Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull diskors li sar f'isem Malta fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda u l-kumitati tagħha bejn l-1/9/99 u l-31/12/99 u f'kull każ jgħid jekk id-diskors ġiex miktub: (a) mill-ambaxxatur Walter Balzan; (b) mid-direttur għall-affarijiet barranin fil-ministeru; jew (ċ) mill-ambaxxatur Joe Cassar f'Ruma?
Response (BORG, JOE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Dwar it-tieni parti tad-domanda nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskorsi li jsiru kemm fl-Assembleja Ġenerali tal-Ġnus Magħquda kif ukoll f'okkażżjonijiet oħra jiġu ppreparati minn membri ta' l-istaff tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u uffiċċjali fl-ambaxxati b'koperazzjoni bejniethom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba siefret fuq xogħol tal-Gvern matul l-1999? Għal kull okkażjoni, tista' tgħid: (a) x'kienet l-okkażjoni; (b) liema pajjiż/pajjiżi żaret; (ċ) tul ta' visita; (d) x'kien il-programm uffiċjali ta' kull visita u laqgħat uffiċjali komposta d-delegazzjoni li akkumpanjata; (e) rwol ta' kull membru tad-delegazzjoni; (f) kemm qamet lill-poplu Malti fi spejjeż kull visita; u (g) x'kien l-eżitu ta' kull missjoni li għamlet mil-lat politiku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena mort tliet darbiet fuq xoghol tal-Gvern barra minn Malta fl-1999 kif jidher hawn taħt:
1. Franza mit-28 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Jannar 1999
2. Canada u l-Istati Uniti mid-9 ta' Settembru sad-19 ta' Settembru 1999
3. L-Isvezja mit-22 sas-26 ta' Ġunju 1999
Għar-rigward it-tnejn ta' l-ewwel nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 8218 u 9728 rispettivament.
Għar-rigward it-tielet, jiena u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru attendejna konferenza tal-Kummissjoni tal-Gżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferali u Marittimi ta'l-Ewropa. L-ispejjez ta' l-ajru kienu Lm1096.36 filwaqt li l-ispejjez l-oħra kienu Lm1114.11. F'din il-konferenza jiena kont pproponejt li jibdew isiru ta' kull sena fil-gżejjer imsieħba festivals ta' kulturi u folklor tal-gżejjer parteċipanti. Il-proposta tieghi ġiet milqugħa unanimament. S'issa ġa hemm 14-il gżira minn diversi pajjiżi ewropej li se jieħdu sehem f'dawn il-festivals. Il-Kummissjoni Ewropeja ħadet interess f'din il-proposta u talbet li jsiru diskussjonijiet dwar kif l-istess Kummissjoni tista' tiffinanzja dawn il-festivals. Dawn id-diskussjonijiet ġa bdew.
Barra minn hekk, meta kont il-Konferenza, ltqajt ma' l-awtoritajiet tal-gżira ta' Gotland u ddiskutejna possibilitajiet ta' koperazzjoni bejnietna. B'riżultat ta' dan, hemm prospetti tajba ħafna li Għawdex se jgawdi minn programm speċjali ta' koperazzzjoni u ġemellaġġ bejn Għawdex u Gotland li se sjir fl-okkażjoni tal-Presidenza Svediża ta' l-Unjoni fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Dan il-programm se jkun iffinanzjat kollu kemm hu mill-Kummisssjoni Ewropeja li se toħroġ għalih madwar 300,000 Euro.
L-ambaxxatur Salvino Busuttil qal f'Novembru li għadda (The Times, page 5), ħarġa tal-25 ta' Novembru) li din is-sena, il-President ta' Malta, il-Prim Ministru, u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin mitennija jżuru Franza, jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għal dawn il-visti, u jekk ġewx iffissati xi dati?
Jista' jgħid jekk saritx diġa' talba uffiċjali lil Franza biex dawn iż-żjarat iseħħu?
