Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32789 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm tħallsu flus f'riklami u programmi ta' informazzjoni li tħallsu mill-MIC lill-ġurnali, stazzjonijiet tar-radio u stazzjonijiet tat-televizjoni matul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u xahar b'xahar lil kull mezz differenti ta' komunikazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #32792 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Advisers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisers mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li għandhom it-titolu ta' ambaxxatur u f'kull każ x'jisimha l-persuna? X'tip ta' konsulenza tintalab mingħand it-tali persuna/i? Għal-liema perjodu ta' żmien dawn is-servizzi huma meħtieġa u f'kull każ minn qiegħed jawtorizza dawn l-impjiegi? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għandux ħsieb jaħtar lil din jew dawn il-persuna jew persuni bħala ambaxxatur residenti barra l-pajjiż?

Response (BORG, JOE)

Fil-Ministeru, persuna waħda taħdem bħala advisor (is-sur Salv Stellini) li żammet it-titolu ta` Ambaxxatur. Żewġ persuni oħra (is-sur Alfred Zarb u Dr Stephen Calleya) għandhom l-istatus ta` Ambaxxatur. L-ingaġġ ta` dawn in-nçs, li huwa fuq bażi part time, huwa approvat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-kontribut li jagħtu kull wçħed minn dawn l-uffiċċjali huwa speċifikat fil-kuntratti tagħhom, u jçħu in kunsiderazzjoni l-ispeċjalizazzjoni partikolari ta` kull wçħed minnhom. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kull ċittadin Malti, mhux neċessarjament xi ħadd minn dawn it-tlieta minn nçs biss, li jkollu jew li jkollha l-kwalitajiet u l-abbiltajiet meħtçġa bçx tirrappreżenta denjament lil Malta f'ambaxxata barra l-pajjiż jista` jiġi ikkunsidrat għan-nomina ta` Ambaxxatur.
Leg 9 PQ #32794 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Political Appointees

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi residenti Malta u ambaxxaturi residenti barra l-pajjiż? X'etajiet għandhom kull ambaxxatur? Kemm minn dawn l-ambaxxaturi huma maħtura bħala political appointees?

Response (BORG, JOE)

Hemm għaxar (10) ambaxxaturi residenti Malta u għoxrin (20) ambaxxatur residenti barra minn Malta, li minn dawk residenti barra minn Malta hemm erbatax (14) political appointees waqt li kif ġeneralment kçnet il-prassi, dawk residenti Malta huma kollha political appointees. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-çħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Nixtçq inżçd ngħid li hemm ukoll tlett advisers, li wçħed minnhom għandu t-titolu ta` ambaxxatur filwaqt illi t-tnejn l-oħra għandhom status t'ambaxxatur. F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-interpellanza numru 32792.
Leg 9 PQ #32796 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2001 sal-llum kienx hemm Ambaxxaturi Maltin li niżlu Malta fuq xogħol uffiċjali jew vaganza privata f'kull każ li ġie mħallas mill-fondi pubbliċi? Kemm-il darba niżlu Malta u għal liema raġuni?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #32798 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Għajnuna Teknika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru matul dawn l-aħħat tliet snin mill-Gvern Malti għal għajnuna teknika u lil liema pajjiżi saru dawn il-talbiet? Jista' l-Ministru jelenka l-għajnuna teknika li rnexxielu jġib il-Gvern Malti permezz tal-ħidma diplomatika matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (BORG, JOE)

