Jista' l-Ministru jagħti r-rata ta' inċidenza ta' cancer (malignant disease) u ta' mwiet reġistrati minħabba f'hekk, f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar 20 sena?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment m'għadux jagħti (jekk hemm available) urine bags ta' 500cc li kienu utili ħafna għal min huwa ambulanti u jkun jixtieq joħroġ u jkompli b'ħajtu normali?
Tista' l-Ministru tara għaliex għadu ma ġiex assenjat facilitator lit-tifel ta' 7 snin magħluqa li lill-ġenituri tiegħu qalulhom aktar minn sentejn ilu li għandu bżonn facilitator u wara li r-rapporti neċessarji kollha saru diġà u ntbagħtu lill-uffiċjali konċernati? Tista' tgħid x'qiegħed iżomm biex lil dan it-tifel tingħatalu facilitator? Id-dettalji tat-tifel qed jintbagħtu separatament.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Settembru 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa hemm fl-iskola sakemm ikun imissu skond il-lista tar-reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jispjega kif u għaliex pensjonanti li jkunu għamlu dikjarazzjoni eżatta u ġenwina meta applikaw għall-pensjoni, u li wara li jkunu ilhom jirċievu l-pensjoni kif maħduma, jgħaddu xi snin u jiġu mitluba mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali biex jagħtu lura ammont ta' flus, li allegatament ikun ġew mogħtija lilhom bħala żball meta tkun inħaditmitilhom ir-rata tal-pensjoni li jkunu intitolati għaliha?
Jidhirlu li żball li jkun ittieħed mid-dipartiment, għandu jbatih il-pensjonant li ma jkunx jaf li qiegħed jieħu iżjed milli suppost? Jidhirlu li li titlob mingħand pensjonant eluf ta' euros lura mingħandu, billi tnaqqaslu ammont regolari minn pagamenti tal-pensjoni sussegwentement jikkawża tbatija bla sens fuq tali pensjonanti? Jaħseb il-Ministru li jekk ikun żball li sar mid-Dipartiment m'għandux ibati l-pensjonant?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali tirkupra ħlas ta’ beneifiċċji li tħallsu żejda kemm jekk dawn ikunu żball tad-Diviżjoni kif ukoll jekk dawn ikunu żball minħabba xi tibdil ta’ ċirkustanzi li l-benefiċjarju ma jkunx għarraf lid-Diviżjoni bihom. L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jipprovdi wkoll sabiex fejn il-ħlas żejjed iseħħ bħala riżultat ta’ żball minn naħa tad-Diviżjoni, l-ammont żejjed li jinġabar ma jmurx iżjed lura minn sentejn u jitnaqqas mill-benefiċċju b’rata ta 5%.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bilaterali li għadu kemm ġie ffirmat bejn pajjiżna u Spanja, li fih hemm ftehim dwar l-użu ta' l-ambaxxati Spanjoli madwar id-dinja, minn diplomatiċi Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bilaterali li għadu kemm ġie ffirmat bejn Malta u Spanja.
Talba għall-pensjoni — Persuna gravament disabilitata
Question
Fil-formola li qed nibgħat separatament li, jġibu magħhom il-pazjenti għandna t-tobba meta jkun se jagħmlu talba għall-pensjoni għall-persuna gravament disabilitata, f'paragrafu (d) hemm miktub li l-persuna jrid ikollha diżabilita' permanenti, u nikkwota:
"minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew mard totali permanenti, sew jekk inhi kkawżata b'amputazzjoni jew mod ieħor, taż-żewġ idejn jew riġlejn."
Il-punt li tajjeb wieħed jinnota huwa li bil-lingwa li nagħmlu użu minnha kuljum, persuna ma nsejħulhiex "normali" minħabba li għandha parti importanti ta' ġisimha nieqes u mid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma tirċievi l-ebda għajnuna minħabba paragrafu (d) ta' l-applikazzjoni.
Allura ma taħsibx il-Ministru li huwa l-waqt li ssir reviżjoni ta' l-applikazzjoni ċioe' ta' paragrafu (d) u persuna anke b'amputazzjoni ta' id jew sieq waħda tkun ukoll intitolata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm Working Group fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali li qiegħed jagħmel analiżi ta' l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, bl-għan li jħares lejn aġġornament ta' l-istess liġi.
Is-suġġeriment tal-Onor.Interpellant zgur li għandha tkun ikkunsidrata minn dan il-Working Group.
