Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #570 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tnaqqis fil-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-każijiet li se jieħdu bejn €1,000 u €2,000 bħala tnaqqis fil-ħlasijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala riżultat tal-inizjattiva mħabbra mill-Gvern għall-applikazzjonijiet li ddahlu għand l-Awtorità minn Jannar 2010? Jista' jgħid in-numru tal-applikazzjoni, it-titlu tal-applikazzjoni u l-ammont li se jieħdu bħala rifuzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 455.
Leg 12 PQ #571 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tnaqqis fil-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-każijiet li se jieħdu bejn €100 u €1,000 bħala tnaqqis fil-ħlasijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala riżultat tal-inizjattiva mħabbra mill-Gvern għall-applikazzjonijiet li ddaħlu għand l-Awtorità minn Jannar 2010? Jista' jagħti n-numru tal-applikazzjoni, it-titlu tal-applikazzjoni u l-ammont li se jieħdu bħala rifuzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 455.

MRA — membri tal-bord

Question

B’referenza għall-istqarrija tal-Gvern fejn ħabbar il-membri l-ġodda tal-bord tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA), jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV ta’ kull persuna magħżula bħala membru fil-bord?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-bord huma dawn: Is-Sur Francis Cassar, Chariman L-Inginier Marjohn Abela, Deputat Chariman Profs. Manfred Weissenbacher, Membru Dr Katrina Borg Cardona, Membru Dr Simon Schembri, Membru Is-Sur Christopher Buttigieg, Membru Is-Sur Mario Azzopardi, Membru
Leg 12 PQ #609 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — transfers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il transfer ingħata sal-lum fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mill-elezzjoni ‘l hawn? Min ta l-ordni għal dawn it-transfers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-elezzjoni sal-25 ta' April, fl-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sar biss ċaqliq intern skont l-esiġenza tas-servizz.
Leg 12 PQ #610 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — preżentazzjoni dwar tnaqqis fil-ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min għamel il-preżentazzjoni lill-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rigward it-tnaqqis fil-ħlasijiet ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-preżentazzjoni rigward it-tnaqqis fil-ħlasijiet ingħatat lill-bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mill-working group inkarigat.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Remunerazzjoni ta' konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex konsulent tiegħu dwar t-tibdil fil-klima bħala full-timer jew part-timer? X’inhi r-remunerazzjoni lilu (inkluż allowances u perks)?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija hi konsulent personali part-time tal -Ministru fuq tibdil tal-klima. Ta' dan se jitħallas is-somma ta' €6800 fis-sena, mħallsa b’rati mensili. L-unika allowance li għandu hi dik ta’ servizz tal-internet b`xejn.

San Ġwann — proġett ta' Ċentru Ċiviku u Ġnien Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibqa' kommess bħall-gvern preċedenti li jwettaq il-proġett ta' ċentru ċiviku u ġnien pubbliku akbar ġewwa San Ġwann, liema proġett kien approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar permezz tal-permess PA01120/12 ?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li għadhom qegħdin isiru l-verifiki meħtieġa mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fir-rigward tat-titlu tal-art fejn jinsab preżentament il-Klabb tal-Bocci ta' San Ġwann, u li jokkupa parti sostanzjali mill-art fejn qed jiġi propost il-proġett ġdid imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant.

Tas-Sliema — proġett ta' underground car park u ġnien pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 88 fejn intqal li “l-aħħar stima tal-proġett hekk kif kien ippjanat qabżet l-istima originali b’aktar minn 60%”, jista' l-Ministru jispjega kif wasal għal din il-konklużjoni billi jindika ċ-ċifri tal-istima oriġinali u dik li qed jalludi għaliha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li t-tweġiba preċedenti tieghi kienet ibbażata fuq sqarrija maħruġa mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali datata 12 ta’ Diċembru 2012 ( PR2735) fejn intqal li dan il-proġett se jiswa €7 Miljuni. Fl-istima riveduta totali inkluż il-VAT huwa ta' €11,260,000.

Pannelli fotovoltajċi — sussidju

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 86, jista' l-Ministru jgħid kemm fondi se jkunu ddedikati għal din l-iskema? Il-feed in tariff se jibqa' kif imħabbar mill-gvern preċedenti ? Kemm se tkun ir-rata tal-għajnuna finanzjarja biex jinxtraw il-pannelli fotovoltajċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni se tinghata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 12 PQ #180 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ta' Xbiex — applikazzjonijiet għal change of use

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm għal Change of Use minn residenzi għall-uffiċini jew użu kummerċjali ieħor fir-residential priority area ta’ Ta’ Xbiex matul l-aħħar 10 snin? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew minn proċess tal-żppell? Jista' jelenka dawk li ġew approvati bin-numru tal-applikazzjoni u d-dettall tal-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kien hemm tlettax (13) -il applikazzjoni validati mill-01/01/2002 sat-12/04/2013 għall-bdil ta’ użu minn residenzi għall-uffiċini jew użu kummerċjali ieħor fir-Residential Priority Area ta’ Ta’ Xbiex. Minnhom, hemm sitta (6) li ġew approvati mill-istess Awtorità jew mill-Bord tal-Appelli. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk li ġew approvati bl-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informazzjoni ġeografika tal-awtorità u l-proposti ġew analizzati biex wieħed jara jekk hemmx bdil ta’ użu minn residenzi għal użu kummerċjali evidenti fl-istess proposta.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Ikkummissjonar ta' nies tekniċi

Question

Peress li l-Ministru f’artiklu f’The Times of Malta datat 11 ta' April 2013 f’paġna 8 ġie kkwotat li qal “he had now commissioned a team of independent technical people to identify all shortcomings”, jista' jgħid min huma dawn in-nies tekniċi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fi stadju ulterjuri se jingħata t-tagħrif neċessarju kif ukoll ir-riżultati li joħorġu ladarba jiġu konklużi dawn l-istudji.