Matul dawn l-aħħar tliet snin, saru diversi talbiet lil, u ġew mistħarrġa numru ta’ opportunitajiet għal għajnuna teknika mingħand, diversi pajjiżi. Dawn it-talbiet saru jew f’forma ta’ arranġamenti ad hoc, jew taħt provvedimenti ta’ ftehim, protokoll jew strument ieħor diġa` ezistenti. Din li ġejja hija lista mir-rekords tal-Ministeru tiegħi, ta’ pajjiżi li laqgħu, kompletament jew parzjalment, it-talbiet ta’ Malta. · Iċ-Ċina Fl-isfond tal-laqgħat tal-Joint Mixed Economic Commission li bdiet tiltaqa kull sena mill-1999, il-Gvern Malti rċieva żewġ għotjiet ta’ 3 miljun RMB (madwar Lm160,000) il-waħda (f’Settembru tas-sena 1999 u f’Lulju tas-sena 2001) mingħand il-Gvern Ċiniż għal għajnuna teknika. Ġie miftiehem li dawn l-għotjiet jiġu wżati għal xiri ta’ tagħmir għal Malta Drydocks u għal xogħol ta’ dredging fil-Malta Shipbuilding. F’Gunju tas-sena 2001 ġie ffirmat ftehim bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Armata Ċiniża għal għotja ta’ assistenza militari b’valur ta’ 3 miljun RMB. · L-Egittu Erba` membri tal-Korp tal-Puliżija Malti ħadu sehem f’taħriġ fil-Kajr waqt li żewġ uffiċjali attendew kors dwar l-investigazzjoni kriminali u tnejn oħra pparteċipaw f’kors dwar il-ġlieda kontra id-droga u l-kuntrabandu matul l-1999 u l-2000. · Il-Gappun Fis-sena 2000, saru diversi talbiet għas-servizzi ta’ esperti fl-isfond ta` l-Expert Dispatch Programme tal-Japanese International Co-operation Agency (JICA). Dawn saru mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, mill-Maltacom, mill-Ministeru tal-Politika Soċjali, u mill-Ministeru ta` l-Agrikultura u Sajd, fl-oqsma segwenti: information technology and multimedia production; advanced intelligent network services; information technology; plant biotechnology and plant quarantine. Fl-isfond tal-JICA Expert Dispatch Programme, konsulent Gappuniż dwar l-investiment provda s-servizzi tiegħu lill-Malta Development Corporation minn Jannar ta’ l-1998, sa Jannar tas-sena 2001. Espert Gappuniż tat-telekomunikażżjonijiet kien assenjat mal-Maltacom f’Jannar tas-sena 2000 għal perjodu ta’ xahar. Espert Gappuniż dwar il-produzzjoni tal-programmi kien assenjat mal-Public Broadcasting Services f’Settembru tas-sena 2000 għal perjodu ta’ xahrejn.. Diversi korsijiet qosra ta’ taħriġ fuq bażi individwali ntalbu fl-isfond tal-JICA Individual Training Programme. Bejn is-sena 1999 u 2002 il-korsijiet li għalihom attendew ċittadini Maltin kienu għaxra: 1999 (2), 2000 (3), 2001 (3), 2002 (2). · Il-Germanja Żewġ kadetti navali ta` l-AFM ingħatatilhom borża ta’ taħriġ għal perijodu ta’ sentejn. Inkisbet ukoll għajnuna f’ċerti oqsma tekniċi għall-universita’ u fl-istandardization metrology. · L-Italja Taħt il-provvedimenti tar-IV Protokoll Finanżjarju, Malta kompliet tibbenefika minn għajnuna teknika f’diversi progetti siewja għall-pajjiz (inkluż l-aħħar tranche ta’ Lit. 24 biljun bħala kontribut għal bilanċ tal-pagamenti ta’ Malta). Fost il-proġetti li bbenefikaw minn dan il-finanżjament hemm il-Power Station ta’ Dellimara, ir-riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes, it-twaqqif tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, it-twaqqif taċ-Ċentru għall-Istudju tar-Restawr b’Bighi u r-restawr ta’ fortizzi u fortifikazzjonijiet. Bi ftehim mal-forzi armati ta` l-Italja, 21 uffiċjal Malti pparteċipaw f’diversi korsijiet ta’ speċjalizzazzjoni fil-qasam militari fl-Italja. · L-Izrael Mingħand l-Israeli Technical Co-operation Institute (MSHAV), Malta bbenifikat minn 30 borża ta’ studju f’diversi suġġetti tekniċi u speċjaliżżati f’istituzzjonijiet ta’ tagħlim avvanzat. Il-benefiċjarji Maltin segwew korsijiet fil-kura tas-saħħa u nursing, fil-labour studies, l-isvilupp tar-riżorsi umani u fl-edukazzjoni tat-tfal. · Ir-Renju Unit Ingħatat assistenza teknika permezz ta’ korsijiet għall-kadetti Maltin fl-akkademja ta’ Sandhurst. · Singapore Ċittadini Maltin ħadu sehem f’diversi korsijiet qosra ta’ taħriġ li ntalbu fl-isfond tal-programm ta’ koperazzjoni tal-Management & Training Services Division. Bejn is-sena 1999 u 2002 il-korsijiet li għalihom attendew ċittadini Maltin kienu tmienja u għoxrin: 1999 (1), 2000 (3), 2001 (18), 2002 (6). · L-Istati Uniti ta’ l-Amerka