Uffiċċji tal-Furjana – Bini tad-Direttorati — Xogħol ta’ Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsir xogħol ta' manutenzjoni fil-bini tad-Direttorati li jinsab fit-tielet sular tal-uffiċċji fil-Floriana? Jekk dan ix-xogħol se jsir, jista’ jgħid meta hu previst li jibda dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li sar xogħol estensiv fl-ewwel sular bejn l-2013-14 u fit-tieni sular tad-Direttorati għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul din is-sena, huwa previst li xogħol ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tad-Direttorati jibda s-sena d-dieħla.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27906, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni ta' dan it-tender?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-ismijiet qed jingħataw lill-Onorevoli Interpellant separatament.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li aktar kmieni din is-sena, kien hemm kap ta' skola tal-istat li ġie deployed f'kariga ta' uffiċjal edukattiv? F’każ ta’ konferma, jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni li ttieħdet tali deċiżjoni u jekk kienx hemm każijiet preċedenti, qabel din is-sena, simili għal dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-każ li għalih x’aktarx qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant imur lura għas-sena skolastika 2014/2015 meta l-Uffiċjal Edukattiv għall-Mużika ħarġet fuq leave fit-tul biex takkumpanja lil żewġha fuq xogħol uffiċjali tal-gvern (PSMC 5.3.2). Il-vakanza li ħolqot imtliet temporanjament minn Kap ta’ Skola li għandha kwalifiċi fil-Mużika. L-Uffiċjal Edukattiv (Mużika) irreżumiet f’nofs Lulju 2016. Il-Kap ta’ Skola in kwistjoni ma komplietx tkopri r-rwol flok l-Uffiċjal Edukattiv (Mużika). Infurmat li għas-sena skolastika 2016/17 qed tissapportja lill-Uffiċjali Edukattivi (snin bikrin) minħabba l-esperjenza li għandha fil-qasam.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-persuni li taw u li qiegħed jagħtu s-servizzi tagħhom bħala konsulenti matul is-sena 2016 fi ħdan l-istess Ministeru, Direttorati, Istituti, Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni u Sport Malta? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' ħlas jew perkaċċi qiegħed jingħataw dawn il-konsulenti għas-servizz tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
(Korrezzjoni: Ara Dokumentu PL 7800 li tpoġġa f'Seduta 430, nhar it-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2016)
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-Learning Outcomes Framework min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-implementazzjoni tal-Learning Outcomes huwa wieħed mill-aspetti li qiegħdin jiġu diskussi mal-MUT, f’taħdidiet dwar ftehim settorjali. Min-naħa tad-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards, qiegħdin isiru pjanijiet sabiex malli jintlaħaq ftehim mal-MUT, jibda taħriġ għall-Edukaturi f’kull skola tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. L-Uffiċjali Edukattivi għamlu xogħol ta’ tħejjija, kull wieħed fis-suġġett tiegħu, sabiex ikunu ppreparati biex jitħaddmu mal-għalliema dwar din il-metodoloġija. Huma kellhom ukoll jiem ta’ taħriġ biex jitħejjew sew għall-introduzzjoni tal-Learning Outcomes.
Qiegħdin ukoll isiru taħdidiet mal-imsieħba l-oħra, fosthom mar-rappreżentanti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, mal-ġenituri, Istituzzjonijiet Edukattivi Ogħla, kif ukoll mal-Matsec Board sabiex isiru riformi fis-sistema tal-assessjar inkluż is-SEC. Saret konsultazzjoni ma’ numru kbir ta’ kapijiet ta’ Skejjel Sekondarji u jidher li hemm qbil dwar kif il-Learning Outcomes, it-tagħlim u l-assessjar għandhom jiġu mħaddma flimkien b’mod li jkunu kumplimentari għal xulxin. Ser ikomplu jsiru laqgħat mal-industrija bħala msieħeb ieħor importanti.