Żejtun — Triq Dun Spir Grixti - Underground bring-in site
Question
Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar fiex se jkun jikkonsisti dak li huwa ppjanat bħala underground bring-in site li beħsiebha tiżviluppa l-Wasteserv fi Triq Dun Spir Grixti, fiż-Żejtun?
Jista' jgħid jekk dan huwiex l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f'Malta u għaliex u kif intgħażel proprju post fiċ-ċentru abitat taż-Żejtun, u mhux barra mir-raħal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li underground bring-in site għandha l-istess kunċett ta’ bring-in sites oħra li mdorrijin naraw f’lokalitajiet oħrajn. Id-differenza hi li l-kontenituri jinsabu taħt l-art; kulma jidher huma erba’ bins żgħar u puliti. Peress li l-kontenituri jridu jitpoġġew taħt l-art, hemm izjed xogħol ta’ installazzjoni li jrid isir, bħal tħaffir taħt l-art.
L-underground bring-in site fiż-Żejtun ser tkun waħda minn sitta però m’hijiex l-ewwel waħda. Infatti l-ewwel underground bring-in site li saret kienet dik li tinsab fiċ-ċentru ta’ Paceville. Qed nehmeż ma’ din ir-risposta ritratti proprju ta’ din il-facilità.
Il-post ġewwa ż-Żejtun ġie magħżul flimkien mal-Kunsill Lokali propju għax huwa sit abitat fejn fil-futur ser jiġi żviluppat ġnien għall-pubbliku. Għalhekk kien xieraq li jintuża dan it-tip ta’ bring-in site biex jikkumplimenta mal-proġett kollu.
Skond rapport li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea fid-9 ta' Jannar 2007, il-flotta tas-sajd Maltija, bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2005 naqset b'37% - l-aktar waħda li naqset fost il-pajjiżi membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid:
1) kemm kienet il-flotta fl-1 ta' Mejju 2004?
2) kemm kienet il-flotta fil-31 ta' Diċembru 2005?
3) kemm bastimenti ta' sajd ġew imneħħija?
4) ta' liema daqs u kategorija kienu?
5) x'tunnellaġġ jirrappreżentaw imqabbel ma dak ta' l-1 ta' Mejju 2004 u dak tal-31 ta' Diċembru 2005?
6) fuq liema tip ta' sajd kienu wżati l-bastimenti li ġew irtirati?
7) jekk is-sidien tagħhom irtiraw mis-sajd, għaliex dik jew dawk irtirati kienu l-uniċi bastimenti/bċejjeċ tal-baħar li kellhom jew jekk baqgħux jaħdmu b'bastimenti oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 20413 imqegħda fid-29/07/06, u li wiegħed li se jirrispondi f'xi seduta aktar tard?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jalludi għall-uffiċċjali Governattivi li qegħdin jaħdmu fir-Rapprezentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u għalhekk qiegħed nehmeż il-lista rispettiva bid-data ta' 9 ta' Novembru 2006. Iċ-Chain of Command huwa permezz tar-Rappreżentant Permanenti li jirrapreżenta lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
F'każ li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-uffiċċjali Governattivi li qegħdin jaħdmu bħala Seconded National Experts ma' l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, nirrakkomanda li jissottometti l-istess Mistoqsija lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli għas-Servizz Ċivili.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' uffiċjali governattivi li qegħdin jagħmlu xogħol ta' natura permanenti ġewwa Brussels b'konnessjoni max-xogħol li għandu x'jaqsam ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti ismijiet, gradi u n-natura tax-xogħol li kull uffiċjal huwa huwa responsabbli għalih? X'inhi l-istruttura tar-responsabbiltajiet u ċ-chain command?
Jista' jgħid meta beda l-placement ta' kull impjegat u meta huwa mistenni li jispiċċa l-kuntratt ta' kull impjegat, jekk il-kuntratt huwa definit?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Informazzjoni dettaljata li talab l-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jogħġbu l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11947 li jien għamilt fl-24 ta' Frar 2005 lill-Ministru Austin Gatt li rrispondieni li risposta tingħata f'xi seduta oħra, u li meta erġajt poġġejt il-mistoqsija fit-13 ta' April 2005 in time ma kenitx mistoqsija tiegħu u talabni nirriferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat?
