Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST – Air Conditioners li ma jaħdmux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm Air Conditioners li ma jiffunzjonawx fil-binjiet tal-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-preżent fi ħdan l-MCAST hemm 690 unitajiet ta’ arja kkundizzjonata. Dsatax (19) minnhom bħalissa huma rappurtati li ma jaħdmux sew minħabba raġunijiet tekniċi. Minn dawn id-dsatax uħud minnhom qed jissewwew f’dawn il-ġranet, għal oħrajn saret ordni ta’ spare parts biex il-ħsara teknika tiġi rettifikata, waqt li oħrajn ser jinbidlu wara li għadu kemm ġie aġġudikat tender wara proċess ta’ sejħa pubblika.

Skola Ġuże Ellul Mercer — eżamijiet tas-SEC

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28170, jista’ l-Ministru jgħid kemm u x’kienu l-marki li ġabu dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalma ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28170, kien hemm sittin (60) student li resqu għas-sessjoni ta’ Mejju u tlieta u għoxrin (23) għal dik f’Settembru. Infurmat li r-riżultati li nkisbu huma kif ġej: Malti – resqu 48 student, 33 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 15 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 10 grad 5, 7 grad 6, 5 grad 7 u 25 assenti jew grad U. F’Settembru kien hemm 11-il student li resqu għar- resit u ġabu dawn il-marki; 1 grad 4, 3 grad 5, 2 grad 6, 1 grad 7 u 4 assenti. Marki Mejju Settembru Malti 4 1 1 5 10 3 6 7 2 7 5 1 A 7 4 U 18 0 Total 48 11 Ingliż – resqu 45 student, 24 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 21 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 5 grad 5, 10 grad 6, 10 grad 7 u 19 li jew kienu assenti jew ġabu grad U. F’Settembru kien hemm 16-il student li resqu għar- resit u ġabu dawn il-marki; 0 grad 4, 4 grad 5, 8 grad 6, 2 grad 7 u 2 assenti. Marki Mejju Settembru Ingliż 4 1 0 5 5 4 6 10 8 7 10 2 A 5 2 U 14 0 Total 45 16 Matematika - resqu 48 student, 32 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 16 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 9 grad 5, 11 grad 6, 5 grad 7 u 22 li jew kienu assenti jew ġabu grad U. F’Settembru kien hemm 13- il student li resqu għar-resit u ġabu dawn il-marki; 0 grad 4, 6 grad 5, 1 grad 6, 2 grad 7 u 3 assenti. Marki Mejju Settembru Maths 4 1 0 5 9 6 6 11 1 7 5 2 A 10 3 U 12 1 Total 48 13 Fiżika - resqu 28 student, 17 għall-ewwel darba f’Mejju 2016 u 11 li kienu qed jirrepetuh. Bħala marki kien hemm; 1 grad 4, 6 grad 5, 8 grad 6, 1 grad 7 u 12 assenti jew grad U. F’Settembru kien hemm 5 studenti li resqu għar- resit u ġabu dawn il-marki; 0 grad 4, 1 grad 5, 2 grad 6, 0 grad 7 u 2 assenti jew U. Marki Mejju Settembru Fiżika 4 1 0 5 6 1 6 8 2 7 1 0 A 1 0 U 11 2 Total 28 5
Leg 12 PQ #28684 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – ITS – bini ġdid — ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinfetaħ il-bini l-ġdid tal-Istitut għal Studji Turistiċi (ITS) fi Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett tal-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turisti, 1i ser jinkludi wkoll lukanda, huwa ppjanat illi jkun kompletament funzjonali fl-2019.
Leg 12 PQ #28685 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swimming Pools

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn swimming pools reġistrati f’pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma li n-numru ta’ swimming pools reġistrati bħalissa f’pajjiżna huwa ta’ 3880.
Leg 12 PQ #28687 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — Azzjonijiet ta’ infurzar dirett

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-azzjonijiet ta’ infurzar dirett (twaqqigħ jew tneħħija ta’ materjal) li għamlet il-MEPA, illum l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar erba’ snin, kemm fadlilha tiġbor din l-Awtorità għall-ispejjeż li għamlet hi mingħand dawk li kontrihom saret l-azzjoni ta’ nfurzar dirett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjannar li mill-azzjonijiet ta’ infurzar dirett (twaqqigħ jew tneħħija ta’ materjal) li għamlet il-MEPA, illum l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar erba’ snin, l-Awtorità fadlilha tiġbor €158,827 għall-ispejjeż li għamlet hi, mingħand dawk li kontrihom saret l-azzjoni ta’ nfurzar dirett.