Response (BORG, JOE)
L-Ambaxxatur, li kien semma l-possibilita' ta' dawn iż-żjajjar, qiegħed f'kuntatti mal-awtoritajiet ta' Franza li mistennija jagħtu dati preċiżi kemm jista jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba s-Sur Richard Muscat, Ambaxxatur għall-Irlanda mar f'dak il-pajjiż b'xogħol fis-sena kalendarja 1999, f'liema dati, kemm ġiet tiswa kull żjara lill-fondi pubbliċi f'trasport, lukandi, daily allowances u spejjeż oħra u x'kienu l-attivitajiet u laqgħat uffiċjali li attenda għalihom s-Sur Muscat f'kull okkażjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali jaħdmu fil-Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin fl-1 ta' Settembru, 1998 u fl-1 ta' Jannar, 2000?
X'inhu l-grad ta' kull uffiċjal u x'inhuma r-responsabbilitajiet tagħhom f'dipartimenti jew direttorat li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Peress li fl-1999 inħatar ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO fir-residenza fi Strasbourg, flok f'Pariġi, bħalma kien isir qabel, jista' l-Minsitru jgħid: (a) kemm-il darba l-Ambaxxatur Licari ivvjaġġa minn Strasbourg għal Pariġi minn fondi pubbliċi; (b) x'mezzi uża f'kull vjaġġ (ajru/tren/karozza) u kemm ġie jqum kull vjaġġ; u (ċ) x'allowances żejda talab u ħa dan l-ambaxxatur minn fondi matul is-sena kalendarja 1999 talli jkopri l-UNESCO barra minn Strasbourg?
Response (BORG, JOE)
Bejn id-19 ta' Mejju 1999, data li fiha nħatar delegat permanenti għall-UNESCO, u l-31 ta' Diċembru 1999, l-ambaxxatur Licari vjaġġa darbtejn Strasbourg-Pariġi-Strasbourg minn fondi pubbliċi. Id-darbtejn kienu bit-tren. L-ewwel vjaġġ ġie jqum 808 frank franċiż, jiġifieri Lm52.08ċ u t-tieni 848 frank franċiż, jiġifieri Lm55.11ċ. L-ambaxxatur Licari ma talab u ma ngħata l-ebda allowance żejda talli jkopri l-UNESCO barra mill-Kunsill ta' l-Ewropa.
Jista' l-Ministru jinformana x'inhi l-pożizzjoni li l-Gvern Malti qiegħed, jew se jadotta fil-konfront tal-gvern ġdid Awstriak, iffurmat minn People's Party u Freedom Party? Fil-prattika x'miżuri se jittieħdu, jekk se jittieħdu? Jista' jgħid jekk ingħatawx struzzjonijiet lill-ambaxxatur Malti għall-Awstrija dwar kif għandu jġib ruħu vis-a-vis l-Awstrija, kemm mil-lat politiku, kif ukoll mil-lat ta' attendenza, għall-funzjonijiet soċjali?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tad-domanda numru 13674.
B'konnessjoni ma' l-eżamijiet li saru riċentement fil-Ministeru għal għażla ta' councillors, jista' l-Ministru jgħid: (a) min kienu l-eżaminaturi; (b) kemm kien previst li jingħataw ħatriet; (c) kemm għaddew l-eżami - jista' l-Ministru jagħti lista ta' min għadda f'ordni ta' mertu, u jgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha fis-servizz diplomatiku, u f'liema kariga servew s'issa -; (d) kemm se jinħatru councillors fil-fatt?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
JIsta' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-postings kollha u l-appointments kollha li ngħataw fil-Ministeru mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm talbiet għal extensions? Jekk iva, minn min, u jekk it-talba ġietx milqugħa jew le?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista'l-Ministru jgħid x'kienu l-inizzjattivi, jekk kien hemm, li ħadet Malta fis-sena 1999 fil-Ġnus Magħquda u/jew fil-politika għall-paċi fil-Mediterran?
Response (BORG, JOE)
Ma ttieħdet l-ebda inizzjattiva min Malta fil-Ġnus Magħquda u/jew fil-politika għall-paċi fil-Mediterran, fis-sena 1999.
