Jirriżultalu l-Ministru li meta jitqabblu l-audit trail fejn ikun hemm indikat l-uffiċjal li għamel id-data capturing tal-formula għas-sena ta' stima 1999, u l-ħin li l-aħħar sar ix-xogħol bil-computer mal-kopja ta' l-overtime sheets għall-perijodu 15 ta' Novembru sas-26 ta' Novembru 1999, jirriżultalux li hemm ħin sostanzjali bejn l-aħħar entry fuq il-computer u l-ħin tat-tluq fuq l-overtime sheet? F'dawn il-każi x'kien ix-xogħol li kien qiegħed isir matul dan il-ħin? Jekk jirriżultalu li xi uffiċjali ntbagħtu d-dar għaliex laħqu l-kwota, x'kienet din il-kwota, min awtorizza t-tluq ta' l-uffiċjali lejn id-dar u jekk jitħallsux meta ma jkunux fl-uffiċċju?
Response (DALLI, JOHN)
Nassuni li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għax-xogħol ta` data capturing tal-formola għas-sena ta` stima 1999. Ninsab infurmat li d-Dipartiment ħass li f`dan ix-xogħol ta` data capturing seta jħaddem skema ta` inċentiv bi prova li kienet ibbażata fuq l-output.
Ninsab infurmat li d-dipartiment huwa sodisfatt ħafna bix-xogħol li sar u jħoss li skemi ta` inċentiv bħal dawn għandhom ikunu mirquma u żviluppati fil-futur anke biex ikopru xogħol ieħor fid-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid x'qegħdin jagħmlu bħalissa l-crew li kienu jaħdmu fuq St Elmo? X'offerti ta' xogħol ingħatawlhom u b'liema kondizzjonijiet? X'inhuma l-prospetti ta' l-impjieg tagħhom għall-futur?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sigħat u ammont ta' flus maħduma bħala overtime mill-uffiċjali fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, imqassma sezzjoni, sezzjoni, għas-sena 1999? Jekk hemm xi uffiċjali li ħadmu f'sezzjoni differenti minn dik tagħhom, jista' l-Ministru jindika f'liema sezzjoni jaħdmu l-ħin normali u f'liema sezzjoni ħadmu l-overtime?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi tweġiba oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema mertu ntgħażlu l-uffiċjali biex jagħmlu l-overtime ta' data capturing għas-sena ta' stima 1999? Jista'l-Ministru jgħid għaliex hemm numru ta' assessuri li ma ġewx magħżula?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija
tingħata f`xi seduta oħra.
Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bastiment tal-bunkering St Elmo jsirlu r-refurbishment li għandu bżonn? Jekk iva, kemm huwa kkalkolat li jqum dan ir-refurbishment?
Jirriżultalu l-Ministru li meta jitqabblu l-audit trail fejn ikun hemm indikat l-uffiċjal li għamel id-data capturing tal-formula għas-sena ta' stima 1999, u l-ħin li l-aħħar sar ix-xogħol bil-computer mal-kopja ta' l-overtime sheets għall-perijodu 15 ta' Novembru sas-26 ta' Novembru 1999, jirriżultalux li hemm ħin sostanzjali bejn l-aħħar entry fuq il-computer u l-ħin tat-tluq fuq l-overtime sheet? F'dawn il-każi x'kien ix-xogħol li kien qiegħed isir matul dan il-ħin? Jekk jirriżultalu li xi uffiċjali ntbagħtu d-dar għaliex laħqu l-kwota, x'kienet din il-kwota, min awtorizza t-tluq ta' l-uffiċjali lejn id-dar u jekk jitħallsux meta ma jkunux fl-uffiċċju?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Jista'l-Ministru jgħid liema bastimenti qegħdin bħalissa jagħmlu x-xogħol li kien jagħmel qabel St Elmo? Kemm għandhom crew? Ta' liema nazzjonalita' huma? X'bandiera jtajjru dawn il-bastimenti? Għaliex ma mpjegawx fuqhom il-crew li kien hemm fuq St Elmo?