Deputat Librar Bibljoteka Nazzjonali u Deputat Librar Libreriji Pubbliċi — riżultati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ħarġux ir-riżultati għal Deputat Librar Bibljoteka Nazzjonali u Deputat Librar Libreriji Pubbliċi? Jekk iva, meta ħarġu r-riżultati u fejn ġew ippublikati ? L-appointments ingħataw lill-persuni magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-riżultati tal-pożizzjonijiet għal Deputat Librar fil-Bibljoteka Nazzjonali u fil-Libreriji Pubbliċi ħarġu fl-4 ta’ Novembru 2016 u ntbagħtu lill-kandidati kollha li ġew għall-intervista. Infurmat ukoll li l-appointment letters ser jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin skont ir-riżultat ippubblikat.

MCAST — Ġlieda - passi

Question

B’referenza għall-evidenza li ħarġet f’dan il-filmat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-MCAST sabiex jistabilixxi dak li wassal għal dan l-aġir inaċċettabbli f’istituzzjoni edukattiva ewlenija f’pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-awtoritajiet tal-MCAST ħadu azzjoni mill-ewwel sabiex jidentifikaw l-istudenti u jittieħdu passi dixxiplinarji mill-ewwel. L-istudenti ġew sospiżi immedjatament mill-MCAST sakemm jitilgħu quddiem Bord tad-Dixxiplina li għandu jsir fil-ġranet li ġejjin biex jistabbilixxi dak li wassal għal dan l-aġir inaċċettabli. Huwa ta’ dispjaċir kbir għall-MCAST li aġir bħal dan jista' jtappan l-isem tal-eluf ta’ studenti tal-MCAST li jistudjaw b’mod responsabbli u rispettuż. L-MCAST hija kommessa li l-istudenti kollha tal-MCAST jistudjaw f’ambjent sikur u ta’ rispett reċiproku.

NCFHE — Spejjeż biex korsijiet approvati jiġu audited

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raguni li l-ispejjeż biex korsijiet approvati jiġu audited min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) għolew b’mod eżorbitanti? Minħabba l-fatt li dawn l-ispejjeż għolew b’rata konsiderevoli, flimkien ma’ spejjeż oħrajn li daħlu f’dawn l-aħħar xhur, li mhumiex sostenibbli għal ħafna NGOs u intrapriżi żgħar li kienu qegħdin iwettqu korsijiet speċifiċi b’ammont limitat ta’ studenti, jista’ l-Ministru jispeċifika wkoll jekk saritx xi konsultazzjoni f’dan ir-rigward u jekk iva ma’ min? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk sarx eżerċizzju ta’ kemm dawn il-miżati se jimpattaw fuq studenti preżenti u oħrajn li jistgħu jkunu mħajra fil-futur u għaliex korsijiet li kienu ilhom akkreditati ġew mgħobbija bi spejjeż li mhumiex sostenibbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-NCFHE bħalissa mhux tagħmel audits ta’ korsijiet individwali li huma approvati u akkreditati minnha u għaldaqstant m’hemmx ħlasijiet relatati ma’ audits ta’ korsijiet waħedhom. L-NCFHE tagħmel Provider External Quality Assurance (EQA) audits u għal dawn hemm struttura ta’ ħlas li kienet prevista f’artiklu 34(2)(h) ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 327.433.

