Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta siefer fuq xogħol? Fejn mar, f’liema dati siefer? X’kien l-iskop ta’ kull mawra li għamel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija siefret erba’ darbiet fuq xogħol fil-Korea t’Isfel, Iżrael, Portugal u ċ-Ċina.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, miżura b’miżura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ħaddiema rtirati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fi ħdan id-dipartimenti, l-azjendi, awtoritajiet eċċ fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol li rtiraw bl-età minn Marzu ta' 2013 u dawn inżammu fl-impjieg jew ingħataw kuntratt għal servizz wara li għalqu l-eta tal-irtirar? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex persuna tibqa’ fl-impjieg jew tingħata kuntratt għal servizz? Jista' jgħid x'inhuma l-pożizzjonijiet li qed jokkupaw dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sal-aħħar tal-2013, ma kienx hemm ħaddiema mid-Direttorati tal-Edukazzjoni u mid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi li rtiraw bl-età u li ngħataw kuntratt għal servizz. Matul dan l-istess perjodu, persuna waħda, fi grad ta’ Teacher, kellha l-impjieg tagħha estiż sa tmiem is-sena skolastika 2012/2013.
Matul l-2014, persuna waħda, fi grad ta’ Teacher, kellha l-impjieg tagħha estiż sa tmiem is-sena skolastika 2013/2014. Żewg persuni oħra li rtiraw matul l-2014 ingħataw kuntratt ta’ servizz mid-Direttorat tal-Edukazzjoni. Waħda ingħatat kuntratt ta’ servizz bħala Task Officer responsabbli mill-Inclusive Education Placements u l-persuna l-oħra ingħatat kuntratt ta’ servizz fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Ukoll, kien hemm żewg persuni oħra li nżammu fl-impjieg wara li rtiraw matul l-2014, wieħed bħala Chief of Staff u l-ieħor bħala Manager fil-Vocational Education Unit.
It-teachers li ngħataw estensjoni tal-impjieg tagħhom huwa skont proċeduri stabbiliti sabiex ma jkunx hemm interruzjoni tat-tagħlim sat-tmiem is-sena skolastika. Il-persuni l-oħra li rtiraw inżammu fl-impjieg minħabba l-expertise tagħhom, wieħed minnhom f’position of trust.
Rigward l-entitajiet, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kellha żewġ impjegati illi kienu nżammu fl-impjieg wara li għalqu l-età tal-irtirar. Persuna minnhom kienet tokkupa l-pożizzjoni ta' Unit Manager filwaqt li l-persuna l-oħra kienet tokkupa l-pożizzjoni ta' Executive. Dawn iż-żewg persuni baqgħu ingaġġati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, minkejja li kienu laħqu l-età tal-irtirar, minħabba l-fatt illi kienu qed jiżvolġu funzjonijiet direttament relatati ma' proġetti b'fondi Ewropej u għaldaqstant ma kienx ser ikun vijabbli għal skop tal-proġetti illi jiġu ingaġġati żewġ persuni ġodda sakemm jingħalaq u jitlesta x-xogħol pendenti fuq dawn il-proġetti b'fondi Ewropej. Dawn iż-żewġ persuni waqfu mill-impjieg tagħhom minn mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f‘Jannar 2015.
Infurmat ukoll li minn Marzu 2013, hemm tliet impjegati tal-Università ta’ Malta li ngħataw kuntratt definit ta’ impjieg wara li rtiraw bl-età u l-kuntratt indefinit tagħhom ġie tterminat. Ir-raġuni għal dan l-impjieg temporanju hu għax il-persuni kkonċernati għandhom esperjenza estensiva u għalhekk jistgħu jipprovdu taħriġ u mentoring lill-impjegati ta’ sostituzzjoni u lill-impjegati ġodda oħra fl-amministrazzjoni tal-Università. Il-pożizzjoni ta’ dawn it-tliet impjegati hi ta’ General Administrator.
Fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) irtiraw tliet impjegati li nżammu fl-impjieg. Persuna minnhom fil-grad ta’ Għalliem ingħata permess ikompli jagħti servizz ta’ għalliem fil-klassi sat-tmiem tas-sena akkademika biex ikun hemm l-inqas disturb fl-implimentazzjoni tas-sillabu fl-istess sena akkademika. Persuna oħra fil-kariga ta’ Kordinatur tal-Purchasing u Procurement ingħata estenjoni tal-kuntratt għas-servizz tiegħu fejn qed jaħdem total ta’ għoxrin siegħa fil-ġimgħa sakemm jiġi kompletat il-proċess ta’ reklutaġġ b’sejħa mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC). Il-persuna l-oħra qed tagħti kontribut fid-Dipartiment għall-Assikurazzjoni tal-Kwalità u għandu kuntratt definit għal perjodu ta’ sena. Dan l-impjegat qed jaħdem fuq riviżjoni u l-aġġornament tal-materjal akkademiku fis-settur vokazzjonali u qed jaħdem fuq l-implimentazzjoni tal-miri fuq proġetti varji ta’ riċerka.
Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi – sit elettroniku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se tkun lesta l-manutenzjoni tas-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas- Servizzi Edukattivi? Kemm ilu mhux aċċessibbli dan is-sit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm manutenzjoni ppjanata fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Is-sit elettroniku ma kienx aċċessibbli mill-Ġimgha 13 sat-Tlieta 17 ta’ Frar, 2015.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — safar uffiċjali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13753, peress li l-Ministru ma tax l-informazzjoni kollha mitluba, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ ta’ safar, min siefer, inkluż l-ismijiet tal-uffiċjali, id-dati, id-destinazzjoni u r-raġuni tas-safra, każ b’każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iż-żjarat ivarjaw bejn Konferenzi, programmi tal-Ewropa u proġetti fil-Greċja, Italja, Brussel, Italja, Ċina u Iżrael.
Skejjel tal-Istat — breakfast club –impjegati bil-liċenzja tal-food handling
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk li qed jaħdmu fil-breakfast club hux qed jintalbu li jkollhom il-liċenzja tal-food handling biex ikunu konformi mal-liġijiet tas-saħħa? Jista' jgħid kemm huma l-ħaddiema li għandhom il-liċenzja u kemm minn dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati mingħajr din il-liċenzja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fis-sejħa tal-applikazzjoni għal ħaddiema fil-Breakfast Club, l-applikanti li huma edukaturi fl-iskejjel ma ġewx mitluba li jkollhom il-liċenzja tal-food handling.
Qed isiru diskussjonijiet sabiex ikun organizzat taħriġ fejn tista’ tinkiseb din il-liċenzja.
Skejjel tal-Istat li m’għandhomx il-breakfast club
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel tal-Istat li m'għandhomx is-servizz tal-breakfast club? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn dawn l-iskejjel tal-Istat m'għandhomx dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Breakfast Clubs huwa offrut f’kull skola Primarja tal-Istat ġewwa Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru igħid kemm hemm child care centres li qegħdin parti mill-iskema ta' child care b'xejn? Jista’ jgħid kemm kull ċentru għandu tfal taħt din l-iskema? Jista’ jikkonferma li dawn iċ-ċentri kollha huma reġistrati mad-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali u jgħid x'inhuwa n-numru tat-tfal li suppost jistgħu jżommu dawn ic-child care centres?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ Childcare Centres li huma reġistrati fl-iskema bħalissa huwa ta’ 78. Dawn iċ-ċentri kollha huma reġistrati mad-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali li swiet lill-Gvern l-iskema li introduċa ta' child care b'xejn fl-2014? Jista’ jgħid kemm igwadanjaw familji minn din l-iskema? Jista’ jgħid minn liema xahar fl-2014 bdiet din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema taċ-Childcare bla ħlas daħlet fis-seħħ fl-1 ta’April 2014 u minnha ibbenefikaw 3,857 tifel u tifla sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 u 330 mill-1 ta’ Jannar s’issa. In-nefqa fuq l-iskema matul l-2014 kienet ta’ €5.2 miljun.
Informazzjoni ta’ kemm ibbenefikaw familji mhux possibbli tingħata f’dan l-istadju, peress li l-proċess li qed jitħaddem huwa wieħed manwali, u kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata b’mod individwali. Id-Dipartiment qiegħed fi proċess li jimplimenta sistema diġitali, dik ta’ Childcare Information System, li waħda mill-funzjonijiet tagħha tkun li tista’ tinġabar din it-tip ta’ informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child care centres tal-Istat f'Malta u Għawdex? F'liema sena ħarġu l-permessi relevanti għal dawn iċ-ċentri? F'liema xahar infetħu dawn iċ-ċentri? Kemm għandhom tfal dawn iċ-ċentri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lid-dipartiment regolatur fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal qed jattendu bħalissa l-literacy programme NWAR tal-FES għat-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa, 253 tifel u tifla flimkien ma’ ġenitur/kustodju wieħed jew waħda tagħhom qegħdin jattendu l-programm ta’ litteriżmu NWAR. Il-programm jopera fi 11-il ċentru madwar Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa sabiex jiġi ingaġġat ic-Chief Executive Officer tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi? Jista’ jgħid jekk il-persuna li ġiet ingaġġata kenetx membru tas-Segretarjat tal-Ministru? Jekk iva, x'kienet il-pożizzjoni tagħha fis-Segretarjat? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li kellha mas-Segretarjat tiegħu u kopja tal-kuntratt li issa għandha fil-pożizzjoni tagħha fil-Fondazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa sabiex jigi ngaġġat Chief Executive Officer tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ssir wara li l-Ministeru jkun sodisfatt illi l-Fondazzjoni tkun tista’ tipprovdi programmi ta’ kwalità fil-Programmi Edukattivi li toffri u l-Fondazzjoni terġa’ tiġi fuq saqajha.
Il-persuna ingaġġata kienet membru fis-Segretarjat tiegħi bħala Policy Co-ordinator.
Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi – Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għalfejn inbidel il-Kap Eżekuttiv li kien hemm f'Novembru fil-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi? Jista’ jgħid għalfejn din il-persuna ta' fiduċja tiegħu kellha titlaq mill-pożizzjoni li kellha fi ħdan il-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bidla fil-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi saret minħabba l-aċċenn li l-Ministeru jrid jagħti fuq il-kwalità tal-Programmi Edukattivi offruti mill-istess Fondazzjoni.
