Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda mal-Uffiċċju dwar ir-Regolamenti tal-Bini minn April 2013 sal-lum? Jekk iva min huma u kemm huma dawn il-persuni? Xi gradi għandhom dawn il-persuni?
Response (MIZZI, JOE)
Infurmat li mid-data msemmija sal-lum fl-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini ġew impjegati Kap, Senior Architect and Civil Engineer, Works Manager, Instructor, Lecturer,żewġ Senior Clerks, Driver, Officer Skala 8 u Officer Skala 18.
Nippreċiża li minn dawn impiegi, wieħed biss kien minn barra is-Settur Pubbliku. L-individwi l-oħra ngħaqdu mal-istess Uffiċċju minn Dipartimenti oħra fis-Serviżż Ċivili jew Entitajiet oħra fis-Settur Pubbliku.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-aħħar xahrejn? F’liema gradi? X’xogħol qed jagħmlu u f’liema lokalità joqogħdu dawn il-ħaddiema ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’dawn l-aħħar xahrejn ġew impjegati 76 ħaddiem mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma fi gradi ta’:
·
Senior Applications Developer,
· Laboratory Technician,
· Architect Pipe Laying Projects,
· Multi Skilled Fitters Level 3 u
· Plasterers/Masons.
Dawn l-impjegati ġejjin minn 32 lokalita’ differenti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizz ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk użax is-servizz tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew tal-uffiċċju tiegħu fl-aħħar sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diġà stqarrejt pubblikament, ma kien hemm ebda tip ta’ kuntratt bejn il-persuna li qed jirreferi għaliha u l-gvern Malti. Il-gvern Malti qatt ma kellu lill-persuna li qed jirreferi għaliha huwa, jaħdem f'ismu.
Pont bejn Malta u Għawdex – studju dwar vijabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-istudju dwar il-vijabilità ta’ pont bejn Malta u Għawdex li kellha tlesti kumpanija Ċiniża, tlestiex? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu mhux lest jista’ jgħid sa meta hu mistenni li jkun lest?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija Ministerjali li għamilt fis-seduta parlamentari ta’ nhar it-Tnejn 14 ta’ Lulju 2014.
High Level Meeting – Żvilupp tal-Qasam tal-Gass fir-Reġjun tal-Meditterran
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet, il-karigi u l-pajjiż rispettiv tal-persuni li attendew għall-high level meeting li sar ftit tal-ġranet ilu dwar l-iżvilupp tal-Qasam tal-Gass fir-reġjun tal-Meditterran?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sessjoni politika tal-Malta Energy Conference 2014, apparti Malta u rappreżentanza mill-Unjoni Ewropea, kien hemm ukoll rappreżentanti minn 26 pajjiż differenti:
1. Alġerija
2. Awstrija
3. Belġjum
4. Bulgarija
5. Ċipru
6. Eġittu
7. Ġermanja
8. Ġordan
9. Greċja
10. Irlanda
11. Italja
12. Kroazja
13. Latvija
14. Lebanon
15. Libja
16. Litwanja
17. Marokk
18. Olanda
19. Palestina
20. Polonja
21. Portugal
22. Renju Unit
23. Slovakkja
24. Spanja
25. Tuneżija
26. Ungerija
Għall-konferenza attendew ukoll numru ta’ stakeholders fil-qasam.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-distributur tal-gass, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kellu l-liċenzja tiegħu miżmuma fuq allegazzjonijiet kriminali fil-passat, reġa’ ngħata l-liċenzja lura ħalli jqassam il-gass bieb bieb abbażi tar-reġjun li kellu? Jista’ jgħid jekk l-MRA qablitx ma’ din id-deċiżjoni? Jista’ jippubblika l-opinjoni tal-MRA?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni tal-Qorti ġiet irrispettata mill-MRA hekk kif din għandha kundizzjoni ċara li jekk il-persuna tikkommetti reat ieħor, il-liċenzja tiġi rrevokata immedjatament. Dan sar bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienet uriet interess li tagħmel pannelli fotovoltaiċi wara sejħa ta’ expression of interest ħalli kulħadd jirreġistra art u bjut privati għall-pannelli? Kemm kien it-total tal-area indikat minn dawk li ressqu ‘l quddiem?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Heads of Agreement li ġie ffirmat mal-awtoritajiet/kumpanija Ċiniża li fuqu għamel stqarrija fil-Parlament fis-seduta 128?