Jista'l-Ministru jagħti lista ta' l-uffiċjali li jagħmlu parti mill-korp diplomatiku u li qed iservu fis-segretarjat tal-Ministeru jew dekasteru ieħor? Jista'jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew kondizzjonijiet li ngħataw lil dawn l-uffiċjali?
Response (BORG, JOE)
Hemm żewġ uffiċċjali mill-korp diplomatiku li qed iservu fis-segretarjat tiegħi b'kuntratt skond id-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariat' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 124 fis-16 ta'Ġunju 1999, u għalhekk m'hemmx għalfejn titqiegħed kopja tal-kuntratti speċifiċi ta' dawn iż-żewġ uffiċċjali fuq il- Mejda tal-Kamra.
Hemm uffiċċjal diplomatiku ieħor li qed iservi fil-Ministeru għal Għawdex. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Nixtieq inżied ngħid li żewġ uffiċċjali oħra qed iservu fl-Uffiċċju tal-President u l-kuntratti tagħhom jinżammu f'dak l-Uffiċċju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fid-dipartiment li bdew isegwu korsijiet minn Settembru 1998 sal-lum? Min huma? Xi grad għandhom? X'kors qed isegwu? Kif saret l-għażla? X'renumerazzjoni qed jirċievu? Kemm huwa twil il-kors li qed isegwu f'kull każ?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998, liema kienu dawk l-areas li fihom saret tindifa tal-ħitan tas-sejjieħ minn tankijiet msadda u oġġett oħra, madwar Malta u Għawdex?
Kemm huwa stmat li tneħħew minn dan il-materjal?
X'qed isir minnu?
Kemm tressqu nies il-qorti jew ġew imħarrka għaliex ma neħħewx materjal bħal dan minn fuq il-ħitan tas-sejjiħ f'dan i-perjodu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 kien hemm diversi areas minn fejn tneħħew xi tankijiet imsadda u oġġetti oħra minn Malta. Pero' l-areas li spikkaw l-aktar kienu s-Siġġiewi, Mġarr, Kirkop, Iklin, Fgura u limiti ta' Raħal Ġdid/Luqa.
Huwa stmat li tneħħew madwar erba' mitt oġġett, l-aktar tankijiet imsadda. Dawn ġew mgħoddija lill-kuntrattur li qiegħed jgħaffiġhom bil-'compactor'.
Ma jirriżultax li tressqu nies il-Qorti jew ġew imħarrka għaliex ma neħħewx materjal bħal dan minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ f'dan il-perjodu.
Fl-isfond tad-diżgrazzja li grat fiċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu kampunji mis-Scientic Officer tad-Dipartiment tad-Drenaġġ matul dawn l-aħħar 13-il xahar biex jissorvelja għal perikli li huma esposti għalihom ħaddiema bħal dawk li diżgrazzjatament tilfu ħajjithom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa issa ma kienx fil-kompitu tas-'scientific officer' tad-Dipartiment tad-Drenaġġ li jagħmel xogħol ta' 'Health and Safety'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi legali f'dawn l-aħħar 13-il xahar kontra nies li jbattlu ċertu sustanzi fid-drenaġġ kontra l-liġi ta' l-1993?
X'passi qed jittieħdu kontra dawk il-lukandi jew stabbilimenti oħra li jitfgħu ilma mielaħ tal-baħar fid-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kull meta ġew identifikati xi abbużi, s-sid jew l-operatur ġie mġiegħel jirranġa n-nuqqas li kellu fi żmien raġonevoli u jekk dan ma setax isir l-operatur ingħata l-fakulta' li jidħol fi ftehim volontarju bl-avukat tiegħu fejn intrabat li jagħmel ix-xogħol meħtieġ fi żmien kif ġie miftiehem.
Dan id-Dipartiment ma joħroġ l-ebda permess biex jintuża l-ilma mielaħ tal-baħar bħala 'second class water'.
Biex tiġi evitata xi diżgrazzja minnn xi splużjoni ta' gass, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu matul l-aħħar sena, sabiex ma jiġix mormi skart perikoluż fil-Magħtab?