Fuq talba ta’ Malta, il-Gvern Amerikan approva fl-2000 għajnuna teknika ta’ valur ta’ $13 miljun fuq perjodu ta’ sentejn għax-xiri ta’ tagħmir ta’ search and rescue għal Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll għax-xiri ta’ tagħmir għas-serviżżi tad-Dwana. · l-Isveżja L-Agenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Svediża bagħtet f’ Malta lil Hans Roland Lindgren, espert Svediż fuq l-ambjent, biex jgħin fl-implementazzjoni ta’ liġijiet fuq l-ambjent. Din iż-żjara seħħet matul Lulju tas-sena 2000. Żewġ uffiċjali mill-AFM ipparteċipaw f’korsijiet ta’ taħriġ mmexxija mill-iSWEDINT (Swedish Armed Forces International Training Centre). Nixtieq inżid li barra minn hekk, mill-informazzjoni li ksibna mid-Direttorat għall-Politika Reġjonali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien hemm ukoll għajnuna teknika bilaterali li għandha x’taqsam mall-proċess tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Din l-għajnuna teknika bilaterali hija oltre l-għajnuna teknika minn Pajjiżi Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja li tiġi mogħtija mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-fondi mogħtija lil Malta qabel tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja bħala pre-accession assistance. Bħalissa Malta qed tirċievi għajnuna teknika bilaterali mingħand ir-Renju Unit, l-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Franza u n-Norveġja. Din l-għajnuna teknika qed tingħata f’dawn is-setturi: IR-RENJU UNIT Generali · Taħriġ fis-sengħa tan-negożjar · Taħriġ dwar ko-ordinament u ko-operażżjoni bejn id-dipartimenti tal-gvern Agrikoltura Espert fuq ir-Risorsi Umani. Pjan għal-Iżvilupp Rurali. Programm ta’ taħriġ fil-Pjan għal-Iżvilupp Rurali. Programm ta’ taħriġ fil- Common Fisheries Policy u Common Agricultural Policy . Apikultura. Servizzi Veterinarji. Gustizzja u Affarijiet Interni Taħriġ għal Ġudikatura fl-oqsma relatati mal-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja. Taħriġ għal Ġudikatura fuq drafting tal-liġijiet. Ambjent Twaqqif ta’ l- Environment Protection Agency (EPA). Species Action Plan għal Malta. Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol Saħħa u Sigurta` - Għajnuna sabiex tiġi implimentata d-Direttiva ta’ SEVESO II. Saħħa u Sigurta` fuq il-post tax-xogħol għal Works Division ( Risk Assessment ). Politika Barranija u ta’ Sigurta` Komuni (CFSP) Espert fuq il-CFSP. Kontroll fuq l-esportazzjoni. Unjoni Doganali Ristrutturar tad-Dipartiment tad-Dwana fil-Ministeru tal-Finanzi. Trasport Taħriġ għal Investigaturi ta’ l-Inċidenti ta’ l-Ajruplani. (Dipartiment ta’l-Avjazzjoni Ċivili) ĠERMANJA Ambjent Immaniġġjar ta’ skart. SPANJA Agrikoltura Drafting tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta’ Malta. FRANŻA Lecturers provduti lil SDO biex torganiżża diversi seminars dwar il-Politika Soċjali, Market Surveillance , Politika Reġjonali, Saħħa Pubblika, Gustiżżja u Affarijiet Interni kif ukoll fil- Competition Policy . ITALJA Taħriġ fl-Italja ta’ uffiċjal mill- Consumer and Competition Division , (Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi) ma` l- Autorita’ Garante della Concorrenza . NORVEĠJA Ambjent Għotja ta’ makkinarju għall-kontroll tal-ħruġ ta’ dħaħen hydrocarbon mill-installazzjonijiet ta’ l-Enemalta. Din l-għajnuna ma tinkludix għajnuna mogħtija lil Malta mill-Unjoni Ewropeja taħt il-protokolli finanzjarji u l-pre-accession assistance u għajnuna oħra mingħand organiżżazzjonijiet multilaterali bħall-Ġnus Magħquda, il-Kunsill ta’ l-Ewropa, il-Commonwealth, l-Organiżżjoni għall-Ikel u Agrikoltura (FAO), l-Organiżżazzjoni għas-Sigurta` u Ko-operazzjoni fl-Ewropa (OSCE), u l-Agenzija Internazzjonali għall-Energija Atomika (IAEA).
Leg 9 PQ #32801 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Lift — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża għar-restawr tal-faċċata tal-bini 'Palazzo Parisio', li fih hemm il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Kemm tammonta l-ispiża għall-manutenzjoni tal-lift li jinsab fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għal-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 2002? Kemm-il darba waqaf jaħdem dan il-lift?

