Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pixkerija – time-plan tal-proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Pixkerija? Jista’ jipprovdi time-plan tal-proġett?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-Pixkerija l-ġdida fil-Marsa wasal fl-aħħar fażi u x-xogħol fuq ġewwa miexi b’ritmu tajjeb. Ninsab infurmat ukoll li huwa ppjanat li din il-faċilita’ se tkun f’pożizzjoni li tista’ tibda topera fl-ewwel xhur tas-sena 2015.

Stallazzjoni ta’ meters mal-boreholes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew stallati meters mal-boreholes tal-bdiewa sal-aħħar ta’ Marzu 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 1,218 (elf, mitejn u tmienja u għoxrin) meter stallat ma' boreholes.

Enemalta – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8296, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f’paga u allowances separatament xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Għal liema responsabilità jew responsabilitajiet ingħataw l-allowances? Kemm kien l-allowance għal kull responsabilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija baqa’ jieħu l-istess paga u allowances dovuti lilu skont it-termini ta’ kuntratt indefinit iffirmat f’Jannar 2013.

Tampered Smart Meters

Question

Peress li fl-20 ta’ Frar il-gazzetta “The Times of Malta” ikkwotatu jgħid li “consumers who used tampered smart meters are being given a six-week deadline to regularise their position or face the consequence”, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni resqu ’l quddiem u mil-liema lokal ġejjin, maqsumin raħal b’raħal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8213 (tmint elef, mitejn u tlettax).

Enemalta – elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7557 u jgħid kemm lill-Korporazzjoni Enemalta fil-preżent jiġiha l-prezz biex tiġġenera u tiddistribwixxi unit ta’ elettriku ġġenerat mill-impjant ta’ Delimara? Jista’ jgħid kemm hu l-prezz li bih jiġi mibjugħ kull unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8241.

Enemalta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f’paga u allowances separatament minn Marzu 2013 sal-lum tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ? Jista’ jgħid għalxiex kienu l-allowances mogħtija lilu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Marzu 2014, l-impjegat imsemmi ngħata l-paga u l-allowances dovuti lilu skont it-termini ta’ kuntratt definit iffirmat f’Lulju 2010 u konfermat f’wieħed indefinit f’Jannar 2013.

Renewables policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta r-renewables policy, peress li l-ewwel kien iddikjara li din se tkun lesta sa Settembru 2013 u imbagħad qal sa Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy qiegħda tiġi ffinaliżżata mal-entitajiet ikkonċernati.

Enemalta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta temm l-impjieg tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ? X’kienu r-raġunjiet għat-tmiem tal-impjieg tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegat imsemmi ġie sospiż wara li beda jiġi investigat mill-Pulizija dwar allegati każi ta’ serq ta’ elettriku. Il-proċessi ta’ sospensjoni jew terminazzjoni ta’ impjiegi ta’ ħaddiema huma regolati mill-ftehim kollettivi tal-ħaddiema. L-Enemalta obbligata li tipproċedi skont dawn il-ftehim.
Leg 12 PQ #8299 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA – Quantitative Risk Analysis tal-LNG Powerstation

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7366, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-espert barrani li qabdet l-OHSA ħalli jevalwa l-Quantitative Risk Analysis tal-LNG Powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Jista’ jpoġġi kopja tas-CV tiegħu? Jista’ jpoġġi wkoll kopja tar-rapporti sħaħ ta’ dan l-espert fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membruli l-informazzjoni diġa hija pubblika.
Leg 12 PQ #8300 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA – konsultazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-LNG powerstation

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti sħaħ li l-OHSA kellha f’idejha biex issottomettiet ir-reazzjoni tagħha għall-konsultazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-LNG powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-informazzjoni diġa hija pubblika.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — studju dwar impatt fuq is-sajjieda u fuq it-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt li l-proġett tal-bini ta’ terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG f’Delimara se jkollu fuq is-sajjieda ta’ Marsaxlokk u l-impatt fuq it-turiżmu tal-inħawi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed nimxu mar-regoli kollha u l-proċeduri stabbiliti mil-liġi.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — studju dwar impatt fuq is-suq tal-proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt li l-proġett tal-bini ta’ terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG f’Delimara se jkollu fuq is-suq tal-proprjetà fin-naħa t’isfel ta’ Malta? Huwa veru li l-prezz li wieħed iħallas għall-assikurazzjoni fuq djar u proprjetà li qiegħdin ġewwa Marsaxlokk, Marsascala u Birżebbuġia jista’ jogħla?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8205.

