Skejjel tal-Knisja u Indipendenti – learning support assistants
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel Indipendenti, skola skola, li jitħallsu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Skejjel tal-Istat – kapijiet u assistenti kapijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru kapijiet u assistenti kapijiet ġodda fl-iskejjel tal-Istat f'Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (sa Dicembru), sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Kapijiet u Assistenti Kapijiet li nħatru fl-iskejjel tal-Istat ta’ Malta u Għawdex fis-snin 2008 – 2014, sena b’sena, hu kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Kapijiet
14
9
12
4
9
19
8
Assistenti Kapijiet
29
42
45
45
30
28
22
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –kuntratt għal servizz lil persuni li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti għal servizz jew impjieg lil persuni li laħqu l-età tal-irtirar li jaqgħu fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista' jgħid x'pożizzjoni qed jokkupaw u għalfejn ma saritx sejħa pubblika mis-Servizz Pubbliku biex jimtlew dawn il-pożizzjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –Chief of Staff fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chief of Staff li kellu fis-segretarjat tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni għar-riżenja tagħhom minn din il-kariga? Jista’ jgħid x'inhi l-kariga u grad li għandhom illum mas-settur pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Chief of Staff fis-segretarjat tiegħi illum huwa s-Sur David Caruana li sa ftit ilu kellu l-grad ta' Kap ta' Skola. Qablu bħala Chief of Staff kien hemm is-Sur Joe Caruana li iżda ma baqax f'din il-kariga wara li nħatar Segretarju Permanenti. Qabel is-Sur J. Caruana kien hemm persuna oħra li kienet designated bħala Chief of Staff li iżda l-letter of appointment tagħha baqgħet qatt ma nħarġet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta' studenti, minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja, fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex, f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru globali ta' studenti, minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja, fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex, f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, hu kif ġej:
Sena
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Total ta’ Studenti
35792
34650
33405
32329
31909
30999
30732
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, fil-livelli tal-kinder, tal-primarja u tas-sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, fil-livelli tal-kinder, tal-primarja u tas-sekondarja, hu kif ġej:
Sena
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Kinder
4,871
4,888
4,977
5,355
5,608
5,486
5,712
Primarja
15,312
14,628
14,150
13,517
13,517
13,509
13,719
Sekondarja
15,609
15,134
14,278
13,457
12,784
12,004
11,301
Total ta' Studenti
35,792
34,650
33,405
32,329
31,909
30,999
30,732
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' tfal fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena, skont il-klassi (Year u Form) tagħhom minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta' għalliema fl-iskejjel tal-Istat f'Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu jgħallmu fil-klassijiet tal-Kinder, f'dawk primarji u dawk sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' informazzjoni addizzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali tal-Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu qegħdin jgħinu lil studenti fil-klassijiet tal-Kinder, f'dawk primarji u dawk sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (minn Jannar sa Diċembru), sena b'sena? F'liema impjieg daħlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi – kap eżekuttiv
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10814, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għadux il-persuna msemmija fl-istess tweġiba? Jekk m’għadux l-istess uffiċjal, jista’ jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv ġdid u x’wassal għal dan it-tibdil?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Sinjorina Elizabeth Pisani ġiet appuntata bħala l-Kap tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi mis-17 ta’ Dicembru 2014. Dan minħabba l-aċċenn li l-Ministeru jrid jagħti fuq il-kwalità tal-Programmi Edukattivi offruti mill-istess Fondazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12823, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress dwar it-twaqqif ta’ Istitut fi ħdan il-Ministeru tiegħu għat-taħriġ tal-edukaturi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati waslu fi tmiemhom. Huwa mistenni li l-Avviż Legali li jwaqqaf l-Istitut jiġi ppublikat fil-futur qrib.
