Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — programm

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-programm tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Rigward il-kopja tal-programm tal-konferenza, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel kuntatt mal-organizzaturi.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – uffiċjali tal-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret li fiha kienu involuti uffiċjali tal-Gvern Malti, uffiċjali ta’ enti tal-Gvern Malti u konsulenti (inkluż ex konsulenti) in preparazzjoni għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 li se jisponsorja l-Gvern Malti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-Gvern Malti ma kienx involut fl-organizzazzjoni ta' din il-laqgħa.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern sponsorja l-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? X’kien jinvolvi l-isponsorship?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandu hija waħda skorretta u li l-Gvern Malti ma għadda l-ebda sponsorship favur is-summit/konferenza msemmija.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — sponsorship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min iddeċieda li l-Gvern Malti jisponsorja l-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? Meta saret tali deċiżjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġaladarba ma kienx hemm sponsor, ħadd ma seta' jiddeċiedi.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – background checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’background checks saru dwar il-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? Min għamilhom? X’kien ir-riżultat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti kien mistieden jattendi għal din il-konferenza minn entità privata.

Lotteries and Gaming Authority — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux se jkopri l-kariga ta’ chairman eżekuttiv tal-Lotteries and Gaming Authority u x’se jkun il-pakkett ta’ rimunerazzjoni lilu inkluż bonuses u allowances oħra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għandu l-kariga ta’ chairman eżekuttiv tal-Lotteries and Gaming Authority b’salarju ta €68,500 bħala CEO, €13,000 bħala Non-Executive Chairman, karozza , fuel, mobile phone u Health Insurance.
Leg 12 PQ #5446 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Enemalta, l-MRA, l-ARMS u l-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma m’għandhom l-ebda person of trust li taħdem bit-telework, filwaqt li l-WSC għandha persuna waħda li tagħmel 15-il siegħa fil-ġimgħa xogħol bit-telework.
Leg 12 PQ #5448 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeur għas-Saħħa — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi ma’ ġie ħadd ingaġġat bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministreru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.

Karozzi Elettriċi — voluntiera

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ voluntiera li kienu talbu biex jużaw waħda mill-karozzi elettriċi li qed jiġu ppruvati bħala parti minn inizjattiva ffinanzjata mill-programm Life+ tal-Unjoni Ewropea li l-Gvern preċedenti kien issottometta u ġab l-approvazzjoni għaliha? Jista’ jgħid minn dawk li talbu, liema ntgħażlu biex jippruvaw karozza elettrika u għal kemm żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li meta din l-amministrazzjoni daħlet f’ Marzu li għadda, ittieħed stock tal-livell ta’ progress tal-proġetti kollha, sew dawk nazzjonali u sew dawk iffinanzjati minn sorsi oħra, eżempju l-Unjoni Ewropea. Wieħed mill-proġetti li deher li kien f’ diffikulta kien il-proġett DEMO EV, li għalkemm l-applikazzjoni għalih kienet saret mill-Gvern preċedenti, kien jidher biċ-ċar li minħabba cirkustanzi varji, anke market pressures, dan il-proġett kien f’diffikulta u fir-riskju li ma jiġix konkluż. Wara li saru interventi meħtieġa, anke ma’ kumpaniji u aġenti lokali, dan il-proġett seta’ jitkompla u miexi b’ passi mgħaġġla. Il-Gvern irrispetta il-lista ta’ voluntiera li kienet inġabret mill-Gvern preċedenti, u reġa ħareg anke sejħa oħra sabiex iżid il-livell ta’ parteċipazzjoni, sew minn individwi kif ukoll minn NGOs. L-Informazzjoni kollha mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Skejjel tal-Istat — purtinara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm purtinara jew persuni li jagħmlu xoħol ta’ tindif li l-Gvern qed iħallas għas-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istatsal-bidu ta’ Marzu 2013 u jagħti t-tagħrif għal kull skola? Jista’ jgħid kemm hemm illum u wkoll jagħti t-tagħrif għal kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu qed jagħmlu xogħol ta' tindif fl-iskejjel tal-Istat sal-bidu ta' Marzu 2013 u fit-30 ta' Ottubru 2013, skola skola, hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5484 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Whistleblowing Reporting Officer — taħriġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi grad għandu kull Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat f’kull Ministeru? Min huma dawn il-Whistleblowing Reporting Officers u x’taħriġ ingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa id-Direttur (Management Support), fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Għar-rigward il- Whistleblowing Reporting Officers fil-Ministeri l-oħra, l-Onor Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati. Huwa ppjanat li jingħata taħrig lill-Whistleblowing Reporting Officers kollha aktar tard dan ix-xahar

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li m’ għandix persuni li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħi u/ jew entitajiet bħala persons of trust, li qed jagħmlu xogħol bit-teleworking.
Leg 12 PQ #5441 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda persuni ingaġġati bħala person of trust fi hdan il-Ministeru għal Għawdex jew l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu li jaħdmu jew ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (DALLI, HELENA)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari magħmula mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li m'hemm ebda persons of trust li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework kemm fil-Ministeru kif ukoll f'entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.