Jista Ministru jispjega l-fatt li ħafna bdiewa li jinstabu fil-qasam magħruf bħala l-Ħabel l-Abjad, limiti taż-Żejtun, għal dawn l-aħħar ġimgħat ma kenux pprovduti min ilma tat-tisjir li normalment jirċievu fl-egħlieqi tagħhom mill-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-volum ta' l-ilma ppumpjat mill-impjant tat-tisfija tad-dranaġġ f'Sant Antnin Wied il-Għajn għall-ġibjun ta' Ħabel l-Abjad iż-Żejtun kien normali bħal ma kien għall-ġibjuni l-oħra kollha. Wieħed, iżda, jinnota li l-ħin li ġie ppumpjat l-ilma kien mifrux mall-ħinijiet kollha tal-ġurnata u tal-lejl, għaldaqstant wieħed setgħa jaħseb li l-volum ta' l-ilma kien anqas mis-soltu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-prezz medju ta' siegħa xogħol f'pajjiżna (hourly cost of labour), x'persentaġġ minn dan il-cost huwa dirett, u kemm minn dan huwa kompost minn pagi (direct remuneration); x'persentaġġ minn dan il-cost huwa indirett u kemm minn dan huwa għas-sigurta' soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Ministeru tal-Finanzi jista' jkun f'posizzjoni li jirrispondi din il-Mistoqsija minħabba li jiġbor informazzjoni relevanti minn sorsi differenti bil-għan li jagħmel analiżi tal-pagi li tiġi pubblikata fl-"Economic Survey".
Jista' l-Ministru jinformani jekk l-inizjattiva li ttieħdet mill-gvern preċedenti Laburista, li għall-ewwel darba jsir State of the Environment Report għal pajjiżna tkomplietx minn dan il-gvern? Jekk iva, fiex wasal ix-xogħol fuq dan ir-rapport u meta jaħseb li se jkun lest u ppubblikat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern preżenti jaqbel mal-preparazzjoni u pubblikazzjoni ta' State of the Environment Report fuq bażi regolari.
Ninsab infurmat illi r-rapport imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie ppreżentat lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u bħalissa qed jiġi studjat mill-uffiċjali tad-dipartiment.
B'riferenza għall-artiklu "Preokkupazzjoni Libjana" li deher f'"In-Nazzjon" tad-29 ta' April 1999 taħt il-firma tas-Sur Michael Caruana, jista' l-Ministru jispjega kif materjal u dettalji ta' diskussjoni li saret bejn il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-aħħar Gvern Laburista, u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Libjan fi Tripli f'Marzu 1998, u li suppost huma aċċessibbli biss fil-files tal-Ministeru spiċċaw f'idejn partitarji Nazzjonalista u wżati f'artiklu tiegħu? Kif jispjega l-Ministru l-fatt li l-artiklu imsemmi jallega li huwa għandu fil-pussess tiegħu dan id-dokument (jew kopja tiegħu) li minnu qiegħed jikkwota? Jaħseb il-Ministru li fatti bħal dawn ma jagħtux impressjoni tajba ta' kif huma mħarsa l-files f'ministeru hekk importanti, fejn il-ħarsien ta' l-informazzjoni għandu jkun l-ewwel prijorita'?
Response (BORG, JOE)
`Leaks` ta` karti u nformazzjoni uffiċjali ta` natura kunfidenzjali sfortunatament ġraw fil-passat. Din hija problema sew f`Malta u kif ukoll f`pajjiżi oħra. B`danakollu bl-ebda mod ma rrid b`xi mod niskuża dawn il-`leaks`. Fil-fatt jien assolutament ma naqbilx ma affarijiet bħal dawn u mhux ser nittollerahom. Għalhekk, għalkemm diffiċli ssib kif jiġru dawn il-`leaks`, jiena tajt direttiva lis-Segretarju Permanenti biex jinvestiga l-każ imqajjem mill-Onorevoli Interpellant u naċċertah ukoll li jittieħdu passi dixxiplinarji serji kontra min jinqabad skond ma jkun hemm bżonn. F`dak il-każ lest ukoll li ngħaddi ir-riżultat tal-investigazzjoni u l-informazzjoni kollha relattiva lill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru, issa li beda l-iproċessar ta' screening bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, jgħid liema chapters ġew trattati jew qegħdin jiġu ttrattati fuq bażi multilaterali? Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi t-team li qegħdin jagħmlu dan l-iscreening għan-naħa Maltija u l-uffiċjali adetti għal chapters differenti? Jista' l-Ministru, safejn ġie nfurmat, jgħid kif se jitqassmu l-31 chapter ta' l-aquis communautaire f'din l-ewwel fażi ta' screening u jekk hemm xi dati għall-iscreening fuq bażi bilaterali, x'inhi t-timetable u ċ-chapters li se jiġu ttrattati, kif ukoll min se jkunu l-uffiċjali Maltin responsabbli għal dawn l-eżerċizzji?