Response (BORG, JOE)

Il-kuntratt għax-xogħol ta` restawr tal-faċċata tal-bini Palazzo Parisio, l-Uffiċċju Ewlieni tal-Ministeru tçgħi, ngħata wara sejħa pubblika għal offerti. L-ammont tal-kuntratt huwa ta` Lm 64,822.65. Dwar il-lift, l-ispiża għall-manutenzjoni tçgħu għall-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 2002 tlaħħaq Lm1,916.64. Fl-istess perjodu, il-lift waqaf 131 darba.
Leg 9 PQ #32707 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Cash Advance

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ministeru tiegħu għaddejja investigazzjoni interna dwar impjegat f'dan il-ministeru li qed jiġi investigat għaliex huwa allegat li ma rritornax lura lill-ministeru cash advance (jiġifieri flus mogħtija lilu bil-quddiem) għal viżita barra minn Malta, li jlaħħqu l-ammont ta' 600 lira maltija?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma illi twaqqaf Bord Investigattiv fil-Ministeru sabiex jistħarreġ dwar is-somma flus, kif indikata mill-Onorevoli Interpellant, li ngħatat għal skop ta' safra uffiċċjali li baqgħet ma seħħitx. L-investigazzjoni għadha għaddejja.
Leg 9 PQ #32151 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Provista ta' Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-oqsma tar-raba f'Buleben iż-Żgħir bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun iolhom nersin mill-provista ta' ilma għat-tisqija għal madwar ġimgħatejn? Jaffrezzax li l-uċuħ tal-patata u uċuħ oħrajn f'dawn l-oqsma, se jbatu ħafna speċjalment minħabba li kien hawn nuqqas kbir ta' xita?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ilma għat-tisqija mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta' San Antnin, kien jinstab wieqaf minħabba ħsara fil-main tad-drenaġġ li jissupplixxi lil dan l-impjant ħalli jiġi msaffi. Il-ħsara ssewwiet u l-impjant reġa' beda jissupplixxi l-ilma.
Leg 9 PQ #32237 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trawlers ta' Sidien Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex trawlers ta' sidien Maltin m'għandhomx jitħallew isorġu mal-mollijiet fil-Kottonera (Isla/Birgu/Bormla)? Jista' l-Ministru jgħid fejn dawn it-trawlers huma mistennija jsorġu? Hemm pjanijiet li jiġu pprovduti jew mibnija xi faċilitajiet fejn dawn se jiġu mitluba jsorġu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irmiggjar tad-dgħajjes kollha, l-użu tal-mollijiet u l-maniġġar tal-portijiet huwa r-responsabbilta ta' l-Awtorita' Marittima Maltija. Hemm ħsieb li jiżdiedu postijiet għall-irmiġġar ta' bastimenti tas-sajd ta' ċertu daqs.
Leg 9 PQ #32239 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fhiex waslet l-inkjesta dwar l-inċidenti li ġraw fid-29 ta' Ġunju 2001 li fihom hu allegat li suldati tal-AFM sparaw u laqtu laneċ tas-sajd tax-xlukkajri? Meta jaħseb li se tintemm din l-inkjesta'? X'inhu jżomm u jġiegħel lill-proċeduri jieħdu daqshekk fit-tul?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Numru 27591 li ngħatat f’seduta numru 588 tat-23 ta’ Lulju 2001. Ninsab infurmat li l-inkjesta għadha għaddejja.