Direttorati tal-Edukazzjoni — ammont dovut lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont dovut sal-aħħar ta' Ottubru 2016 min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji għal xogħol li wettqu fl-2014, 2015 u l-2016? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-persuni, entitajiet u kumpaniji u l-ammont dovut lilhom individwalment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ammont dovut sal-aħħar ta' Ottubru 2016 min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni lill-persuni, entitajiet jew kumpaniji għal xogħol li wettqu fl-2014, 2015 u l-2016 huwa ta’ €70,091.15. Dan l-ammont dovut fil-fatt jikkonċerna invoices għal xogħol/servizzi li ngħataw matul din is-sena. Dispost li ngħaddi l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija lill-Onor. Interpellant privatament.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati b’contract for service

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27999, peress li l-Ministru naqas li jagħti l-informazzjoni mitluba dwar impjegati b’contract for service fil-pre¿ent mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inklu¿ fis-segretarjati privati tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari, kif ukoll mad-Direttorati tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min huma, kemm hi r-rata li qed jitħallsu biha u kemm kienet in-nefqa s'issa għal din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-nefqa s'issa fuq contracts for service għal din is-sena hi ta' €768,458.57. Dispost li nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba privatament u b'mod kunfidenzjali.

Alternative Learning Programme – tfal li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal li attendew l-Alternative Learning Programme u li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC din is-sena? Jekk iva, kemm kien hemm? Għal liema eżamijiet qagħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm tmint (8) itfal li qagħdu għall-eżami tal-Matsec fl-Arti.

Alternative Learning Programme – studenti li temmew l-ewwel sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti li attendew l-Alternative Learning Programme temmew l-ewwel sena fis-sena skolastika 2015-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ studenti li temmew is-sena skolastika 2015-2016 kien ta’ 255.
Leg 12 PQ #28164 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Smart City

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinfetaħ il-bini l-ġdid tal-ITS fi Smart City? Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jew il-Ministeru għat-Turiżmu qed jikkonsidra li jkollu xi post ieħor temporarju bħala ITS kemm-il darba l-bini preżenti jitbattal u dak fi Smart City ma jkunx għadu lest?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xoghol fuq il-campus il-ġdid ġewwa Smart City huwa mistenni illi jibda minnufih hekk kif jinħargu l-permessi mill-awtoritajiet kompetenti. Sa meta jitlesta l- campus il-ġdid, l-ITS se tibqa topera minn ġewwa l- campus eżistenti. Għaldaqstant, m’hemmx ħtieġa illi jiġu kkunsidrati postijiet oħra temporanji.

Skola Ġuże Ellul Mercer — eżamijiet tas-SEC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal li attendew mill-ftuħ tal-Iskola Ġużè Ellul Mercer u qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC? Jekk iva, kemm kien hemm? Għal liema eżamijiet qagħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li studenti fil-programm edukattiv GEM 16+ resqu għall-eżamijiet tas-SEC kemm f’Mejju 2016 kif ukoll f’Settembru 2016. B’kollox kien hemm sittin (60) li qagħdu għas-sessjoni ta’ Mejju u tlieta u għoxrin (23) għal dik ta’ Settembru. L-istudenti resqu għall-eżamijiet fis-suġġetti mgħallma fil-programm edukattiv li huma: il-Malti, l-Ingli, il-Matematika u l-Fiżika. Kien hemm ukoll xi studenti li għamlu eżamijiet f’suġġetti oħra b’mod privat.

Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ? Jista’ jgħid ukoll x'kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati, kif ġew magħżula u fejn kienu jaħdmu qabel ma ngħaqdu ma' din l-aġenzija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jaħdmu 84 persuna. Minnhom 44 huma tutors impjegati wara sejħa pubblika. Erbatax (14) oħra huma Nwar Centre Administrator impjegati wara sejħa interna. Żewġ persuni oħra jagħtu servizz permezz ta' contract for service, wieħed bħala Executive Secretary u l-persuna l-oħra bħala Clerical Officer - Customer Care. L-informazzjoni dwar l-24 impjegat ieħor hija kif se nsemmi: Impjieg Għażla Chief Executive Officer Contract/Detailed - DQSE Deputy Chief Executive Officer Ex FES Senior Manager - AKT Public Call Senior Manager - Nwar Public Call Principal Detailed - SLS Clerical Officer - Customer Care Public Call Executive Secretary Ex FES Clerk P/T Detailed -DES Senior Clerk Detailed -DES Programme Coordinator Public Call Literacy Support Teacher Detailed - DQSE Teacher Detailed - DQSE Bilingual Rescource Teacher Detailed - DQSE Teacher-Librarian Detailed - DQSE Teacher Detailed - DQSE Learning Support Assistant II Detailed - DES Teacher-Librarian Detailed - SLS Teacher-Librarian Detailed - SLS Teacher-Librarian Detailed - DQSE Library Officer Detailed - SLS Senior Assistant Librarian Detailed- SLS Library Assistant Detailed- SLS Library Assistant Detailed- SLS General Hand Detailed- SLS

