Skejjel tal-Gvern, Knisja u Privat – żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali fi skejjel sekondarji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn iż-żgħażagħ f'dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern hemm 1077 studenti li huma statemented kif ġej:
82 student statemented ‘full time’,
167 student statemented ‘one to one’,
344 student statemented ‘shared in the same class’,
292 student statemented ‘shared’,
192 student statemented ‘benefits’.
Infurmat ukoll li n-numru ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel Sekondarji tal-Knisja huwa 589, filwaqt li fl-iskejjel Sekondarji Indipendenti huwa 84.
Dawn l-istudenti jingħataw għajnuna hekk kif speċifikat fl-iStatement of Needs li jinħareġ mill-iStatementing Moderating Panel b’konformità mal-ittra ċirkolari HRD 27/12.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm purtinara jew persuni li jagħmlu xogħol ta’ tindif li l-Gvern qed iħallas għas-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istat sal-bidu ta’ Marzu 2013 u jagħti t-tagħrif għal kull skola? Jista’ jgħid kemm hemm illum u jagħti t-tagħrif għal kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati tal-Ministeru għall-Edukazzjoni li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ tindif li l-Gvern iħallas għas-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istat fil-bidu ta’ Marzu 2013 u fil-bidu ta’ Jannar 2015 f’kull skola hu kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F’xi skejjel, permezz ta’ tender pubbliku,ingħata kuntratt għal xogħol ta’ tindif lil kumpaniji privati kif muri wkoll fl-istess dokument.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li applikaw għal għajnuna fil-qari (reader) waqt l-eżamijiet tas-SEC kif ukoll tal-MATSEC? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-istudenti li applikaw għal din l-għajnuna ngħatalhom dan is-sapport? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li l-Bord tal-Aċċess qed juża biex jingħata dan is-sapport f’dawn l-eżamijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-arranġamenti għall-aċċess għall-eżamijiet tal-MATSEC għadhom qed jiġu pproċessati mill-Access – Disability Support Committee (ADSC). S’issa (21 ta’ Jannar 2015) ġew ipproċessati 557 applikazzjoni minn 617. Dawn jinkludu applikazzjonijiet minn kandidati b’diżabiltajiet differenti. Mill-188 kandidat li talab reader u li ġiet ipproċessata l-applikazzjoni tiegħu, 144 ingħataw reader waqt li 44 ma kinux eliġibbli għal dan l-arranġament.
Il-kriterji li jintużaw biex jingħataw l-arranġamenti għall-eżamijiet tal-MATSEC jinstabu ppublikati f’Guidelines to MATSEC Examinations Access Arrangements:
http://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0011/165449/revisedspld.pdf
Dettalji dwar l-arranġamenti għall-kandidati li għandhom diffikultà fil-qari u l-kitba jinstabu f’sezzjoni 8.11. Dawn jinkludu żieda fil-ħin tal-eżami. Ma jingħatax reader għal-livell tal-Matriculation Certificate.
Is-silta dwar l-għoti ta’ reader fl-eżamijiet tas-SEC hija din:
8.11.4
Readers
8.11.4.1
A reader reads the examination questions to the candidate. This may involve reading the whole paper to the candidate or the candidate may request only some words to be read.
8.11.4.2
A reader will be allowed in certain non-language subjects where a candidate has a significant impairment. For candidates with SpLD, this is regarded as evidenced when:
(a) The candidate’s score on the locally standardized English Reading Comprehension Test is below 11.00years
AND
(b) The candidate’s score on the NARAII Accuracy scale is below 10years.The arrangement for a reader will not apply to candidates sitting for SEC language examinations or for any of the examinations at Matriculation Certificate level.
Ministeru tal-Edukazzjoni — Persuni li temmew l-imjieg tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li temmew l-impjieg tagħhom mill-Ministeru u mid-dekasteri vaji li jaqgħu taħtu fl-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi kien hemm 377 persuna li temmew l-impjieg tagħhom fl-2014. Kien hemm ukoll 56 edukatur tal-adulti fuq bażi part-time li temmew l-impjieg mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Dawk li Jħallu l-Iskola Kmieni.
Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, infurmat li fl-2014 kien hemm 233 persuna li temmew l-impjieg jew ma baqgħux mal-entita'.
Tajjeb insemmi wkoll li l-ingaġġ ta' 1361 persuna li kienu ngaġġati b'kuntratt definit mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-ċentri ta' Klabb 3-16 u Skola Sajf 2014, kien sat-30 ta' Settembru 2014.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew utilizzati flus fl-2013 u fl-2014 mill-fond għas-sostenibbilità tal-iskejjel privati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Billi mhux ċar għal liema vot qed jirreferi l-Onor. Interpellant, qed nagħti informazzjoni dwar tlett voti li jibbenefikaw minnhom skejjel privati.
