Peress li fit-18 ta’ Diċembru 2013, il-Korporazzjoni Enemalta ħarġet is-sejħa għal Surveillance Coordinator (Skala 5) il-kwalifiċi mitluba huma ta’ ‘preferably with O’level standards’, ma jaħsibx il-Ministru li dawn huma baxxi wisq għal kariga bħal dik? Jekk le, jista’ jagħti spjegazzjoni għaliex huma daqshekk baxxi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti għall-pożizzjoni ta’ Surveillance Coordinator ġew stabbiliti skont il-kwalifiki u l-livell ta’ esperjenza meħtieġa biex l-applikanti jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma mixtieqa mingħajr diffikulta’, fl-aħjar interess tal-Korporazzjoni. Minbarra l-kwalifiki msemmija, is-sejħa għall-applikazzjonijiet titlob ukoll li l-applikanti jkollhom esperjenza twila fil-Korporazzjoni kif ukoll għarfien tajjeb ta’ għadd ta’ operazzjonijiet u ħidmiet differenti li jseħħu fl-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inspections saru s'issa fuq is-sit tal-kostruzzjoni (major project) li ġie approvat bil-permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, f’Rue d'Argens, Gżira fl-aħħar xahar ħalli wieħed jara hux qed ikunu osservati r-Regulations for the Environmental Management of Construction Sites? Jista’ jgħid jekk ġiex stallat wheelwash fuq is-sit ħalli t-toroq tal-madwar li jibqgħux jintlew bit-tajn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li saret laqgħa fuq is-sit li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament bejn ir-rappreżentanti tal-uffiċċju għar-regolamentazzjoni tal-bini u rappreżentant tal-perit appuntat biex jiġu osservati r-regolamenti imsemmija kif ukoll ġiet diskussa l-possibilta’ li tiġi nstallata wheelwash fil-viċinanzi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'construction site conditions ġew imposti fil-permess tas-sit tal-kostruzzjoni (major project) li ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Rue d'Argens, Gżira? Jista’ jgħid jekk kienx hemm il-kundizzjoni li jkun stallat wheelwash fuq is-sit ħalli t-toroq tal-madwar ma jimtlewx bit-tajn minħabba l-attività fuq dan is-sit?
Jista’ l-Ministru jgħid lil liema azjendi kien hemm allokazzjoni ta’ fabbriki jew binjiet oħra mill-Malta Enterprise mill-2008 sal-lum? F’kull każ fejn hi l-binja/fabbrika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma hu fi skala ħamsa (5). Huwa l-Assistent Direttur fi ħdan il-Ministeru u ngħata taħriġ f’seminar dwar il-Whistleblower Act għand is-CDRT.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer ġie appuntat mill-Ministeru għas-Saħħa li hija konsulent u speċjalliżata fis-Saħħa Pubblika.
Infurmat ukoll li ngħata taħriġ fuq il-liġi dwar il-Protezzjoni ta’ min jiżvela informazzjoni li tkun protetta, l-interprettazzjoni ta’ din il-liġi, kif ukoll il-proċeduri li għandhom jittieħdu la darba jkun hemm impjegat li jiżvela prattiċi mhux xierqa.
L-intenzjoni tagħna hi, li nagħmlu aktar taħriġ peress li kulħadd jifhem li dan hu proċess ġdid li għandu l-ħtieġa ta’aktar tagħlim u taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew il-kumpanija tiegħu tawx xi servizzi fuq l-immaniġġjar tal-iskar f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tmien xhur? Jekk iva, jista':
a) jippubblika l-kuntratt għall-għoti ta' dawn is-servizzi;
b) jgħid kif ġie ingaġġat;
ċ) jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti; u
d) kemm hu l-valur tax-xogħol li sar sal-lum?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Kumpanija msemmija nghatat Direct Order għall-Istrategic Environmental Assessment (SEA) tal-Waste Management Plan, għal valur ta’ €5612.08 eskluż il-VAT, in full and final settlement.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li din il-mistoqsija diġà tqajmet mingħand ix-Shadow Minister responsabbli mill-Istrateġija tal-Iskart fid-dibattitu dwar l-Estmi Finanzjarji fil-Parlament u dan deher sodisfatt bl-ispjegazzjoni li ngħatatlu.