Statementing Board – tfal li qed jistennew Learning Support Assistant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma t-tfal li qed jistennew biex jersqu quddiem l-Istatementing Board biex jingħataw Learning Support Assistant? Jista’ jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm minnhom huma b’diżabilità fiżika, minn liema skejjel ġew mitluba u kemm ilhom jistennew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda tifel jew tifla b’diżabbiltà fiżika jew kundizzjoni severa li qed jistennew biex jidhru quddiem l-Istatementing Moderating Panel għaliex dawn il-każijiet jingħataw prijorità. Il-każijiet pendenti huma kif se nsemmi: Sena Tal-Istat Tal-Knisja Indipendenti Għawdex Total 2015 150 94 24 5 273 2016 268 108 28 17 421 418 202 52 22 694 Infurmat li ħafna minn dawk li hemm pendenti huma każijiet li mhux suppost jersqu quddiem l-iStatementing Board imma suppost jingħataw l-għajnuna mir-riżorsi li diġà hemm fl-iskejjel.

Skejjel – Tfal b’awtiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal b’awtiżmu fl-iskejjel skont l-età u l-livell ta’ awtiżmu? Jista’ jgħid x’forom ta’ għajnuna jingħataw lil dawn it-tfal fl-istudji tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li għandhom il-kundizzjoni tal-Awtiżmu jiġu referuti għal diversi servizzi ta’ għajnuna. Dawn jinkludu s-Servizz tal-Autism Spectrum Support Team (ASST), is-servizz tal-Early Intervention f’każ ta’ studenti li għandhom sa ħames snin, kif ukoll is-servizzi tal-Access and Communication Technology Unit, li lkoll jinsabu fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent. Barra minn hekk il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtri s-servizzi ta’ NGOs li joffru sostenn speċjalizzat lil dawn l-istudenti kemm fl-iskejjel u anke f’ċentri oħra barra l-iskejjel. Infurmat li l-għadd ta' tfal b'awtiżmu fl-2015 kien kif se nsemmi: 2015 Autism 126 Asperger 5 Communication difficulties 94 Pervasive Developmental Disorder (PDD) 1

Alternative Learning Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm studenti jattendu l-Alternative Learning Programme?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li preżentement fl-Alternative Learning Programme qegħdin jattendu 155 student/a fl-ewwel sena u 24 student/a tat-tieni sena. B'kollox hemm 179 student/a.

Skola Mariam AlBatool – għajnuniet finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet għajnuna finanzjarja l-Iskola Mariam AlBatool mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum? Taħt liema forma ngħatat din l-għajnuna u jagħti d-data ta’ meta għaddiet kull għajnuna finanzjarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum l-iskola Mariam Albatool irċeviet is-somma totali ta’ €805,448.01 bħala għajnuna finanzjarja. Fl-2015 is-somma ta’ €18,012.24 kienet tappartjeni għall-perjodu Ottubru–Diċembru 2014. Ir-rimbors għas-salarji tal-Learning Support Assistants ngħataw fi Frar, Ottubru u Diċembru 2015, u fi Frar u Ġunju 2016. Ir-rimbors għall-proġetti kapitali ngħata f’Lulju 2015. Fl-2016 ma saretx claim. L-għajnuna finanzjarja skont kuntratt li kien iffirmat bejn il-Gvern u l-iskola ngħatat f’Marzu, Awwissu u Novembru 2015 u fi Frar, Marzu u Mejju 2016.