Sar it-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni sabiex jissaħħaħ it-taħriġ tal-edukaturi f’kull qasam li jkompli jgħin din l-implimentazzjoni. Qiegħdin jiġu offruti sensiela sħiħa ta’ taħriġ b’xejn lill-edukaturi kollha sabiex ikollhom l-opportunità li jissaħħu f’dawk l-oqsma magħżula minnhom. Hemm ippjanat taħriġ iktar wiesgħa u għażla ikbar ta’ korsijiet.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27505 jista’ l-Ministru jgħid ukoll min kienu l-membri fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni ta' dan it-tender?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-aġġudikazzjoni ta' dan it-tender kien kompost minn Chairperson, segretarju u tliet membri li d-designation tagħhom hija kif se nsemmi:
Designation
Designation
Organisation
Chairperson
Chief Information Officer for Schools
MEDE
Secretary
ICT Procurement Officer
MEDE
Member
Director of e-Learning
MEDE
Member
eLearning Support Teacher
MEDE
Member
Enterprise Networks Architect
MITA
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lift fil-librerija tal-Furjana hux qed jiffunzjona u dan peress li f'risposta li kien ta fil-11 ta' Jannar 2016 għall-mistoqsija parlamentari 21755 kien qal li qed isiru x-xogħlijiet biex dan jitħaddem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li x-xogħlijiet fuq il-lift qegħdin jitkomplew peress li xi parts speċifiċi kellhom jistennewhom minn barra. Infurmat li dan għandu jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx inizjattivi min-naħa tal-Gvern li qed isiru jew se jsiru fl-iskejjel, marbuta mal-Presidenza u jekk iva jgħid x’inhuma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx jew hux se jkun hemm involviment tas-settur privat f’dawn l-inizjattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, qed iħejju pjan ħolistiku ta’ inizjattivi marbuta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-pjan finali f’dan ir-rigward, se jkun qiegħed jiġi konkluż u jibda jiġi attwat fil-ġranet li ġejjin b’ċerti inizjattivi jinvolvu lis-settur privat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' studenti li ntalbu rimborż ta' parti mill-maintenance grant jew stipendji għall-kors fl-MCAST u l-Università matul is-sena akkademika li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta ' Ewro effettivament mitluba għal kull entità u kemm inġabru? X'kien l-akbar ammont mitlub mingħand kull student individwali miż-żewġ entitajiet u x'kienu l-aktar raġunijiet li waslu għal dawn it-talbiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti li ntalbu rimborż ta' parti mill-grant jew ħlas żejjed fuq stipendji għall-kors fl-Università matul is-sena akkademika 2015/16 kien ta’ 371 filwaqt li mill-MCAST in-numru huwa ta’ 458.
L-ammont ta’ flus totali mitlub mill-Università kien ta’ €176,857.08 u mill-MCAST €136,082.36.
Mill-ammont totali mitlub, mill-Università nġabru €142,211.17 filwaqt li €64,615.08 inġabru mill-MCAST.
L-ikbar ammont individwali mitlub mill-Università fis-sena akkademika li għaddiet kien jammonta għal €1,762.74 u €1,694.80 mill-MCAST.
L-aktar raġunijiet li wasslu għal dawn it-talbiet kienu riżenji bikrija mill-kors ta’ studju fl-istituzzjoni rispettiva wara li jkunu ġew kreditati l-għotjiet inizjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-estensjoni tas-Sixth Form f'Għawdex bdiet tintuża, meta fil-Qorti ntqal li l-kuntrattur għamel xogħol ħażin fl-istruttura ta' din il-binja? Min iċċertifika x-xogħol u li din l-iskola tista' tintuża mill-istudenti, ladarba l-kuntrattur ma ġiex mħallas tax-xogħol tiegħu minħabba xogħol ħażin fil-konkos u bini?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq inkarigu tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, perit iċċertifika li "the property is structurally safe for its users according to the present intended use."
Għalkemm il-kawża li qiegħed isemmi l-Onor. Interpellant għadha sub judice, infurmat ukoll li bejn l-FTS u l-kuntrattur hemm claims u counter claims dwar ix-xogħol li sar fl-estensjoni tas-Sixth Form f’Għawdex.
Master in Teaching & Learning – applikazzjonijiet ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti applikaw għall-kors tal-Master in Teaching & Learning (MTL) ġewwa l-Università għal din is-sena akkademika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm 111-il applikazzjoni għall-kors il-ġdid li jwassal għall-Master in Teaching and Learning (MTL) li 71 applikant għażlu bħala jew l-ewwel jew it-tieni preferenza. Minnhom 49 ġew aċċettati għaliex issodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul kollha.
