Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġaladarba l-Prim Ministru fis-16 ta' Mejju qal li ma jsibx diffikultà li jiġi ppubblikat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rilevanti tiġi ppublikata fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-interconnector ma’ Sqallija? Meta ħa jibda jopera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett ta’ l-interconnector ma’ Sqallija jinsab fi stadju avvanzat ħafna, minkejja l-problemi ta’ dewmien kbar li nstabu fuqu.
National Renewable Energy Action Plan – Solar Farms
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif is-sejħa li ħarġet il-MEPA għas-solar farms fuq art privata ħa tinfluwenza n-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) li Malta għandha mal-Kummissjoni Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan se jiġi affetwat għaliex il-pjanijiet ta’ wind farms ta’ Gvern preċedenti kienu mibnija fuq pjan fallut li ma kienx feasible.
Dan il-Gvern kellu jaqleb għas-
solar energy
u propju għalhekk qed jikkonsulta mal-i
stake holders
. Dan il-Gvern qed jilħaq it-
targets
u l-miri kif ġara din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ppubbliakx il-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid meta se jippubblikah?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata fil-ħin opportun.
High Level Meeting – Żvilupp tal-Qasam tal-Gass fir-Reġjun tal-Meditterran
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10340, jista' l-Ministru jgħid x'jisimhom u l-kariga li għandhom dawn ir-rappreżentanti barranin?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – impjegati ġodda
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10337, jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalità huma dawn is-76 ħaddiem ġdid fil-korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-32 lokalita’ huma:
Rabat (Malta) M’Skala
Qrendi Ħaż-Żebbuġ
Qormi Raħal Ġdid
Għaxaq Tarxien
Ħamrun Fgura
Marsa B’Buġia
Sta Luċija Żurrieq
Gudja Mqabba
Għargħur San Ġiljan
Luqa M’Xlokk
Msida Mosta
Dingli Victoria Għawdex
Sta Venera Żabbar
Żejtun Birgu
Sannat San Pawl il-Baħar
Sliema Għarb
Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizz ta’ individwu
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10338, peress li l-mistoqsija tiegħi kienet jekk dan il-Gvern użax is-servizzi tal-persuna li jisimha qed jingħata separatament u mhux jekk din il-persuna kinitx impjegata minn dan il-Gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid ċar u tond jekk ħallasx għal servizzi hu jew ażjendi / korporazzjonijiet jew aġenziji tiegħu, mingħand din il-persuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4930 u 4934.
Imrieħel — xogħlijiet fuq il-pedestrian crossing fil-bypass
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-pedestrian crossing fil-bypass tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li kif kien ġie speċifikat fir-risposta parlamentari 7146, fir-rigward tax-xogħlijiet fuq il-pedestrian crossing fil- bypass tal-Imrieħel, wara li nħareġ il-permess mill- MEPA, inbeda il-proċess ta’ Expression of Interest.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9725 u jgħid kemm hemm kuntratti definiti ta’ uffiċjali – minn CEO 'l isfel - f’Ministeri u/jew entitajiet u/jew awtoritajiet li l-Gvern Malti għandu kontroll fihom fejn għadhom u/jew qegħdin jiġu mġedda kuntratti għal terminu ta’ żmien ferm itwal milli normalment ikun, jiġifieri minn tliet snin għal per eżempju ħames snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u/jew impjegat f’entità u/jew awtorita li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi, li kellu l-kuntratt definit imġedded għal terminu ta’ żmien ferm itwal milli kien oriġinarjament.
Fir-rigward ta’ Ministeri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9694, jista' l-Ministru jgħid kif l-428 persuna huma maqsuma fis-67 lokalità? Kemm kien hemm persuni minn kull lokalità u x'jisimhom dawn il-lokalitajiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9911 (disat elef, disa’ mija u ħdax) li għamel huwa stess f’Ġunju li għadda, fejn tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 9916, irreferieni għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7156, u dik ir-risposta ma tweġibx il-mistoqsijiet li għamilt jien, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna / kumpanija urew interess li jgħamlu pannelli fotovoltaiċi wara sejħa ta' espressjoni ta' interess ħalli tkun reġistrata art u bjut privati għall-pannelli? Kemm kien it-total tal-area indikat minn dawk li resqu 'l quddiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Awtorità kompetenti.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9834, kif kelli opportunità ngħidlek anke verbalment, jien qed insaqsi għall-Health & Safety Officers li kumpaniji privati jkunu nnominaw bħala Health & Safety Officers tagħhom, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn l-Health & Safety Officers li ġew notifikati lill-OHSA
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġiżlazzjoni dwar saħħa u sigurtà ma tobbligax lil dawk li jħaddmu li jinnominaw jew jappuntaw Health and Safety Officers. L-obbligu legali ta’ dawk li jħaddmu hu, fost obbligi oħrajn, li jidentifikaw il-perikli u li jevalwaw ir-riskji permezz tal-eżerċizzju ta’ risk assessment. Skont il-leġiżlazzjoni, dan l-obbligu jista jitwettaq minn dak li jħaddem innifsu (jekk ikun kompetenti biex jagħmel hekk), iżda jista' wkoll jinkariga lil xi ħadd, kemm impjegat tal-kumpanija tiegħu, jew minn barra mill-kumpanija biex jgħinu fil-miżuri li għandhom jittieħdu.
It-terminu “
Health and Safety Officer
” huwa terminu speċifiku li jirreferi għal grad partikolari, u dik il-persuna li titqabbad minn min iħaddem biex jgħin fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, mhux bil-fors tingħata dan il-grad ta’ mpieg.
Fl-ebda ħin ma jeżisti obbligu fuq
employers
li jinnofikaw lill-Awtorità bl-ismijiet kemm ta’ dawk imqabbdin mill-
employer
biex jgħinu fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, jew li jingħataw il-grad ta’
Health and Safety Officer
.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9913 u jgħid kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-2012 u fl-2013? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u kemm ġabret flus fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9915, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi s-siti kollha li qed ikunu kkunsidrati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet għad fadal isiru biex jitlesta l-proġett tar-restawr tas-Salini mis-Salina? Jista' jgħid meta dan il-proġett se jkun lest?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10156.
Jista' l-Ministru jgħid liema skalli se jiġu rranġati din is-sena? Kemm hu l-investiment previst?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretariat Parlamentari, fil-kas li qiegħed jirreferi ghalih, l-“slipways”, hemm żewġ skallijiet, wieħed fix-Xemxija u l-ieħor f'Marsaskala, li huma fil-bżonn li jiġu mibnija mill-ġdid din is-sena, minħabba l-ħsara estensiva li sofrew wara snin ta’ telqa. L-investiment previst huwa ta’ madwar Tletin Elf Ewro (€30,000).