Response (BORG, JOE)
Iċ-Chapters li qed jiġu ttrattati fuq bażi multilaterali huma l-politika reġjonali, l-biedja, kontroll finanzjarju kif ukoll il-budget finanzjarju. It-team għall-iscrening multilaterali qed imexxih l-Ambaxxatur Malti għall-Unjoni Ewropea.
L-uffiċjali adetti għal-politika reġjonali kienu s-Sinjuri Frank Psaila, Vince Grech, Tarcisio Zammit, Dr Nikol Bonanno u s-Sinjorina Marlene Bonnici. Fil-każ tal-biedja hemm is-Sinjuri Edward Gauci Borda u Tarcisio Zammit, Dr. Franco Serracino Inglott u Dr. Lino Vella. Fil-każ taż-żewġ chapters l-ohra, għadu ma ġiex deċiż min ser jattendi għalkemm deċiżjoni ser tittieħed ma ddumx in vista tal-fatt li l-iscreening multilaterali fuq dawn iż-żewġ chapters ser isir fid-29 ta` Gunju 1999 (budgetary provisions) u fl-10 ta` Mejju 1999 (financial control).
Bejn Mejju u Lulju ser isir il-bilateral screening f`dawn id-disa chapters fid-dati indikati ma ġenb kull wieħed:
Culture and Audiovisual - 28 May 1999
Common Foreign and Security Policy - 8 June
Industry Policy - 15-16 June
Small and Medium-sized Enterprises - 17 June
Telecommunications - 5-6 July
Science and Research - 7 July
Financial Control - 13 July
Financial Budegetary - 13 July
Education - 14 July
Il-lista ta` uffiċċjali li ser jieħdu sehem fit-taħdidiet għad ma gietx finaliżżata, għalkemm ix-xogħol sabiex jiġu identifikati il-persuni li ser jifformaw parti minn kull team diġa beda.
Jista' l-Ministru jara li s-sistema tad-drenaġġ li tinstab bejn Triq Falkunier u l-inħawi ta' San Klement, iż-Żejtun li kontinwament tfur għaliex fiha l-ħsara u ma tlaħħaqx mal-volum li għandu jgħaddi minnha, ma tibqax tfur kontinwament ġewwa l-għelieqi b'dannu għas-saħħa ta' min jidħol f'dawn l-għelieqi u min jikkonsma l-uċuħ imkabbra f'dawn l-oqsma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sewer main in kwestjoni huwa għal ta' Triq il-Wied , Żejtun. Dan huwa bil-ħsara u jrid jinbidel. Mistennija toħroġ tender dalwaqt.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' persuni li applikaw għall-post ta' Officer i/c of Transport u r-rapport li sar mill-board li għarbel l-applikanti u fuq liema bażi ta' argumentazzjoni waslu biex għamlu l-għażla tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista bl-ismijiet tal-persuni li applikaw u ġew intervistati mill-Bord tal-għażla maħtur mill-Bord precedenti tal-F.M.S. Peress li r-rapport ta` l-"interviews" huwa ta'natura kunfidenzjali, mhux xieraq li nagħmel il-kummenti tal-Bord pubbliċi għal raġunijiet ovvji. Pero lest nurihom lill-Onor. Interpellant privatament.
Dwar il-persuna li isimha ntbagħat separatament, qed impoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-Bord tal-Għażla bir-riferenzi u rakkomandazzjonijiet dwarha. Infurmat li fatt deċiziv kien li din il-persuna kellha diġa esperjenza ta' 21 xahar bħala Manager fil-Garage ta' l-Ambulanzi, li erbatax il-xahar minnhom kienu taħt il-Gvern preċedenti. Infurmat li fatt iehor deċiziv kien ir-rakkomandazzjonijiet qawwija li saru minn ex-Supridendent tal-Isptar San Luqa, mis-Supridendent preżenti u mid-Direttur Finance and Administration.