X'tip ta' sorveljanza qed issir biex materjal ta' dan it-tip ma jitremix hemm?
Kemm ittieħdu passi legali kontra nies li nqabdu jarmu skart tossiku, mħallat ma' skart ieħor mingħajr permess f'din il-miżbla, jew f'postijiet oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fil-preżent, il-Magħtab hi s-sit fejn jintrema l-parti l-kbira ta' l-iskart perikoluż.
Produtturi ta' skart perikoluż jenħtieġu li jinfurmaw id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent b'dan. Dan id-Dipartiment jinforma d-Dipartiment li jopera l-Magħtab biex dan jieħu l-miżuri neċessarji skond il-każ.
Ma kienx hemm każi ta' persuni li nqabdu jħalltu skart tossiku ma' skart ieħor.
Jista' l-Ministru jagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11968, 11970, 11971 u 11972, liema mistoqsijiet kien hemm wegħda li jiġu mwieġba "f'xi seduta oħra"?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-twegibiet ghall-mistoqsijiet li ghalihom qed jirreferi l-Onorvoli Interpellant huma kif gej:
Mistoqsija numru 11968 - Waqt seduta tal-Bord tad-Diretturi ta` l-M.O.B.C. gie deciz li l-bastiment tal-bunkering `Sant`Jiermu` ma jsirlux refurbishment peress li l-ispejjez mehtiega biex isiru t-tiswijiet skond il-klassi mhumiex viabbli ghall-operat tal-vapur.
Mistoqsija numru 11970 - F`Awissu ta` l-1999, il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija iddecieda li l-bastiment in kwistjoni ghandu jinbiegh. Ghaldaqstant f`Novembru ta` dik is-sena fil-gurnali harget sejha ghall-oferti ghall-bejgh ta` dan il-bastiment.
Mistoqsija numru 11971 - Fil-prezent l-M.O.B.C. ghandha `on charter` zewg bastimenti li kienu gew approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija. Dawn huma il-Vermaoil VI u l-Vemachem IV. Iz-zewg bastimenti ghandhom ekwipagg ta` tnejn u ghoxrin, b`nazzjonalita` diversa inkluz Maltin. L-ekwipagg li kien jahdem fuq il-bastiment Sant`Jiermu gie offrut impjieg fuq dawn iz-zewg bastimenti, pero` s`issa numru limitat ta` haddiema accettaw li jahdmu fuq dawn il-vapuri.
Mistoqsija numru 11972 - Fil-prezent l-ekwipagg tal-bastiment Sant`Jiermu qed jaghmel xoghol ta` manutenzjoni fuq il-vapur u garr ta` diesel minghand l-Enemalta ghall-M.O.B.C. L-ekwipagg gie offrut xoghol iehor, ghalkemm ghalissa mhemmx qbil fuq il-proposti tal-Kumpanija ma` l-Union li tirrapprezenta lill-membri ta` l-ekwipagg. Lil dawn il-haddiema l-Kumpanija qed toffrilhom impjieg alternattiv b`kundizzjonijiet godda li jkunu viabbli u sostenibbli ghall-operat tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-"Accession Partnership 1999" ta' Malta ma ġiex ippubblikat fil-ġurnal uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma' dawk ta' għaxar pajjiżi applikanti, fil-ħarġa tat-28 ta' Diċembru, 1999 numru L/335?
Jista' jagħti ħjiel meta se jiġi ppubblikat in vista tal-fatt li dan l-Accession Partnership isir binding tliet ijiem wara li jiġi ppubblikat?