Mistoqsija parlamentari 11947 tgħid hekk: Issa li nħass li għadda żmien biżżejjed, jista' jagħti risposta għal mistoqsija parlamentari 11108 u cioe' wara d-dikjarazzjoni li kien għamel Fr. Joe Borg, li kien talab lill-awtorita' tax-xandir biex tagħmel inkjesta biex toħroġ il-verita' dwar dak li kien seħħ fin-news room tal-PBS biex kien ħareġ il-filmat tal-protesta nazzjonali li saret fuq il-Fosos tal-Floriana fit-13 ta' Frar, jista' il-Ministru jgħid: 1) jekk il-membri li se jagħmlu l-inkjesta ġewx innominati; 2) x'inhuma t-terms of reference li ngħataw; 3) kemm huwa maħsub li jdumu biex jagħmlu rapport; 4) jekk għandux il-ħsieb li dan ir-rapport isir pubbliku billi jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ilment datat 15 ta’ Frar 2005 li ressaq Fr Joe Borg, Chairman tal-Bord Editorjali tal-PBS Ltd, u r-risposta ta’ l-Awtorità tax-Xandir għal dak l-ilment. Din l-ittra ta’ l-aħħar twieġeb il-kweżit ta’ l-Onorevoli Interpellant.
Kif jaf il-Prim Ministru, f'Marzu 2004 għalqu l-applikazzjonijiet għall-fondi marbuta ma proġetti mitluba minn sorsi Ewropej bħal EST, ERDF, etc.
Jista' il-Prim Ministru jinforma: a) kemm kien hemm applikanti? b) min kienu l-applikanti? c) jekk saret l-għażla minn dawn l-applikazzjonijiet, liema proġetti ġew magħżula u kif hu maħsub li jitqassmu l-flus miksuba għal dawn il-proġetti: d) min iddeċieda liema applikazzjonijiet jiġu magħżula? e) jekk ċerti applikazzjonijiet instab li ma kienux mimlijin sewwa kif suppost, saru l-isforzi jew għajnuna biex ċerti proġetti proposti f'dawn l-applikazzjonijiet ma jiġux skartati fuq punti tekniċi, u allura jintilfu flus li setgħu ġew mogħtija? f) meta jerġgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet, dawk li ma ntgħażlux jistgħu jerġgħu jiġu kkunsidrati jekk jipproponu l-istess proġett? g) l-applikazzjonijiet jew aħjar il-proġetti magħżula, jistgħu jiġu mxandra fuq ġurnali ta' kuljum? h) kemm hu stmat li jkun il-valur totali ta' għajnuna li tista' tingħata biex jitwettqu l-proġetti magħżula, u kemm iridu joħorġu aktar flus il-promoturi biex tiġi koperta l-ispiża nvoluta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li:
(a) L-applikanti għas-sejħa ta’ proġetti għall-fondi strutturali li saret f’Marzu 2004 kienu 71.
(b) Fil-maġġoranza kbira tagħhom l-applikanti kienu entitajiet pubbliċi (Ministeri, Awtoritajiet, Korporazzjonijiet, istituzzjonijiet edukattivi u soċjali). Kien hemm żewġ applikazzjonijiet minn Kunsilli Lokali u applikazzjoni waħda mill-imsieħba soċjali.
(c) Il-lista tal-proġetti magħżula s’issa tinsab fuq il-website www.ppcd.gov.mt. Il-proġetti jinkludu infrastruttura pubblika fil-qasam tat-trasport, ambjent, turiżmu, edukazzjoni u taħriġ, skemi ta’ għajnuna lill-bdiewa, sajjieda u lill-industrija, u skemi ta’ taħriġ u mpjieg.
(d) Il-proġetti ġew magħżula fuq kriterji approvati mill-Kumitat ta’ Sorveljanza. Il-Kumitat ta’ l-Għażla tal-Proġetti evalwa l-proġetti skond dawn il-kriterji u għamel ir-rakkomandazzjoni lill-Kabinett tal-Ministri li approva l-proġetti.
(e) Il-Kumitat ta’ l-Għażla tal-Proġetti għamel kull sforz (laqgħat kif ukoll korrispondenza bil-miktub ma’ l-applikanti u ma’ esperti esterni) biex kemm jista’ jkun ma jiġux skartati applikazzjonijiet eliġibbli.
(f) L-applikanti tal-proġetti li ma ġewx magħżula ġew infurmati bir-raġunijiet għalfejn il-proġett ma ġiex magħżul. Sejħa ġdida għall-proġetti tkun marbuta ma’ miżuri partikulari tal-Programm u għalhekk wieħed irid jara jekk il-proġett hux eliġibbli taħt il-miżura li tkun miftuħa għall-proġetti.