Din il-ħatra saret bl-istess proċeduri kif kien gie magħzul l-I.T. Systems Manager tal-G.P.S. taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex minn xi tlett xhur 'il hawn il-prodotti li jingħataw lil pazjenti bil-kondizzjoni coeliac mill-ispiżeriji u stores tal-gvern fuq Schedule V naqsu mill-varjeta' u mill-kwantita'? Kif se jserraħ ras il-pazjenti li għandhom din il-kondizzjoni, li s-sitwazzjoni se terġa' tiġi għan-normal fl-iqsar żmien possibbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-problemi li kien hemm dan l-aħħar fl-għoti tal-prodotti lill-pazjenti bil-kundizzjoni coelic, inħolqu minħabba li ħafna prodotti ma kienux aċċettabbli għal pazjenti u għalhekk kien hemm ħela kbira.
Għalhekk intbagħat kwestjonarju lill-pazjenti, biex jindikaw il-prodotti ppreferuti minnhom ħalli dawn ikunu jistgħu jinxtraw mid-Dipartiment. B'hekk minbarra li l-pazjent jkollu il-prodotti li jixtieq, tinqata' wkoll il-ħela.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana b'mod uffiċjali (minflok ikollna noqogħdu fuq informazzjoni mill-gazzetti) min huma l-persuni li ġew maħtura ambaxxaturi ta' pajjiżna f'pajjiżi oħra? Min huma dawk li se jinbidlilhom posthom u min huma dawk li għalihom il-Gvern Malti qiegħed jistenna l-agreement dwarhom minn gvernijiet barranin?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, il-ġurnali fir-rapporti tagħhom sikwit ikollhom informazzjoni skorretta kemm f'partijiet kif ukoll fit-totalita ta' l-artikoli li jippublikaw. Għalhekk mhux għaqli li wieħed joqgħod fuq informazzjoni ta' ġurnali bħala waħda uffiċjali.
Rigward it-tieni domanda, l-Onor. Interpellant jaf tajjeb li mhux korret li l-Ministeru jiżvela l-ismijiet ta' min ikun nominat Ambaxxatur qabel ma l-Gvern konċernat jagħti l-agreement tiegħu. Irrid iżda nżid illi ma' l-ismijiet li semmejt fir-risposta għall-mistoqsija numru 4616 illum hemm ukoll dak ta' Dr. Joe Cassar li se jieħu l-kariga ta' Ambaxxatur ta' Malta għall-Italja f'nofs April.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Designate secretariat
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1348 tas-16 ta' Novembru, 1998 jista' Viċi Prim Ministru issa jagħti tweġiba definittiva għat-tieni parti ta' din il-mistoqsija kif imwiegħed fir-risposta mogħtija dakinhar?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li kien talabni kont diga' tajtha fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3450. Irrid inżid biss ma' l-iSkeda B li fiha dakinhar elenkajt l-impjegati fi ħdan is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, lis-Sinjorina Claire Scerri li issa qiegħda bħala Uffiċċjal fis-Secretariat Pool u li ġiet sekondata għal dan l-iskop mill-post ta' Skrivana ma' l-Awtorita' tad-Djar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4063, u in vista tal-fatt li l-persuna msemmija ġiet maħtura ambaxxatur għall-Kunsill ta' l-Ewropa u in vista tad-diskussjoni li seħħet fi ħdan il-Public Accounts Committee, dwar dan is-suġġett, il-Viċi Prim Ministru ma jaħsibx li risposta għall-mistoqsija oriġinali hija issa urġenti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Kif gia spjega s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru quddiem il-Public Accounts Committee, il-Ministeru qiegħed jeżamina il-karti rilevanti in kwestjoni, u jaġixxi fil-kontest tar-riżultanzi.
Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3945 li dakinhar wiegħed li jirrispondi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
'Hormone Replacement' fl-isptarijiet tal-Gvern huwa pprovdut f'numru ta' mezzi. 'Implants'huma pprovduti għal min għandu l-karta r-roża
Id-Dipartiment tal-Ginekoloġija għandu prijoritajiet oħra barra l-estensjoni ta' servizzi ta' 'Hormone Implants' anki għaliex jeżistu alternattivi oħrajn għal dan it-trattament.