Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Kuntratt tal-Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3382 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt tal-kap eżekuttiv il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju u t-termini tal-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, huwa fuq l-istess linji ma' dawk tal-Kap Eżekuttiv preċedenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3258 u jagħti l-average reading ta’ kull pollutant tal-emissjonijiet tal-Power Station tal-BWSC kif moqrija mill-measuring equipment li hemm kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum? Kif jikkumparaw dawn mal-Emission Limit Values kif speċifikati fl-IPPC Permit maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1768 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li l-Gvern kien irċieva mingħand l-entitajiet kollha fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-Politika Nazzjonali dwar l-Ilma li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħdha tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew in-negozjati mal-Gvern Ċiniż jew kumpaniji tiegħu biex jidħol sieħeb fil-Korporazzjoni Enemalta? Min kienu l-persuni min-naħa tal-Gvern Malti u l-Korporazzjoni Enemalta li kienu qed imexxu n-negozjati biex intlaħaq il-qbil fuq il-memorandum of understanding maċ-China Power Investment Corporation permezz tas-sussidjarja tagħha, Shanghai Power Electric ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-interess fuq din il-memorandum of understanding beda f'April ta' din is-sena. Id-diskussjonijiet s'issa involvew il-Ministeru kif ukoll l-Enemalta.
Peress li fl-istqarrija PR1409, maħruġa mid-DOI bit-titlu New Feed-In Tariffs for Industrial and Commercial Scale Installations jingħad hekk: “A number of feed in tariff schemes related mainly to industrial and commercial scale installations expired on the 30th June 2013. In its efforts to ensure continuity as well as support Malta’s efforts towards reaching its 2020 Renewable Energy targets, the Ministry of Energy and Conservation of Water has decided to launch a set of new feed-in tariffs applicable to such installations”, jista’ l-Ministru jgħid preċiż kemm se jkunu (f’Ewro) dawn il-feed-in tariffs ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-feed in tariffs se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Highly Polished Reclaimed Water Master Plan for the Maltese Islands
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma li jismu Highly Polished Reclaimed Water Master Plan for the Maltese Islands?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan id-dokument tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu, 2012 mill-Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien f'seduta 459.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Kuntratt tal-Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.
Kuntratt tal-Kap tal-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Kap tal-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ġiet infurmata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tal-Gvern preċedenti nhar l-4 ta’ Marzu, 2013 li kien ġie appuntat bħala Kap tal- Building Regulation Office liema ittra ġie ikkuppjat fiha l-istess Onor. Interpellant. Dan wara li kien hemm sejħa għall-applikazzjoni nhar l- 4 ta’ Mejju, 2012. L-individwu li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament aċċetta din il-kariga permezz ta’ ittra datata 6 ta’ Marzu, 2013. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Energy Performance of Buildings – kors għall-assessuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir kors ieħor għall-assessuri tal-Energy Performance of Buildings (dwellings) u kors ieħor għall-assessuri tal-Energy Performance of Buildings (commercial)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li toħroġ ċirkulari interna għall-impjegati fil-Ministeru Għat-Trasport u Infrastruttura sabiex ikun identifikat in-numru ta’ individwi interessati li jattendu dan il-kors (Assessuri tal-Energy Performance of Buildings - dwellings). Abbażi ta’ din l-informazzjoni jkun deċiz jekk issirx sejħa għall-offerti/tender biex ikun organizzat kors ieħor. La darba l-ewwel kors kif indikat hawn fuq iseħħ, wieħed jgħaddi għat-tieni fazi (il-kors għall-Assessuri tal-Energy Performance of Buildings - commercial).
Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta ssir il-manutenzjoni ta’ switchgear ta’ vultaġġ għoli speċjalment dawk ta’ ’l fuq minn 30 sena? Min u kif jiċċertifika li dawn huma mingħajr periklu għal min iħaddimhom jew jaħdem fuqhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-substations kollha fis-sistema tal-vultaġġ għoli u l-appartat tagħhom jiġi spezzjonat ta' lanqas darba fis-sena. Jekk jinstab li hemm bżonn ta' manutenzzjoni dan isir skont il-ħtieġa. Apparti din l-ispezzjoni anwali l-apparat issirlu wkoll manutenzjoni ġenerali tal-anqas darba kull sitt snin. Dan ix-xogħol isir kollu mill-ħaddiema tekniċi tal-Enenmalta. Ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq switchgear jinvolvi tindif, bdil taż-żejt u li s-switchgear jiġi operat biex jiġi kkonfermat li qed jaħdem sewwa. Din l-operazzjoni ssir skont il-manwal tal-manifattur u ma tbiddel xejn mid-disinn u l-konztruzzjoni tal-apparat u allura ma tirrikjedi ebda ċertifikazzjoni oħra fuq dak li diġà jkun ipprovda l-manifattur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-batteriji għall-hearing aid issa hux jitħallas VAT fuqhom meta jinxtraw?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li batteriji għall-hearing aid titħallas il-Vat fuqhom meta jinxtraw, mhux biss issa iżda sa minn meta ilu fis-seħħ l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
Jista’ l-Ministru jgħid liema periti u inġiniera fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet għamlu talba biex jagħmlu xogħol privat fl-2011 u fl-2012?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l –ammont ta’ Periti u Inġiniera fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li għamlu talba biex jagħmlu xogħol privat kien ta’ 13 fis-sena 2011 u ta’ 3 persuni fis-sena 2012.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2434, jista’ l-Ministru jgħid meta ottjena l-warrant tiegħu ta' perit l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Ġaladarba mill-elezzjoni ’l hawn beda jaħdem fis-Segretarjat Privat tal-Ministru, min effettivament se jokkupa l-kariga ta’ Kap għall-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini jew se jirriżenja l-kariga li għandu fis-Segretarjat tal-Ministru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma għamlet talba għal ħrug ta' Warrant ta' Perit bħalma ġie indirizzat bi svista fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 2434.
L-istess persuna qatt ma kienet tifforma parti mis-Segretarjat Privat tieghi u għaldaqstant se tkompli tokkupa l-kariga msemmija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2984, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MRRA kenitx mitluba tikkonsenti jew le? Jekk iva, x’kienu r-raġunijiet li għalihom l-MRRA ġiet ikkonsultata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku infomazzjoni dwar dan il-każ li ġiet mgħoddija lill-uffiċċjali ta’ Transport Malta, li huma responsabbli minn dan ix-xogħol, kienet l-approvazzjoni li għaliha qed tirreferi r-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2984.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1768 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li l-Gvern kien irċieva mingħand l-entitajiet kollha fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq in-National Water Policy li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti l-average reading ta’ kull pollutant kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum tal-emissjonijiet tal-Power Station tal-BWSC kif moqrija mill-measuring equipment li hemm? Kif jikkomparaw dawn mal-Emission Limit Values kif speċifikati fl-IPPC Permit maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Peress li fit-2 ta’ April il-Ministru kien ġie kkwotat mill-media li f’xahrejn minn dakinhar kellhom isiru sensiela ta’ bidliet fir-rotot tat-trasport pubbliku, jista’ l-Ministru jelenka l-lista ta’ rotot li tbiddlu, u jgħid x’kienu l-bidliet u meta saru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tibdil hekk kif kien ġie mħabbar sejjer jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2013 wara qbil bejn il-partijiet konċernati.
It-tibdiliet li ser isiru huma hekk kif ġej:
1. Estensjoni tar-rotta bin-numru 13 ġewwa Pembroke fi Triq il-Professur Ganado;
2. Modifika fir-rotta 21 sabiex tibda tgħaddi minn Rue D’Argens minflok Triq Testaferrata f’triqitha lejn Tas-Sliema;
3. Estensjoni tar-rotta 82 biex tinkludi r-roundabout tal-Freeport;
4. Estensjoni tar-rotta 124 sabiex tinkludi l-lokalita’ tal-Isla.
Infurmat ukoll illi r-rotta ġdida bin-numru 237 illi isservi lill-Paradise Bay, l-Għadira u Anchor Bay diġa ġiet introdotta u qiegħda topera.
Dawn ma ġewx introdotti f’Mejju minħabba li kien hemm theddida industrijali min-naħa tax-xufiera kontra l-operatur fuq ir-rosters tax-shift biex jiġu introdotti dawn ir-rotot. Il-gvern intervjena u daħal bħala medjatur u ġiet estiża għal erba’ ġimgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi sforzi qed isiru ħalli l-laħam u bajd li ġej minn Sqallija jiġi rregolat ħalli l-konsumatur ikun żgurat prodott ta’ kwalità u konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-istess proċedura, dik stabbilita, għada qed tintuża mid-Direttorat tar-Regolament Veterinarju sabiex ikun żgurat prodott ta’ kwalità u konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.