Fis-7 ta’ Ottubru 2016 L-Universita’ reġgħet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal persuni li għandhom il-kwalifiki akkademiċi kollha iżda ma jkunux għaddew mit-testijiet ta’ profiċjenza tal-Malti u l-Ingliż biex jimtlew il-postijiet vakanti li baqa’. Dawk l-applikanti li jintgħażlu jkunu jridu jgħaddu minn dawn it-testijiet matul il-kors tal-MTL kif ukoll jagħmlu xi riflessjonijiet dwar esperjenza edukattiva, hekk kif speċifikat fl-Educational Encounters.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Learning Support Assistant li kellu każ ta' drogi u li kien instab ħati, baqax jaħdem fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, anzi tpoġġa fuq Scale 16 u ntbagħat ukoll jagħmel kors barra fuq diversity? Min ħa dawn id-deċiżjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-każ ta' dan il-Learning Support Assistant beda fl-10 ta’ Marzu 2014 u ntemm fis-27 ta’ April 2015, fejn instab ħati.
Matul iż-żmien tal-kawża, l-impjegat kien sospiż fuq nofs paga (skont regolament 16(1) tal-PSC, Proċedura ta’ Dixxiplina), u wara li ħarġet is-sentenza tal-Qorti, l-OPM, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-PSC, ordnat illi l-impjegat jerġa' jidħol lura għax-xogħol, u jingħata l-penali li kien jinkludi:-
· twissija ta’ tkeċċija valida għal sena (7/10/2015 – 7/10/2016);
· jitlef is-salarju li nżamm matul il-perjodu ta’ sospensjoni tiegħu;
· isir Rapport (kull sitt xhur) mis-Superjur tiegħu (matul is-sena tat-twissija ta’ tkeċċija), dwar il-progress fuq ix-xogħol. Ir-rapporti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni.
Din il-persuna ma tħallietx taħdem iżjed ġo skola, sabiex ma jkunx espost ma’ tfal, u għalhekk intbagħat jaħdem fuq xogħol klerikali fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ.
Infurmat li mid-9 ta’ Jannar 2010 dan l-impjegat kien ħa l-indefinite status meta ġie appuntat Uffiċjal fuq Skala 15 u meta daħal lura għax-xogħol fil-15 ta’ Lulju 2015, huwa żamm l-istess skala.
Infurmat ukoll li ma ntbagħatx barra għall-kors fuq 'Diversity' iżda ntbagħat għal jumejn il-Ġermanja bħala parti mid-delegazzjoni tal-Kulleġġ sabiex jieħu sehem fit-'Transnational meeting'. Kienet fuq id-direttiva tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li din il-persuna attendiet għal din il-laqgħa.
Skola Primajra tal-Vajringa, Arkivji ta’ Għawdex u Librerija Publika — watchman
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kumpless fejn hemm l-Iskola Primarja tal-Vajringa, l-Arkivji ta' Għawdex u l-Librerija Pubblika m’hemmx watchman? Jista’ jikkonferma li sa ftit ilu dan il-kumpless kellu watchman iżda issa tneħħa? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu seħħet serqa ta' eluf ta' euro f'għodda minn dan il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21761.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li ma seħħet ebda serqa għax irriżulta li l-affarijiet li ġew irrapportati misruqa fil-fatt instabu fil-post stess.
MEPA u Awtorità tal-Ippjanar – Urban Improvement Funds
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru Urban Improvement Funds (UIF) matul l-aħħar sitt snin, mis-sena 2010 sal-lum, mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ippjanar minn kull lokalità u kemm ġew allokati lil kull lokalità, meta ġew allokati u għal liema inizjattivi ġew allokati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li, l-ammont ta’ Urban Improvement Funds (UIF) miġbura minn kull lokalità mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ippjanar matul l-aħħar sitt snin, mis-sena 2010 sal-lum, huwa ta’ €8,630,375. L-analiżi ta’ dan l-ammont, maqsum sena b’sena u lokalità b’lokalità jidher f’tabella immarkata bl-ittra ‘A’.