Ħofra ż-Żgħira, Delimara

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif għaliex u għall-liema skop se tinbena jew jinbnew trieq jew toroq li jagħtu aċċess fil-Ħofra ż-Żgħira, Delimara, u għaliex l-urġenza biex dawn jinbnew (skond sejħa għall-offerti Gazzetta tal-Gvern ta' 8 ta' Frar 2002) X'interess għandu l-Gvern li jkun hemm toroq ta' aċċess propju issa li wara snin sħaħ li din il-bajja ġiet meqruda mir-rimi ta' l-ilma sħun mimli ta' kimiċi tal-power station ġewwa fiha, ftit li xejn hija ffrekwentata minn nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq il-qadima li kienet tipprovdi aċċess għall-bajja għar-residenti fl-inħawi u għal min jaħdem l-għelieqi fil-lokalita' tista' taqa' l-baħar b'periklu għal min jista' jkun għaddej. Għalhekk ġie deċiż, u wara li ħareġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tinbena triq ġdida biex ma tibqax tintuża dik li hi perikoluża.
Leg 9 PQ #31597 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitlesta x-xogħol fil-Berġa taż-Żejtun li ilu li inbeda minn Awwissu 2001 u li issa ilu wieqaf għal ħafna żmien? Jaf l-Ministru li l-pazjenti li jkollhom bżonn imorru l-Berġa f'ħafna każi qed ikollhom jistennew fil-bitħa tal-Għassa, billi bħala Berġa qed jintuża uffiċċju żgħir li qabel kien jintuża mill-ispettur sanitarju li trid tidħol għaliħ mill-bitħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta` rinovazzjoni fil-Berġa taż-Żejtun mistenni li jitlesta kollu sa l-aħħar ta` Mejju li ġej.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda fit-tarmac mill-Gvern Ċentrali (permezz tad-Dipartiment tat-Toroq) mill-1994 sal-lum fil-lokalita' ta' 1) Ħal Safi 2) Ħal Għaxaq

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq kienu dawn: SAFI GĦAXAQ Triq il-Ħajt Ruman Triq Ħannieqa Triq San Ġorġ Lay By Għaxaq (Dawret Għaxaq) N/S in Żurrieq Road Triq Salib Karwija Road P/O 1st January 1626 Triq Menqa Triq G Demicoli Triq Feniċi Qerd in-Naħal N/S in Qerd in-Naħal Bħalissa qed isir xogħol ukoll fi Triq in-Nassab u Triq S Cauchi, Ħal Safi.
Leg 9 PQ #31448 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Numerazzjoni tal-Bibien fiż-Żejtun