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Intrepellant għall-istqariija Ministerjali li saret fis-seduta 128 fejn ingħataw il-prinċipji kollha tal-agreement. Fix-xhur li ġejjin se jkun hemm aktar informazzjoni mogħtija lill-Parlament.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9694, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kien hemm f’kull wieħed mis-67 lokalità li resqu ‘l quddiem biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom għar-rigward ta’ serq ta’ elettriku u tbagħbis ta’ smart meters? Jista’ jagħti l-informazzjoni bl-ismijiet ta’ kull lokalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ARMS Ltd hux se tgħolli l-management fee tagħha lill-Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2014? Jekk iva, b’kemm se tkun iż-żieda f’perċentwali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’hemm l-ebda pjan biex tinbidel il-management fee.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-2012 u fl-2013? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u kemm ġabret flus fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx appuntata bħal Chief Executive Officer tal-ARMS Ltd jew hux bħala Acting Chief Executive Officer tal-istess organizzazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ dan l-appointment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet appuntata bħala General Manager. Il-kuntratt għadu qed jiġi finaliżżat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li fuqha hemm immarkat is-sit il-ġdid tad-dolphin li tintuża għal ħażna tal-fuel f’Ħas-Saptan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu kkunsidrati numru ta’ siti.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 9695 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha u telenka min kien il-Health and Safety Officer inkarigat mill-proġetti li ġew notifikati lill-OHSA f’din l-aħħar sena bejn Marzu 2013 sa Marzu 2014?
Response (DALLI, HELENA)
M’hemm ebda uffiċjal li hu nkarigat speċifikament biex jinvestiga u jew jieħu azzjoni dwar notifiki dwar proġetti ta’ kostruzzjoni li jinbagħatu lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. In-notifiki jiġu pproċessati mill-pool ta’ Uffiċjali fi ħdan l-Awtorità.
Peress li fl-20 ta’ Frar il-gazzetta “The Times of Malta” ikkwotat lill-Ministru li “consumers who used tampered smart meters are being given a six-week deadline to regularise their position or face the consequence”, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni resqu ‘l quddiem u kif kienu maqsuma raħal b’raħal?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 428 (erba’ mija, tmienja u għoxrin) klijent minn 67 (sebgħa u sittin) lokalità differenti li laqgħu l-għażla li offriet l-Enemalta u resqu ’l quddiem biex jirregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jelenka min kien il-Health and Safety Officer inkarigat mill-proġetti li ġew notifikati lill-OHSA f’din l-aħħar sena bejn Marzu 2013 sa Marzu 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob biex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratti definiti ta’ uffiċjali – minn CEO 'l isfel - f’Ministeri u/jew entitajiet u/jew awtoritajiet li l-Gvern Malti għandu kontroll fihom fejn għadhom u/jew qegħdin jiġu mġedda kuntratti għal terminu ta’ żmien ferm itwal milli normalment ikun, jiġifieri minn tliet snin għal per eżempju ħames snin?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ smart meters li ġew stallati sal-aħħar ta’ Marzu 2014? Kemm fadal meters biex jiġu stallati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-26 ta’ Marzu 2014, l-Enemalta installat 241,956 (mitejn, wieħed u erbgħin elf, disa’ mija u sitta u ħamsin) ‘smart meters’ u kien jonqos jinbidlu 41,720 (wieħed u erbgħin elf, seba’ mija u għoxrin) oħra. Il-focus tal-Gvern huwa fuq l-attivazzjoni tal-meters u mhux sempliċiment l-installazjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-Impjant tat-Trattament għall-Iskart fil-limiti tal-Għallis liema impjant ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar is-sena l-oħra? Meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-Impjant tat-Trattament għall-Iskart fil-limiti tal-Għallis miexi skont il-programm. Ix-xogħolijiet bdew fil-bidu ta’ din is-sena u l-handover hu ppjanat li jseħħ lejn l-aħħar tas-sena 2015.