L-ammont allokat lill-lokalitajiet huwa ta’ €7,977,892. L-analiżi ta’ dan l-ammont, maqsum sena b’sena u lokalità b’lokalità jidher f’tabella immarkata bl-ittra ‘B’. Tabella C tagħti dettalji ta’ meta saru dawn l-allokazzjonijiet lill-lokalitajiet rispettivi u għal liema inizjattivi ġew allokati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ impjieg għandha mal-Gvern il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mir-rekords tal-MEDE kif ukoll tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, ma jirriżultax li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant taħdem fid-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew impjegati mal-Institute of Education mill-jum it-twaqqif tiegħu sal-aħħar ta' Settembru 2016? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-impjegati, ir-rwol tagħhom fi ħdan l-Istitut u kopja tal-avviż pubbliku tas-sejħa għall-impjieg ta’ dawn l-impjegati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li hemm impjegati mal-Institute of Education huwa ta’ għaxra. Ma nħarġux sejħiet għall-impjieg ta’ dawn il-persuni. Ir-rwol tagħhom u kif huma impjegati mal-Istitut huwa:
CEO - persuna ta’ fiduċja
Uffiċjal Edukattiv - detailed
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed
Assistant Principal - detailed
Segretarja - direct appointment b’kuntratt ta’ servizz
Uffiċjal Żvilupp, Implimentazzjoni u Riċerka ta’ Programmi - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz
Uffiċjal Amministrattiv u Finanzjarju - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz
Espert fl-IT - kuntratt għal servizz
Sadanittant, żewġ sejħiet, waħda għal Manager Programme Development Coordination and Implementation u oħra għal Senior Manager Quality Assurance, għalqu fis-7 ta’ Ottubru 2016.
Inħarġu wkoll tliet sejħiet għal espressjoni ta’ interess fuq bażi ta’ kuntratt għal servizz għal-Learning Programme Development Experts biex jinkitbu l-korsijiet, jgħallmu lill-parteċipanti u jassessjawhom. Intagħżlu erba’ (4) esperti għall-Introductory Course, 15 għall-Adaptation Course u 11 għall-Modules qosra biex jiġu offruti bħala Continuing Professional Development.
Kopja ta’ dawn il-ħames sejħiet qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 27504 - VACANT POSITION JOBSPLUS 474 Senior Manager.docPQ 27504 - VACANT POSITION JOBSPLUS 475 Manager.docEoI for LPDE to develop Introductory Course.pdfExpression of interest for Learning Programmes Development Experts to Develop Modules for the Adaptation course for the Institute for Education.pdfEXPRESSION OF INTEREST FOR LEARNING PROGRAMME DEVELOPMENT EXPERTS.pdf
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat tat-tender għax-xiri ta' tablets bħala parti mill-proġett one tablet per child?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender ġie maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti u ġie evalwat minn Bord maħtur apposta. Kopja tar-riżultat uffiċjali kif jidher għand id-Dipartiment tal-Kuntratti qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
PSC — Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – investigazzjoni fuq promozzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm investigazzjonijiet fuq promozzjonijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) li jirrigwardaw il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bħalissa? Jista’ jelenka lista tagħhom bi skadenzi, suġġetti, ammont ta’ nies konċernati, rakkomandazzjonijiet, referenzi mill-Ombudsman u liema minnhom jikkonċernaw xi intervent mill-Grievancies Unit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Operat li m'hemmx investigazzjonijiet fuq promozzjonijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC).
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lanes madwar Malta u Għawdex li huma kklassifikati bħala priority lanes (jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala bus lanes) minn Transport Malta u kif jista’ ċittadin jivverifika liema minn dawn il-lanes huma attivi u liema huma sospiżi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-priority lanes eżistenti huma kif indikati hawn taħt. Tul dawn il-priority lanes ikun hemm installati tabelli li jindikaw jekk dawn il-lanes humiex attivi jew sospiżi.
Bus / Priority Lanes
Aldo Moro (Northbound)
Aldo Moro (Southbound)
Msida Bus Lane
Pieta' Bus Lane
Triq Nazzjonali & Triq Sarria Floriana
Gzira Bus Lane
Sliema Ferries Bus Lane
Blata l-Bajda – Triq Nazzjonali - Bus Lane
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se tibda tintuża l-wing il-ġdida tas-sixth form f'Għawdex u dan peress li din il-parti kellha tibda tintuża xhur ilu iżda sal-lum jidher li għadha ma bdietx tintuża? Jista' jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol kollu fuq din il-wing il-ġdida u liema kuntratturi għamlu dan ix-xogħol u kemm tħallas kull kuntrattur?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-wing il-ġdida tas-Sixth Form f'Għawdex tlestiet u diġà qed tintuża. Infurmat li x-xogħol li ġie ċċertifikat s'issa jammonta għal €1,959,520.69. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi kif ukoll kemm tħallas kull kuntrattur li għamel xogħol fl-imsemmija skola.
Attachments:PQ 26697 - Ghawdex - Sixth Form - lista tal-kuntratturi u kemm thallas kull kuntrattur.pdf