L-Imrieħel — xogħlijiet fuq il-pedestrain crossing fil-bypass
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-pedestrain crossing fil-bypass tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartment tal-Kuntratti ppublika sejħa għal Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) fit-30 ta’ Jannar 2015 sabiex ikun jista’ jibda l-proċess għall-implimentazzjoni tal-proġett inkwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala handymen f'kull skola f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kif jiġu mqassmin dawn il-handymen ġewwa kull skola, jekk huwiex fuq il-bażi ta' kemm hija kbira l-iskola jew ta' kemm imorru tfal fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ Handyman fis-servizz pubbliku ma jeżistix, u għalhekk fl-iskejjel hemm nies bil-grad ta’ General Hand li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni. Minbarra dawn il-ħaddiema hemm ukoll nies bi gradi ogħla li huma dawk ta’ Operative u Tradesman li jagħmlu xogħol tas-sengħa. In-numru ta’ dawn il-ħaddiema skola skola hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-General Hands li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni jiġu mqassma skont il-ħtiġijiet tal-iskola u tal-Kulleġġ. In-nies tas-sengħa huma assenjati mal-Kulleġġi rispettivi u għalhekk jaħdmu u jirrispondu skont il-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni ta’ kuljum kif ukoll skont pjanijiet rispettivi ta’ tisbiħ fl-istess skejjel.
Id-9 u l-10 distrett — tfal li jattendu skejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li filfatt jattendu l-iskejjel primarji tad-9 u l-10 distrett, lokalita b'lokalità rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji tal-Istat tad-9 u l-10 distrett, lokalità b'lokalità, hu kif se nsemmi:
Total
Subien
Bniet
Kulleġġ Santa Klara
Primarja Sliema
285
147
138
Primarja Gżira
198
106
92
Primarja San Ġwann A
355
181
174
Primarja San Ġwann B
183
93
90
Primarja San Ġiljan
157
76
81
Primarja Pembroke
487
262
225
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Msida
326
164
162
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja Għargħur
129
66
63
Total
2120
1095
1025
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — safar ta' uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12901 u jgħid liema kienu l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li siefru matul il-perjodu ta' Ottubru u Novembru 2014? Jista' jgħid fejn marru, f'liema data u r-raġuni ta' kull safra marbuta ma' xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-perjodu msemmi saru sitt safriet marbuta ma’ xogħol fil-Greċja, Italja, Brussel, Italja, Ċina u Iżrael. Dawn is-safriet saru mill-Executive Chairman, Senior Professional, Executive Directors, u Managers.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Foundation for Tomorrow Schools f’Malta u Għawdex separatament kull sena minn Jannar 2008 sal-lum? Fuqiex kienet kull nefqa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus matul dawn l-aħħar ħames snin minn kull skola tal-Istat fuq teaching aids edukattivi, sena b'sena? X'kienu dawn ir-riżorsi, skola bi skola u sena b'sena u f'liema kwalità? Kif ġiet koperta n-nefqa għal dawn ir-riżorsi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi fejn ġenituri ttellgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta' uliedhom mill-iskola obbligatorja bejn Marzu 2013 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Minn liema lokalitajiet l-aktar li kien hemm tfal li ma attendewx l-iskola matul dan il-perjodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każi fejn ġenituri ttellgħu t-Tribunal Reġjonali minħabba assenteiżmu ta’ uliedhom mill-iskola obbligatorja hu kif se nsemmi:
Marzu 2013 sa tmiem is-sena skolastika 2012-13: 905
Settembru 2013 sa tmiem is-sena skolastika 2013-14: 1611
Settembru 2014 sa Diċembru 2014: 448 (dawn għadhom se jidhru quddiem it-Tribunal għax is-seduti jsiru b‘lura. Dawn ġew riferuti lit-Tribunal mis-Servizz ta’ Ħidma Soċjali fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti minħabba li t-tfal tagħhom fallew l-skola mingħajr raġuni valida din is-sena skolastika)
Il-lokalitajiet fejn l-aktar kien hemm każi ta’ assenteiżmu kienu Bormla, San Pawl il-Baħar, Valletta, Qormi, Ħamrun, B’Kara, Ħaż-Żebbuġ, Marsa u Birżebbuġa.
Skejjel tal-Gvern, Knisja u Privat – tfal bi bżonnijiet speċjali fi skejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn it-tfal f'dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Primarji tal-Gvern hemm 1548 studenti li huma statemented kif ġej:
529 student statemented ‘one to one’,
763 student statemented ‘shared in the same class’,
195 student statemented ‘shared’,
61 student statemented ‘benefits’.
Infurmat ukoll li n-numru ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel Primarji tal-Knisja huwa 589, filwaqt li fl-iskejjel Primarji Indipendenti huwa 126.
Dawn it-tfal jingħataw għajnuna hekk kif speċifikat fl-iStatement of Needs li jinħareġ mill-iStatementing Moderating Panel b’konformità mal-ittra ċirkolari HRD 27/12.