Response (BORG, JOE)
L-'Accession Partnership' ta' Malta ma ġiex ippubblikat fil-ġurnal uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropeja imsemmi peress li r-regolament ta' pre-adeżjoni, li jikkostitwixxi il-bażi legali għall-'Accession Partnership', għadu ma ġiex iffinaliżżat mill-Kunsill tal-Ministri fir-rigward ta' Malta u Ċipru. Dak tal-pajjiżi applikanti l-oħra kien ġie addottat żmien ilu. Huwa mifhum li kemm ir-regolament ta' pre-adeżjoni kif ukoll l-'Accession Partnership' ta' Malta għandhom jidħlu fis-seħħ sa nofs is-sena 2000.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sigħat u ammont ta' flus maħduma bħala overtime mill-uffiċjali fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, imqassma sezzjoni, sezzjoni, għas-sena 1999? Jekk hemm xi uffiċjali li ħadmu f'sezzjoni differenti minn dik tagħhom, jista' l-Ministru jindika f'liema sezzjoni jaħdmu l-ħin normali u f'liema sezzjoni ħadmu l-overtime?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` sigħat u l-ammont ta` flus maħduma bħala overtime fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għas-sena 1999 huma kif jidhru fl-annex hawn mehmuż u li tidher hawn taħt. Wieħed irid jinnota li l-overtime li jidher taħt kull sezzjoni mhux neċċessarjament inħadem fuq xogħol li jaqa` taħt is-sezzjoni konċernata.
Ħafna uffiċċjali ġew mitluba jagħmlu overtime f`sezzjonijiet oħra minn dawk li normalment jaħdmu fihom. Dan fil-biċċa l-kbira kien xogħol straordinarju, ħafna minnu taħt is-sistema tas-Self Assessment il-ġdida.
Billi l-overtime maħdum minn kull uffiċjal jiġi rregġistrat f`ismu u fis-Sezzjoni fejn is-soltu jkun xogħlu ma tistax tingħata analiżi ta` kemm minn dan l-overtime inħadem f`sezzjonijiet oħra.
Id-Dipartiment introduċa bi prova sistema ta` bonus li jitħallas f`forma ta` overtime.
Section Hours Paid
Acco unts 2866.29 8369.57
Administration 9846 .41 28751.52
Appeals 693.00 2023 .56
Blk 6 1410.25 4117.93
Blk 1 (Clubs etc) 808.50 2360.82
BOWIE 2447.52 7146.76
BSC 207.00 604.44
Capita l Gains 1819.00 5311.48
Cash Office 4802.50 14023.30
CCD 7089. 00 20699.88
CHD 4040.00 11796.9 2
Collection 8010.00 23389.20
Companie s 7992.95 23339.41
Computers 4366.4 9 12750.15
CTD 15951.08 46577.15
DPU 2107.16 9462.73
Employments 9796.89 28606.92
Expatriates 3270.50 9549.86
FCS 3449.00 10071.08
FS S 5746.50 16779.78
Gozo 6034.60 17621.03
ITU 1009.50 2947.74
L edgers 5142.50 15016.10
Maintenance 3657.02 10678.49
Monte di Pieta 3073.75 8975.35
Non Residents 647.00 1889.24
Objections 2720.50 7943.86
P6`s 4883.25 142 59.09
PAYE 3154.25 9210.41
Personnel 1103.25 3221.49
Refunds 2004.25 5852.41
Registry 638.50 1864.42
Re search 696.75 2034.51
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema mertu ntgħażlu l-uffiċjali biex jagħmlu l-overtime ta' data capturing għas-sena ta' stima 1999? Jista'l-Ministru jgħid għaliex hemm numru ta' assessuri li ma ġewx magħżula?
Response (DALLI, JOHN)
Id-data capturing sar mill-uffiċjali tad-Data Processing Unit u minn numru ta` Clerks u Executive officers minn diversi taqsimiet li nqalgħu mix-xogħol ta` data capturing matul il-ħin normali tax-xogħol. Peress dan ix-xogħol ta` data capturing ried isir matul il-ġurnata kollha, ntgħażlu dawk l-uffiċjali li x-xogħol normali tagħhom seta` jsir f`ħin ieħor bl-inqas impatt fuq ix-xogħol u s-servizz li jagħti d-dipartiment.
Ix-xogħol ta` data capturing mhuwiex xogħol l-assessuri li l-maġġoranza tagħhom huma tal-gradi ta` Principal Officers u Assistant Principals.