Il-Kap Eżekuttiv preċedenti ngħata xogħol differenti fi ħdan l-istess Ministeru.
Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi – ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irreżenjaw ħaddiema mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi matul 2014? Jista' jgħid x'kienu l-pożizzjonijiet tagħhom fi ħdan il-Fondazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ ħaddiema li rriżenjaw minn mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi matul is-sena 2014, flimkien mal-pożizzjonijiet tagħhom, hu kif se nsemmi:
Childcare Assistants - 31 (impjieg part-time)
Childcare Centre Coordinators - 1
Playworkers – 154 (impjieg part-time)
HW Tutors - 1
Senior Executive – HR, Administration and Corporate Affairs – 1
CEO – 1
Programme Coordinator - 2
Nies li l-kuntratt tagħhom ġie fi tmiemu fuq bażi ta’ kuntratt definit ma kinux inklużi għaliex ir-raġuni tat-tmiem tal-impjieg ma kienetx riżenja.
Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi – trasferimenti ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi li ġew trasferiti matul is-sena 2014? Jista' jagħti r-raġunijiet għalfejn dawn ġew trasferiti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 total ta' 60 ħaddiema ġew trasferiti mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES). Minn dan it-total, 10 ġew trasferiti ma' Aġenzija Żgħażagħ wara li s-servizz Youth.inc ġie ttrasferit mill-FES għal Aġenzija Żgħażagħ f'Novembru 2014, filwaqt li 46 kienu trasferiti għan-National Literacy Agency wara li s-servizz NWAR ġie trasferit mill-FES għal din l-Aġenzija f'Diċembru 2014. L-erba' trasferimenti l-oħra fl-2014 kienu ta' ħaddiema li jagħmlu parti mill-Head Office tal-FES, tlieta minnhom fuq talba personali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel tal-Istat li għandhom is-servizz tal-breakfast club? Jista' jagħti l-għadd tat-tfal li qegħdin jużaw dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Breakfast Club jingħata f’sebgħin (70) skola Primarja f’Malta u Għawdex kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont statistika tal-attendenza miġbura kull xahar mill-iskejjel, l-għadd ta’ tfal li jattendu l-Breakfast Club huwa ta’ madwar 1,083 kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li huma ingaġġati sabiex jagħtu s-servizz tal-breakfast club? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonjiet tax-xogħol u x'inhi r-rata tal-ħlas tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li, wara sejħa għal applikazzjonijiet, in-numru ta’ persuni li jagħtu s-servizz fil-Breakfast Club huwa ta’ 638 persuna.
Il-kundizzjonijiet mitluba kienu li dawn ikunu ħaddiema tal-Gvern li jaħdmu fl-iskejjel Primarji tal-Istat f’Malta u Għawdex, kif ukoll li jkunu disponibbli jaħdmu mis-7.00 sat-8.30 ta’ filgħodu mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Ir-rata tal-ħlas sal-aħħar tal-2014 kienet ta’ €10.10 is-siegħa. Minn Jannar 2015 din ir-rata inbidlet għal €10.39 is-siegħa biex tirrifletti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw bl-età tal-pensjoni (i) għalliema; (ii) Learning Support Assistants; (iii) Kapijiet ta' skejjel (iv) Assistenti-Kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat ta' Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (sa Diċembru), sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema, Learning Support Assistants, Kapijiet ta’ skejjel u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel tal-Istat ta’ Malta u Għawdex li rtiraw bl-etá tal-pensjoni fis-snin 2008–2014, sena b’sena, hu kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Kapijiet ta' skejjel
11
13
13
8
7
3
5
Asst Kapijiet ta' skejjel
19
12
18
17
12
2
15
Għalliema
50
80
87
80
67
10
66
Learning Support Assistants
NIL
NIL
2
5
8
NIL
6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw (i) għalliema; (ii) Learning Support Assistants; (iii) Kapijiet; (iv) Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat f'Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (sa Diċembru), sena b'sena? X'kienu r-raġunijiet għal dawn ir-riżenji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema, Learning Support Assistants, Kapijiet u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel tal-Istat ta’ Malta u Għawdex li rriżenjaw fis-snin 2008 – 2014, sena b’sena, hu kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Head of School
0
0
1
1
0
0
1
Asst Head of School
0
0
0
1
1
0
0
Teacher
39
32
36
46
53
44
39
Supply Teacher
21
9
11
9
12
12
8
Instructor
3
3
0
0
1
0
0
Learning Support Asst II
1
2
5
2
2
5
5
Learning Support Asst I
0
0
0
1
1
3
1
Learning Support Asst
0
1
1
0
0
0
0
Supply Learning Support Asst
28
48
30
20
27
20
19
Facilitator
2
0
0
0
0
0
0
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, filwaqt li r-raġunijiet jistgħu jkunu varji, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-impjegat mhux obbligat jispeċifika raġuni u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tiġix rrekordjata.