L-Onor. Interpellant żġur li jinsab f’qagħda li jikkonferma, bħala ex-Ministru tal-MRRA, illi l-Kumpanija msemmija ngħatat ghadd ta’ konsulenzi fil-leġislatura l-oħra kemm mill-Ministeru kif ukoll mill-WasteServ in konnessjoni ma’ għadd ta’ proġetti relatati mal-qasam tal-iskart.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-ħames lifts li ġew approvati qabel Marzu tal-2013 biex ikunu stallati fi blokok tal-appartamenti tal-Awtorità tad-Djar se jkunu stallati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindika liema huma l-ħames lifts li qed jagħmel referenza għalihom.
Peress li fl-14 ta' Novembru 2013 ġiet mnedija l-ewwel seħja għall-iskema ta' waqfien permanenti mis-sajd u fis-27 ta’ Novembru saret it-tieni sejħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li applikaw fl-ewwel istanti li ma kinux eliġibbli, issa se jiġu eliġibbli taħt it-tieni sejħa? Kemm kien hemm applikanti li kellhom xi dokumenti nieqsa u li dawn id-dokumenti ġew preżentati waqt il-perijodu tat-tieni sejħa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi kien hemm 6 applikanti li ma kenux eliġibbli fl-ewwel istanti u li baqgħu ma kienux eliġibbli fit-tieni istanti.
Ninsab infurmat ukoll illi żewġ applikanti, fl-ewwel istanti, kellhom xi dokumenti nieqsa; wieħed minnhom ippreżenta d-dokumenti qabel il-ħruġ tat-tieni sejħa u l-ieħor waqt il-perijodu tat-tieni sejħa.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-azjendi/kumpaniji/fabbriki li matul l-aħħar tmien snin gawdew mill-għajnuna finanzjarja biex stallaw pannelli fotovoltajiċi? F’kull każ kemm kien il-grant li ħa kull wieħed?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Malta Enterprise tat assistenza matul l-aħħar tmien snin lil 139 azjenda/kumpanija biex stallaw pannelli fotovoltajiċi u ħallset somma totali ta' €8,153,217.
L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx persuni fi ħdan il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.
Ministeru għal Għawdex – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer tal-Ministeru għal Għawdex huwa fil-grad ta' Direttur.
Tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tagħha? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili huwa d-Direttur (Strategy Support) fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ lill-Whistleblowing Reporting Officer inbeda x-xahar l-ieħor.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħi hu uffiċjal fi skala 5. L-istess uffiċjal qed jingħata t-taħriġ neċessarju.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tagħha? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna rċeviet taħrig ġenerali fuq id-disposizzjonijiet tal-ligi u t-tħaddim tagħha. Għandha grad ta’ Assistant Direttur.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħatar Assistent Direttur, bħala l-whistleblowing reporting officer fi ħdan il-Ministeru. Huwa diġà attenda sessjoni ta’ informazzjoni dwar il-liġi tal-whistleblowing u hemm ippjanat laqgħat oħra ta’ informazzjoni aktar ‘il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru Għall-Finanzi huwa Uffiċjal fi Skala 4.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (GRECH, LOUIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali huwa d-Direttur (Servizzi Korporattivi), fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċjal qed jieħu t-taħriġ li hemm bżonn u diġa attenda Seminar fuq is-suġġett ġewwa c-CDRT.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Avv. Roseanne Cortis, li tagħmel parti mis-Sezzjoni Legali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hija l-persuna nominata bħala Whistleblowing Reporting Officer. Din l-uffiċjal hija membru tas-servizz diplomatiku fil-grad ta' second secretary.
Nhar l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2013, l-Avv. Cortis, flimkien mal-Whistleblowing Reporting Officers tal-Ministeri l-oħra, attendiet Seminar dwar il-Whistleblowing Act. Waqt is-Seminar ingħata tagħrif dwar il-provvedimenti ta' dan l-Att u ġew diskussi l-obligazzjonijiet tal-Whistleblowing Reporting Officers.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru għat-Turiżmu hija l-Assistent Direttur fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Din il-persuna attendiet it-taħriġ fiċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar is-27 ta’ Novembru 2013.