Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — periti u inġiniera - xogħol privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema periti u inġiniera fi ħdan il-Ministeru għamlu talba biex jagħmlu xogħol privat fl-2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li , fi ħdan dan il-Ministeru, matul din is-sena ma saret l-ebda talba minn periti jew enġiniera biex jagħmlu xogħol privat fit-2013.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 609 u 876, jista’ l-Prim Ministru jgħid min iddeċieda liema ħaddiema jkunu trasferiti u fejn ikunu trasferiti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sarux trasferimenti; kulma sar kien ċaqliq ta’ persuni skont l-esiġenza tas-servizz u li ġew diskussi maċ-Chairman.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tidħol fis-seħħ l-iskema tal-insurance għas-sajjieda Maltin u Għawdxin, liema skema kien diġà sar ħafna xogħol fuqha taħt il-Gvern preċedenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Bord għall-Monitoraġġ dwar Għajnuna mill-iStat (State Aid Monitoring Board) għad irid japprova l-ftehim iffirmat mal-Ko-operattivi.
Bdiewa – programm ta’ informazzjoni dwar in-nitrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru żjarat għand il-bdiewa minn Jannar 2013 sal-aħħar ta’ April bħala parti mill-programm ta’ informazzjoni lill-bdiewa fuq it-tnaqqis ta’ nitrati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ żjarat bħala parti mill-programm ta’ informazzjoni lill-bdiewa fuq it-tnaqqis ta’ nitrati bejn Jannar u April 2013 kien dak ta’ 327.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux audits fuq l-infiq tal-local action groups minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-infiq tal- local action groups għal perjodu msemmi jsir meta dan jaqa’ fis-sena finanzjarja li tkun taħt skrutinju mill-Awtorità tal-Verifika. Ninsab infurmat li din is-sena tibda fis-16 ta’ Ottubru u tintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa mill-kariga ta’ DG Fisheries?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-individwu, li d-dettalji dwaru intbagħtu separatament, għandu kariga mal-Gvern u kien qiegħed jokkupa, temporanjament, kariga oħra sakemm din tiġi mimlija. Issa din il-kariga temporanja qiegħda tiġi okkupata minn persuna oħra, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda tneħħija mill-kariga f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni ħalli ssir pedestrian crossing fil-bypass tal-Imrieħel? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq din il-crossing ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-gvern preżenti, bil-kontra tal-gvern preċedent, se jagħti priorita assoluta lis-sigurta’ tar-residenti li jgħixu fiż-żona in kwistjoni u għalhekk se jżomm mal-impenn tiegħu li joffri soluzzjoni għall-problema li sfortunatamet kienet injorata għal snin sħaħ, minkejja li saħansitra kien hemm inċidenti fatali.
F’dan il-kuntest bħalissa qed jiġu evalwati l-pjanijiet eżistenti għal pedestrian footbridge hekk kif maħsub fil-permess tal-ippjanar PA 5852/06.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġa’ jiftaħ il-waterpark ta’ Buġibba għall-pubbliku u x’se jkunu l-ġranet u l-ħinijiet li fihom tinfetaħ din il-faċilità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 612, jista' l-Prim Ministru jagħti lista kompluta tal-azzjonijiet li ttieħdu fuq il-billboards kollha li mhux koperti bil-permess jew bl-eżenzjonijiet legali, bil-lista tindika f’liema post kienet kull billboard u min kien oriġinarjament poġġiha f’dak is-sit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn wara l-Elezzjoni Ġeneral s'issa (9 ta' Marzu 2013), l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet 17-il Enforcement Noticekontra billboards bla permess. Il-proċess għadu għaddej. Minn dawn is-sbatax-il billboard , s'issa, tnejn (2) minnhom tneħħew minn sidhom stess.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji ta' kull billboard koperta
b' Enforcement Notice
, is-sid, l-okkupant (cioe` l-
advertiser
), u sid l-art, hekk kif imħarrkin f'kull
Enforcement Notice
, kif ukoll il-lokalita` ta' kull billboard. Il-każijiet il-magħluqa fejn il-billboards diġa` tneħħew, huma ECF 72/13 u ECF 77/13.
Ġaladarba l-proġett ta’ power station ġdida li bilfors trid tinbena biex jista' jsir Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement, imkien ma jissemma fil-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proċess biex dan il-pjan jiġi rivedut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni preċedenti damet żmien twil biex toħroġ bi pjan. Fil-fatt ħarġitu biss qabel l-elezzjoni. Il-Gvern huwa kommess li jkompli bil-pjanijiet tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 754, jista' l-Ministru jispjega għaliex hemm ħtieġa li titfassal national water policy biex sempliċiment jitqassmu dawn il-water saving kits?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li n-National Water Policy huwa pjan ħolistiku li jħares lejn l-elementi kollha dwar il-konservazzjoni tal-ilma.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 754, jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju li anqas minn sena ilu kienet diġà ġiet varata national water policy?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li kienet varata ma tindirizzax biżżejjed il-ħtiġijiet ta' pajjiżna f'dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li ta l-Partit Laburista fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-water policy li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi dwar il-Gvern.
Ġaladarba l-Gvern preżenti kkonferma l-iskema għal għotja fuq xiri ta’ sistemi fotovoltajċi għall-familji Maltin u Għawdxin u kkonferma wkoll li din l-iskema se tingħata feed in tariff ta’ 22ċ għal kull unit iġġenerat għall-ewwel sitt snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-feed in tariff tibqax l-istess u tibqax garantita għal sitt snin kemm-il darba l-Gvern preżenti jirnexxilu jwettaq il-wegħda tiegħu li jraħħas id-dawl bi 25%?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-feed in tariff se tibqa' l-istess għal sitt snin.
: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li għamlu l-preżentazzjoni lill-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid għaliex tali preżentazzjoni ma saritx miċ-chairman jew mis-CEO iżda minn dawn il-persuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 610 u 875, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-chairman u s-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kinux involuti fit-tfassil tal-proposti li fuqhom saret il-preżentazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.