Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-persuna li ġiet appuntata bħala Whistleblowing Reporting Officer fil-Ministeru tiegħi hija l-Legal Advisor fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Dr Charmaine Cristiano.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u t-Tibdil fil-Klima – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru tiegħi huwa Officer in Scale 7, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Ninsab infurmat li l- Whistleblowing Reporting Officer qed jingħata taħrig neċessarju sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b’mod intiż, diliġenti u kif mistenni minnu.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Whistleblowing Reporting Officer għal- Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura hija Avukata fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Huwa ppjanat li jingħata taħriġ lill- Whistleblowing Reporting Officer fil-jiem li ġejjin.

NER300 – offerti approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu offerti għand il-Gvern ħalli jiġu approvati minnu qabel jiġu sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea ħalli jiġu kkunsidrati għall-finanzjament taħt l-NER300?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi daħlet offerta waħda.

NER300 — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru, mingħajr ma jagħti dettalji kunfidenzjali, jispjega fuq fuq x’kienu jinvolvu l-proġetti kollha li daħlu ħalli jiġu kkunsidrati għall-finanzjament taħt l-NER300?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NER300 jilqa’ proposti ta’ enerġija rinovabbli li huma innovattivi.

NER300 – proposti mhux approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-proposti li daħlu ħalli jiġu kkunsidrati għall-finanzjament taħt l-NER300 ma ġewx approvati mill-Gvern u għaliex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikant ma ssodisfax il-kriterji meħtieġa.

NER300 – għajnuna lill-proponenti tal-proġett

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’għajnuna ngħatat lill-proponenti tal-proġett għall-NER300 mill-uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi twaqqaf kumitat apposta biex fost affarijiet oħra jgħin lill-proponenti.

Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura – kuntratt ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt li għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jagħti s-servizzi tiegħu lis-Segretarjat tal-Ministru? Jista’ jgħid kif ġie ingaġġat? Jista’ jgħid jekk l-individwu jew il-kumpanija tiegħu qattx taw konsulenza jew xi servizzi oħra lill-Ministeru oltre minn dak li qed jagħti l-individwu fis-Segretarjat? Jekk iva, saret sejħa għall-offerti u kemm hu l-valur tax-xogħol li sar sal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament ġie ingaġġat biex jagħti s-servizzi tiegħu bħala Projects Management Consultant lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura biex jara li numru ta’ proġetti li kienu waqgħu lura taħt l-amministrazzjoni preċedenti – fosthom il-Proġett ta’ Bormla magħruf bħala ta’ Dock 1, triqat li kienu tħallew fi stat ta’ telqa, il-Proġett tal-Kappara Junction, kif ukoll il-Proġett Nazzjonali ghat-Taffija tal-Għargħar – ingħataw spinta ‘l quddiem u b’hekk fondi allokati mill-Unjoni Ewropeja ma jintilfux. Nikkonferma li dan l-individwu ma tax konsulenzi jew servizzi oħra oltre dak li qed jagħti lill-Ministeru. Bħalma kienet il-prassi tal-amministrazzjoni preċedenti, ċertu informazzjoni li titqies bħala kummerċjalment sensittiva jew b’xi mod tmur kontra l-privatezza tal-individwu, ma jkunx prudenti li titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Enemalta — communications manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa interna għal post ta’ communications manager tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jidher li qed jokkupa din il-pożizzjoni hux impjegat mal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk mhux impjegat, kif ġie magħżul? Xi kwalifiki għandu? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija huwa impjegat mal-Korporazzjoni. Il-persuna huwa kkwalifikat f’Baċellerat fil-Komunikazzjoni u għandu 13-il sena esperjenza fil-ġurnaliżmu, komunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi. Għal dawn l-aħħar tliet snin, il-persuna msemmija kienet qed taħdem fi rwol simili, ma’ entità governattiva oħra.

Enemalta – testijiet ta’ kwalità tal-fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsiru tests fuq il-kwalità tal-fuel li tqassam il-Korporazzjoni Enemalta fil-petrol stations? Peress li fil-ġurnali ġie rrappurtat li fil-11 t’Ottubru saru tests fuq il-kwalità tad-diesel, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sample ttieħed dakinhar u minn kemm-il bowser? Jista’ jgħid liema kumpanija għamlet dawn it-testijiet u f’liema laboratorju/i ttieħdu dawn is-samples? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ dawn is-samples?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta tagħmel testijiet fuq kwalità kull meta jirċievu kunsinna ta’ fuel ġdida. Barra minn hekk isiru testijiet kull meta tinħass il-ħtieġa li jsir dan. Fil-11 t’Ottubru saru testijiet fuq kampjun ta’ dies el meħud minn Tank Numru 1, liema tank kien qiegħed jintuża biex jgħabbi l-bowsers kollha. Ir-riżultat ikkonferma li d-diesel kien skont l-ispeċifikazzjonjiet Ewropej. Dawn it-testijiet saru mill-Kumpanija Inspectorate fil-laboratorju tagħha.

MRA – testijiet fuq il-kwalità tad-diesel

Question

Peress li fil-ġurnali ġie rrappurtat li l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi għamlet fuq il-kwalità tad-diesel li jitqassam fil-petrol stations, jista’ jgħid kemm-il sample ttieħed u meta ttieħdu? Jista’ jgħid liema kumpanija għamlet dawn it-tests u f’liema laboratorju/i ttieħdu dawn is-samples? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ir-riżultati ta’ dawn is-samples?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tests saru mill-kumpaniji Inspectorate Malta Ltd u Saybolt Malta Ltd.
Leg 12 PQ #5900 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika biex issir il-kampanja ta’ propaganda fuq billboards rigward il-baġit għall-2014 ? Kemm qed jiswa kull canvas fuq kull billboard u kemm hi l-ispiża għall-kiri tal-billboards? Kemm-il billboard ġie utilizzat jew bi ħsiebu jutilizza l-Gvern fil-ġranet li ġejjin? Liema kumpanija qed tipprovdi dan is-servizz ta’ użu ta’ billboards?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #5710 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konsulenti

Question

Jista’ l- Prim Ministru jgħid x’kien l-involviment tal-Gvern Malti (u l-konsulenti tiegħu, inkluż ex-konsulenti) fl-organizzazzjoni tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5711 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013

Question

Jista’ l- Prim Ministru jgħid x’se jkun is-sehem tal-Gvern Malti fil-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5712 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’se jkun is-sehem tal-konsulenti (inkluż ex konsulenti) fil- konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5713 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — programm

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed kopja tal-programm tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5714 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – uffiċjali tal-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret li fiha kienu involuti uffiċjali tal-Gvern Malti, uffiċjali ta’ enti tal-Gvern Malti u konsulenti (inkluż ex konsulenti) saret in preparazzjoni għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 li se jisponsorja l-Gvern Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5715 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konkorrenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet il-konkorrenza għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5704 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn il-Gvern sponsorja l-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? X’kien jinvolvi l-isponsorship?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.