(g) Il-proġetti kollha magħżula s’issa jinsabu fuq www.ppcd.gov.mt.
(h) Il-valur totali tal-Fondi Strutturali għall-proġetti magħżula kollha hu €61,387,411. Ma’ dan, fil-każ ta’ proġetti pubbliċi, l-Gvern irid joħroġ madwar €19,270,750 (li hu bejn wieħed u ieħor 26% ta’ l-ispiża eliġibbli ta’ dawn l-istess proġetti) u l-VAT (fejn din mhix spiża eliġibbli). Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna lis-settur privat, (miżuri 1.3, 3.1, 3.2 u parti minn miżura 3.3), il-Gvern qed joħroġ madwar €3,395,118 ta’ l-ispiża eliġibbli u s-settur privat €9,852,859 ta’ l-istess spiża.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10977 u cioe'jista' jgħid jekk l-Universita' ta' Malta qattx applikat biex tagħmel kors fil-livell ta' masters taħt l-iskema magħrufa bħala Erasmus Mundi? Jekk le, għaliex? Jekk iva, f'liema oqsma kienu dawn il-masters u x'kienet ir-raġuni li s'issa għad ma ġietx magħżula?
Hemm xi ħsieb li wieħed ikun aktar aggressiv f'applikazzjoni oħra, stanteli huwa maħsub li f'korsijiet oħra fil-futur huma mistennija li jieħdu parti eluf ta' studenti mid-dinja kollha li se jiġu biex jistudjaw fl-Ewropa għal madwar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` ta’ Malta kellha erba’ applikazzjonijiet, iżda ġew aċċettati tlettax-il applikazzjoni biss mill-pajjiżi kollha. Għalkemm ma ntlaqgħet l-ebda applikazzjoni minn Malta, l-Universita` ta’ Malta xorta ħa tipparteċipa b’mod indirett f’erba’ oqsma:
- Liġi
- Inġinerija
- Drittijiet tal-bniedem u
- Tekonoġija Informatika.
PBS — Filmat dwar protesta nazzjonali fil-Floriana
Question
Jista' il-Ministru, issa li nħass li għadda żmien biżżejjed, jagħti risposta għal mistoqsija parlamentari 11108 u cioe' wara d-dikjarazzjoni li kien għamel Fr. Joe Borg, li kien talab lill-awtorita' tax-xandir biex tagħmel inkjesta b iex toħroġ il-verita' dwar dak li kien seħħ fin-news room tal-PBS biex kien ħareġ il-filmat tal-protesta nazzjonali li saret fuq il-Fosos tal-Floriana fit-13 ta' Frar, jista' il-Ministru jgħid: 1) jekk il-membri li se jagħmlu l-inkjesta ġewx innominati; 2) x'inhuma t-terms of reference li ngħataw; 3) kemm huwa maħsub li jdumu biex jagħmlu rapport; 4) jekk għandux il-ħsieb li dan ir-rapport isir pubbliku billi jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew eżatt fondi mill-EU matul is-sena 2004? Jista' jagħti breakdown ta' kemm kienu minnhom grants u kemm minnhom kienu project related? Jista' jgħid għal liema proġetti kienu akkwistati u jagħti l-ammont ta' kull proġett? Fl-istess ħin, jista' il-Prim Ministru jinforma kemm flus kellha tibgħat Malta lill-UE bħala own resources u jagħti breakdown tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm pajjiżna ħallas aktar matul is-sena 2004 biex importa mill-UE affarijiet bħal ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ta' tadam semi proċessat u prodotti oħra? Fl-aħħar, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li kellna noħorġu aħna biex inkunu nistgħu nieħdu l-flus allokati għall-proġetti li konna ntitolati għalihom mill-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew eżatt fondi mill-EU matul is-sena 2004? Jista' jagħti breakdown ta' kemm kienu minnhom grants u kemm minnhom kienu project related? Jista' jgħid għal liema proġetti kienu akkwistati u jagħti l-ammont ta' kull proġett? Fl-istess ħin, jista' il-Prim Ministru jinforma kemm flus kellha tibgħat Malta lill-UE bħala own resources u jagħti breakdown tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm pajjiżna ħallas aktar matul is-sena 2004 biex importa mill-UE affarijiet bħal ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ta' tadam semi proċessat u prodotti oħra? Fl-aħħar, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li kellna noħorġu aħna biex inkunu nistgħu nieħdu l-flus allokati għall-proġetti li konna ntitolati għalihom mill-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