Proġett tal-bini ta’terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — żieda fil-polza ta’ assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li minħabba l-bini tat-terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG fil-bajja ta’ Marsaxlokk mhux se jkun hemm żieda fil-polza ta’ assikurazzjoni fuq bastimenti li jidħlu ġewwa l-Freeport?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara – logħob tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni lin-nies ta’Marsaxlokk u Birżebbuġia li minħabba l-bini tat-terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG fil-bajja ta’ Marsaxlokk xorta waħda se jkunu jistgħu jibqgħu jtellgħu l-logħob tan-nar waqt il-festi tar-raħal tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtorità kompetenti li tirregola l-logħob tan-nar hija idoneja biex twieġeb tali domanda.
Leg 12 PQ #8209 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għas-Saħħa

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — ċertifikat mill-COMAH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-awtorità kompetenti nazzjonali dwar il-kontroll ta’ periklu minn inċidenti kbar (COMAH) għadha ma ċċertifikatx ir-risk assessment li sar fuq il-proġett tal-bini ta’ terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG f’Delimara għax dan mhux komplut? Sa meta hu mistenni li jingħata tali ċertifikat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha li għamlet l-awtorità kompetenti nazzjonali dwar il-kontroll ta’ periklu (COMAH) fuq dan il-proġett ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

F’dan l-istadju li wasal fih il-proġett konċernat, l-obbligu tal-Awtorità Kompetenti huwa li jkun evalwat ir-risk assessment u tinħareġ opinjoni għal skopijiet ta’ land use planning.

Gas pipeline bejn Malta u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7153 u ċjoè: Ġaladarba d-direttur tal-kumpanija Maltija, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandha sehem ta’ 30% fil-consortium li rebħet it-tender għall-istallazzjoni ta’ LNG Terminal, il-power purchase agreement u l-ħażna ta’ gass, li skont il-ġurnal The Times of Malta fl-14 t’Ottubru 2013 kien diġà qal li “the specialised storage ship has already been contracted”, u issa l-Gvern iffinalizza ma’ dan il-consortium, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-vapur li ġie kkuntratjat, fejn hu rreġistrat u meta inbena dan il-vapur? Jista’ jipprovdi visual ta’ dan il-vapur u l-qisien tiegħu? Jista’ jgħid jekk il-bastiment hux self-propelled?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata fiż-żmien opportun.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara– studju tar-riskju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li fl-istudju tar-riskji li sar fuq il-proġett tal-bini ta’ terminal tal-LNG u l-ħażna tal-LNG f’Delimara, biex jiddetermina kif se jinfirex il-gass f’każ li jkun hemm leak, ġie użat mudell ta’ art lixxa meta, kif kulħadd jaf f’Delimara dan mhux il-każ għax il-power station qiegħda taħt l-irdumijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-QRA mexa ma’ standards internazzjonali.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — mudell fuq gass inqas perikoluż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-mudell li ntuża fl-EIA għall-impjant u l-ħażna ta’ LNG f’Delimara biex jiġi determinat kif jista’ jinfirex il-gass f’każ li jkun hemm leak huwa mudell li jintuża għall-gass li huwa ferm inqas perikoluż mil-LNG (it-tip ta’ gass li se jkun qiegħed jintuża għall-power station)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe studju li sar ħa in kunsiderazzjoni l-LNG.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — studju dwar impatt fuq attività marittima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt fuq l-attività marittima fil-bajja ta’ Marsaxlokk permezz tal-proġett tal-bini ta’ LNG terminal, ħażna permanenti ta’ FSU u l-effett ta’ supply ships? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet simulazzjonijiet ta’ manuvrar ta’ vapuri fil-bajja biex ikun determinat jekk il-manuvrar ta’ vapuri terzi hux se jkun affetwat.

Proġett tal-bini ta' terminal u ħażna tal-LNG f’Delimara — studju fuq riskju ta’ kollużjoni bejn vapuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar ir-riskju ta’ kollużjoni bejn il-vapuri għall-proġett tal-bini ta’ terminal tal-LNG u l-ħażna ta’ LNG ġewwa Delimara? Peress li l-vapur tal-ħażna b’dan il-gass perikoluż huwa twil madwar 300 metru, veru li l-possibilità ta’ ħabta bejn dan il-vapur u l-vapuri li jżuru l-Freeport hija waħda għolja? Jekk sar tali studju jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-probabilità ta’ ħabta bejn il-vapuri se tiġi kkontrollata bl-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni fil-port, bħal per eżempju l-impożizzjoni ta’ limitazzjoni fuq il-veloċità tal-vapuri li jimmanuvraw fil-port. In oltre, tajjeb niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li qiegħed jinganna meta jirreferi għal dan il-gass bħala perikoluż għaliex dan huwa wieħed mill-aktar gassijiet b’rekord għoli ta’ sigurtà.