Question

Minħabba li reċentement il-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq approva bdil fl-isem u l-prolungazzjoni ta' diversi toroq fiż-Żejtun, u ħolqot sitwazzjoni ta' duplikazzjoni fin-numri u ismijiet ta' bibien f'xi uħud minnhom u peress li din is-sitwazzjoni qegħda toħloq taħwid fit-tqassim tal-posta u identifikazzjoni ta' residenti, jikkunsidrax l-Ministru li għandu jitkompla minnu fiħ ir-renumerazzjoni tal-bibien fiż-Żejtun li kien diġa mibdi mit-Taqsima ta' Numerazzjoni ta' bibien fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħolijiet fis-sena 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn sar xogħol estensiv fejn jirrigwarda numerar ta' bibien fiż-Żejtun, liema numerar kien jinvolvi 87 triq. L-ilment li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ġie rivelat ukoll mill-Kunsill Lokali Żejtun permezz ta' ittra datata 4 ta' Jannar ta' din is-sena. Ser jibqa' jsir dak kollu possibbli biex il-proċess li kien inbeda ikun wieħed kemm jista' jkun kontinwu. Biss dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom li x-xogħol irid jinfirex fuq diversi lokalitajiet madwar Malta kif ukoll li jrid isir b'kollaborazzjoni sħiħa ma' l-Uffiċċju Elettorali u skond l-esiġenzi ta' dan l-istess Uffiċċju. Fil-fatt, bħalissa b'mod partikolari, dan l-eżerċizzju ta' numerar ta' bibien irid jieħu in konsiderazzjoni l-eżerċizzju l-ieħor ta' tiġdid tal-karti ta' l-identita' li qed isir fuq bażi nazzjonali kif ukoll l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Minkejja dan kollu ser isir kull sforz sabiex in-numerar ta' bibien fiż-Żejtun jitkompla hekk kif dan ikun possibbli li jsir.
Leg 9 PQ #31449 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Vultaġġ Baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru żewġ sub stations waħda f'Bir id-Deheb, u l-oħra fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq li tanti huma bżonnjużi minħabba l-vultaġġ baxx li hem fl-inħawi? Jaf l-Ministru li dawn iż-żewġ sub-stations diġa ġew approvati tant li twaħħlu anke avviżi tal-PA u diġa ħareġ il-perless għalihom, u li sal-lum minkejja dan, għadu ma sar xejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt ix-xogħol fuq is-substation ta' Bir id-Deheb beda. Is-substation fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq kellha tinbena mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Ix-xogħol ma nbediex minħabba li kien hemm oġġezzjonijiet mill-ġenituri tat-tfal li jattendu dik l-iskola.
Leg 9 PQ #31450 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta 59 bozza ġdida se jitwaħħlu f'posthom fir-raħal ta' Ħal Għaxaq? Jafx li dawn il-bozoz diġa ġew approvati kemm mid-Dipartiment tal-Finanzji u kemm mill-istess Enemalta, imma sentejn wara li ġew approvati dawn għadhom ma twaħħlux?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta għanda numru sostanzjali ta' talbiet biex jitwaħħlu lampi ġodda f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex. Minkejja li kull sena numru sew minn dawn it-talbiet jintlaqgħu, in-numru ta' talbiet ġodda dejjem jiżdied. Iż-żmien meta talba tiġi milqugħa jiddependi minn diversi fatturi fosthom kemm it-talba partikulari tkun fil-fatt urġenti. Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata b'din it-talba partikulari.
Leg 9 PQ #31451 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jsir is-servizz ta' drenaġġ fi Triq Giovanni Scicluna, fi Triq it-Tellritu u fl-inħawi tagħhom f'Ħal Għaxaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-inħawi msemmija jinkludi pumping station ġdida, gravity u rising mains ġodda li għandhom jammontaw għal madwar Lm250,000. Għalhekk ma naħsibx li jistgħu jiġu inklużi fil-programm ta' xogħol ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #31452 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Għaxaq — Wied ta' Ħas Saptan

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Wied ta' Ħas Saptan, limiti ta' Ħal Għaxaq jitnaddaf mill-iskart goff li hemm mitfugħ ġewwa fiħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih huwa nkluż fil-programm tax-xogħol ta' tindif.

Ħal Millieri — Uċuħ tat-Toroq

Question

Jaf l-Ministru li t-toroq kollha f'Ħal Millieri HE (fil-lokal ta' Ħal Għaxaq), ilhom kważi 18-il sena ffurmati, u li s-servizzi essenzjali kollha ilhom li saru, imma li l-uċuh tat-toroq għadhom fi stat ħażin ħafna? Jista' jagħti idea bis-serjeta meta t-toroq kollha f'Tal Millieri se jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kienu asfaltati, u għalhekk ir-responsabilta' tal-manutenzjoni tagħhom hija responsabilta' tal-Kunsill. Il-Kunsill Lokali ressaq talba biex dawn it-toroq jerġgħu jinbnew mill-ġdid u d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jikkonsidra din it-talba.
Leg 9 PQ #28850 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ilma ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga, u jirrimedja dwar ilma ta' drenaġġ li qed joħroġ minn blokk ta' bini fi Triq l-Istral f' Wied il-Għajn, u li qiegħed iċarċar u jinżel fil-btieħi u l-bjar tar-residenti fi Triq Sant' Anna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika liema blokk ta' bini qiegħed jirreferi għalih u jekk l-isem tat-triq huwiex Triq l-Istral jew Triq l-Iskal.