5503
(Learning Support Asst. in Private Schools)
5632
(Investment Fund)
5667
(Mariam Albatool)
2013
€896,212
€649,998
€300,000
2014
€1,834,330
€796,961
€300,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) minn Jannar 2014 u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi li minn Jannar 2014 ingħataw direct orders kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ischool loggers kollha li hemm fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel statali/kulleġġi hemm total ta’ 191 school loggers. Lista ta’ fejn hemm school loggers qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq parir tal-Uffiċċju tal-Protezzjoni tad-Data, it-tagħrif li jidentifika l-uffiċjali li huma l-ischool loggers mhux qiegħed isir pubbliku.
Skejjel sekondarji u post sekondarji — għalliema nieqsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl-iskejjel sekondarji u post sekondarji statli f'Malta u f'Għawdex? Ta' liema suġġett huma l-għalliema assenti? X'passi qed jittieħdu biex jinstabu oħrajn flokhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-iskejjel li jaqgħu taħt id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, ninsab infurmat li fil-preżent għandna tlett għalliema neqsin. Dawn huma fis-suġġetti tal-Ispanjol, Physical Education u Ingliż. Għall-Ispanjol għadha kif ġiet impjegata għalliema, għall-Ingliz ġiet impjegata għalliema ‘supply’ li se tintbagħat minflok għalliema fis-Sekondarja biex l-għalliema tas-Sekondarja tintbagħat il-Higher Secondary fejn għandna għalliema tal-Ingliż nieqsa, u fil-każ tal-PE, se jkollna student teacher mill-Universita’ li jkun qed jieħu l-lezzjonijiet waqt il-perjodu tat-teaching practice. Wara it-teaching practice (wara l-Għid) se jkollna għalliem/a li jkunu spiċċaw mill-phasing-out schools li jkunu jistgħu jiġu deployed f’din l-iskola.
Infurmat ukoll li fl-MCAST m'hemmx għalliema nieqsa ta' ebda suġġett.
Fil-preżent, il-Junior College tal-Università ta’ Malta għandha post vakanti wieħed fid-Dipartiment tal-Kimika. Inħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela' dan il-post u għaddej il-proċess li jsiru l-intervisti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' gradwati mill-Università ta' Malta li gradwaw fl-aħħar sena akkademika? Kemm kien in-numru ta' gradwati minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta fl-aħħar sena akkademika u l-lokalità tal-gradwati ġew mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12910.
Skejjel primarji — tfal mhux ta' nazzjonalità Maltija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal, mhux ta' nazzjonalità Maltija li filfatt jattendu l-iskejjel primarji tad-9 u l-10 distrett, lokalità b'lokalità rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tfal mhux ta' nazzjonalità Maltija li jattendu l-iskejjel primarji tal-Istat tad-9 u l-10 distrett, lokalità b'lokalità, hu kif se nsemmi:-
Kulleġġ Santa Klara
Primarja Sliema
120
Primarja Gżira
48
Primarja San Ġwann A
43
Primarja San Ġwann B
10
Primarja San Ġiljan
40
Primarja Pembroke
70
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Msida
79
Kulleġġ Maria Regina
Primarja Għargħur
6
Total
416
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk iċ-Chairman tal-Enemed Ltd, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kif ukoll il-personal assistant tiegħu, kinux impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta qabel din il-kumpanija xoljiet? Jekk fl-affermattiv, kif kienet il-proċedura tal-ingaġġ ta’ dawn iż-żewġ persuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-persuni ġew ingaġġati bħala parti mit-transizzjoni għall-ħolqien tal-Enemed fejn is-Sur Cassar ġie appuntat bħala Chairman tal-Kumitat tal-Petroleum tal-Enemalta. Skont il-pjan, is-Sur Cassar issa qed imexxi l-Enemed.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — safar ta' uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li siefru matul l-aħħar xahrejn? Jista' jgħid fejn marru, f'liema data u r-raġuni ta' kull safra marbuta ma' xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jibqa’ juża l-HFO fl-impjant tal-BWSC jew jekk hux se jibda ju¿a d-diesel fl-istess impjant kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni tal-2013 ġaladarba issa dan l-impjant se jibda jkun fornut bil-gass mhux qabel Ġunju 2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-enerġija tal-Gvern dejjem speċifika li jkun hemm qalba waħda għall-gass. Dan se jwassal għal tnaqqis fl-emmissjonijiet bin-nofs u tnaqqis tat-trabijiet b’90%.
Jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat fejn ġie diskuss il-proġett tal-pipeline tal-gass bejn it-tekniċi Maltin u dawk Taljani saru minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid meta u f’liema pajjiż saru dawn il-laqgħat, u min attenda min-naħa Maltija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern sfrutta kull okkażjoni possibbli sabiex kemm fuq livell formali u anke informali, jiġi diskuss il-proġett tal-pipeline tal-gas bejn Malta u l-Italja. Dan sar f’diversi fora u ma’ persuni tekniċi u/jew politiċi, kemm mill-Italja u anke mill-Kummissjoni Ewropea, li b’xi mod jistgħu jmissu ma’ dan il-proġett. Dan l-isforz qed isir sa minn kmieni ħafna sabiex tiġi evitata sitwazzjoni simili bħal tal-interconnector fejn minħabba li ma kienx hemm pjanar adekwat, il-proġett sofra minn dewmien.
Jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat fejn ġie diskuss il-proġett tal-interconnector bejn Malta u Sqallija bejn it-tekniċi Maltin u dawk Taljani saru minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid meta u f’liema pajjiż saru dawn il-laqgħat, u min attenda min-naħa Maltija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa kull okkażjoni possibbli kemm fuq livell formali u anke informali, sabiex jiġi diskuss il-proġett tal-interconnector bejn Malta u l-Italja. Dan sar f’diversi fora u ma’ persuni tekniċi u/jew politiċi li b’xi mod jistgħu jmissu ma’ dan il-proġett. Dan l-isforz qed isir billi ma kienx hemm pjanar adekwat fis-snin li għaddew u b’hekk il-proġett sofra minn dewmien.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern jew kumpanija tiegħu ssellifx/isselfitx somma flus marbuta mat-trasferiment tal-Petroleum Division għall-Enemed? Jekk iva, x’kien l-ammont tas-self u mingħand liema bank/banek issellef? X’kienu r-rati tal-interess f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont meħtieġ għall-operazzjoni tal-Petroleum Division ġie ffinanzjat mill-Kumpanija l-ġdida. I-informazzjoni bankarja hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk wasalx rapport għand l-Executive Chairman tal-Enemalta li uffiċjal tal-Enemalta ġie verbalment insultat mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid jekk l-Executive Chairman għamilx rapport lill-Pulizija fuq dak li ġara lill-uffiċjal tal-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-Enemalta ma rċiviet l-ebda rapport ta’ dan it-tip.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li rrefera għalih fil-laqgħa pubblika li hu kellu nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru, liema laqgħa ġiet irrappurtata l-għada fil-ġurnal The Malta Independent on Sunday, bit-titlu tal-artiklu Interlocking agreement reached between Enemalta, Electrogas and Shanghai Electric?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni relevanti tingħata fil-mument opportun.
Skola primarja tas-Siġġiewi – użu effiċjaenti tal-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ġew implimentati fl-iskola primarja tas-Siġġiewi mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum bil-għan li din l-iskola ssir effiċjenti fl-użu tal-enerġija? Jista’ jsemmi miżura b’miżura x’sar u kemm intefqu flus fuq kull miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’riferenza għall-miżuri li ġew implimentati fl-iskola primarja tas-Siġġiewi mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum bil-għan li din l-iskola ssir effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul dawn l-aħħar xhur sar ħafna xogħol ta' preparazzjoni u diversi laqgħat mal-entitajiet konċernati speċjalment id-diriġent tal-iskola, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa.
Ix-xogħol kollu marbut mal-ħruġ u l-aġġudikar tat-tenders issa kważi lest kollu u xi xogħlijiet fl-iskola jinsabu fi stat avvanzat. Fost l-interventi li qed isiru jew mistennija li jibdew dalwaqt ta’ min wieħed isemmi:
·
toilets
u viti tal-ilma li mistennija jnaqqsu l-konsum tal-ilma;
· insulazzjoni f'xi klassijiet biex titjieb it-
thermal comfort
;
· sistema ta’ panelli fotovoltaiċi li mistennija jiġġeneraw enerġija nadifa;
· sistema ta’
louvres
li mistennija inaqqsu x-xemx diretta fuq il-binja;
· u finalment, sistema ta’
BMS (Building Management System
) li tinkorpora fiha mezzi ta’
intelligent lighting
u ventilazzjoni. Barra minhekk dan l-intervent mistenni jgħaqqad il-kumplament tal-interventi l-oħra billi tanalizza
data
u figuri tal-konsum kemm ta’enerġija kif ukoll tal-ilma, fejn u x’ħin dan qed jiġi kkonsumat.
Dawn x-xogħlijiet bħalissa qed jiġu kkordinati biex jiġu mwettqa sabiex ma jkollom l-ebda impatt negattiv fuq it-tagħlim tal-istudenti.
Ix-xogħlijiet involuti għadhom fi stadju inizzjali u s’issa intnefqu €10,239.30 (inkluż il-VAT).