħed fil-laqgħa fuq livell Ministerjali li għandha ssir fl-14 ta' Ġunju li ġej. Saret rakkomandazzjoni f'dan is-sens fid-Deputies Meeting li nżamm fil-25 ta' Mejju, 2000. Il-Common Positions dwar dawn il-kapitoli huma dokumenti tal-Unjoni Ewropeja, u għalhekk sta għall-Unjoni Ewropeja biex tippublikhom. Rigward il-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati fuq dawn is-seba' kapitoli, dawn ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.