In vista tal-fatt li riċentement l-idea ta' faċilita' finanzjarja internazzjonali bħala għajnuna għal żvilupp kienet milqugħa tajjeb ħafna minn ħafna pajjiżi Ewropej, u anke in vista tal-fatt li l-Prim Ministru u Ministru tal-Finazni tal-Lussemburgu Jean Claude Junker qal li l-biċċa l-kbira tal-ministri tal-finanzi ta' stati membri ta' l-Unjoni Ewropea huma favur id-dħul ta' taxxa fuq il-pitrolju u/jew biljetti ta' l-ajru, u li huwa kien se jagħmel suġġerimenti biex taxxa bħal din tiddaħħal biex mid-dħul tiġi ffinazjata din l-għajnuna għall-iżviluppi, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din il-proposta kenitx fuq l-agenda ta' l-aħħar laqgħa ta' l-ECOFIN? Jista' jgħid x'reazzjoni għandu l-Gvern tiegħu għal proposta bħal din, stante l-fatt li proprju ftit ġranet ilu pajjiżna diġa' kellu żieda sostanzjali fuq il-prezz tal-pitrolju u fuq it-taxxa għall-biljetti ta' l-ajru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajjeb wieħed jgħid li kuntrarju għall-impressjoni li tagħti d-domanda il-proposta nnifisha hi dwar il-fuel ta’ l-ajruplani u mhux il-pitrolju għall-konsum domestiku.
Dwar il-proposta nnifisha, waqt li l-gvern jaqbel li jinħtieġ li jinsabu metodi aktar konkreti ta’ kif pajjiżi żviluppati juru solidarjetà u jagħtu għajnuna lill-pajjiżi fi bżonn ta’ żvilupp partikolarment fil-kontinent Afrikan, il-gvern Malti flimkien ma’ numru oħrajn fil-periferija ta’ l-Ewropa mhux qed juru ruħhom favorevoli għal din il-proposta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew eżatt fondi mill-EU matul is-sena 2004? Jista' jagħti breakdown ta' kemm kienu minnhom grants u kemm minnhom kienu project related? Jista' jgħid għal liema proġetti kienu akkwistati u jagħti l-ammont ta' kull proġett? Fl-istess ħin, jista' il-Prim Ministru jinforma kemm flus kellha tibgħat Malta lill-UE bħala own resources u jagħti breakdown tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm pajjiżna ħallas aktar matul is-sena 2004 biex importa mill-UE affarijiet bħal ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ta' tadam semi proċessat u prodotti oħra? Fl-aħħar, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li kellna noħorġu aħna biex inkunu nistgħu nieħdu l-flus allokati għall-proġetti li konna ntitolati għalihom mill-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qiegħed jinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta qattx applikat biex tagħmel kors fil-livell ta' masters taħt l-iskema magħrufa bħala Erasmus Mundi? Jekk le, għaliex? Jekk iva, f'liema oqsma kienu dawn il-masters u x'kienet ir-raġuni li s'issa għad ma ġietx magħżula?
Hemm xi ħsieb li wieħed ikun aktar aggressiv f'applikazzjoni oħra, stanteli huwa maħsub li f'korsijiet oħra fil-futur huma mistennija li jieħdu parti eluf ta' studenti mid-dinja kollha li se jiġu biex jistudjaw fl-Ewropa għal madwar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif meħtieġ ma laħaqx wasalli fl-uffiċċju, kostrett li nwieġeb f'xi Seduta oħra.
PBS — Filmat dwar protesta nazzjonali fil-Floriana
Question
Wara d-dikjarazzjoni li kien għamel Fr. Joe Borg, li kien talab lill-awtorita' tax-xandir biex tagħmel inkjesta b iex toħroġ il-verita' dwar dak li kien seħħ fin-news room tal-PBS biex kien ħareġ il-filmat tal-protesta nazzjonali li saret fuq il-Fosos tal-Floriana fit-13 ta' Frar, jista' il-Ministru jgħid: 1) jekk il-membri li se jagħmlu l-inkjesta ġewx innominati; 2) x'inhuma t-terms of reference li ngħataw; 3) kemm huwa maħsub li jdumu biex jagħmlu rapport; 4) jekk għandux il-ħsieb li dan ir-rapport isir pubbliku billi jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.