Direttorat tal-Edukazzjoni – ħatra ta’ prinċipali tal-kulleġġi
Question
B’referenza għall-applikazzjoni u l-intervisti għall-post ta’ prinċipal tal-kulleġġi fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ prinċipali li ġew appuntati? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ edukaturi li ntgħażlu bħala prinċipali għall-ewwel darba? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ dawk li ma ġewx ikkonfermati fil-kariga tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li seba’ (7) Prinċipali tal-Kulleġġ qegħdin fil-proċess li jiġu appuntanti. Erbgħa (4) minn dawn il-Prinċipali tal-Kulleġġ intagħżlu għall-ewwel darba.
Infurmat ukoll li tlett (3) Prinċipali tal-Kulleġġ ma ġewx ikkonfermati fil-kariga tagħhom.
Direttorat tal-Edukazzjoni – ħatra ta’ prinċipali tal-kulleġġi
Question
B’referenza għall-ħatra ta’ prinċipali tal-kulleġġi fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar f’liema kariga jew karigi kienu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom l-edukaturi magħżula bejn Marzu 2013 u Frar 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn Marzu 2013 u Frar 2015 l-edukaturi magħżula għall-ħatra ta’ Prinċipal ta’ Kulleġġ kienu fil-grad/kariga kif se nsemmi:
· tliet edukaturi kienu Prinċipal ta’ Kulleġġ
· żewġ edukaturi kienu Kap ta’ Skola (wieħed minnhom Kap ta’ Skola Indipendenti)
· edukatur ieħor f’Marzu 2013 kien Assistent Kap ta’ Skola (Sekondarja) u fil-grad ta’ Kap ta’ Skola (Sekondarja) fil-perjodu 28 ta’ Awwissu u Frar 2015. Din il-persuna ħadmet bħala
Coordinator
fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar bejn it-22 ta’ April 2013 u s-27 ta’ Awwissu 2013
· l-edukatur l-ieħor f’Marzu 2013 kien Assistent Kap ta’ Skola (Primarja) u fil-grad ta’ Uffiċjal Edukattiv fil-perjodu Lulju 2014 u Frar 2015. Għal perjodu ta’ żmien din il-persuna tat servizz lis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport kif ukoll serviet bħala
Personal Assistant
mad-Direttur Ġenerali Servizzi Edukattivi
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti ta’ tfal biex jattendu l-literacy programme NWAR tal-FES?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fl-1 ta’ April 2015 kien għad hemm 237 talba pendenti minn ġenituri ta’ tfal biex jattendu l-programm ta’ litteriżmu għall-familji NWAR li qiegħda tmexxi l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 ta’ April 2013 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, mi¿ura b’mi¿ura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-households li kienu qed igawdu mill-Eco Reduction fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fil-perjodu:
(a) L-1 ta’ Marzu 2012 sal-aħħar ta’ Marzu 2013;
(b) L-1 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Marzu 2014; u
(c) L-1 ta’ Marzu 2014 sal-aħħar ta’ Marzu 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata kif ġej:
Mill- 1 ta’ Marzu 2012 sal-aħħar ta’ Marzu 2013 - 124,446 households
Mill- 1 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Marzu 2014 - 130,897 households
Mill- 1 ta’ Marzu 2014 sal-aħħar ta’ Marzu 2015 - 132,766 households.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10935, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tnaqqis jew żieda fin-numru ta’ għalliema u learning support assistants li pparteċipaw fil-proġett pilota bit-tablets bħala parti mill-inizjattiva One Tablet Per Child li ġie fi tmiemu matul ix-xahar ta’ Marzu 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda tnaqqis jew żieda fin-numru ta’ għalliema u Learning Support Assistants li pparteċipaw fil-proġett pilota bit-tablets mill-figuri kif mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10935.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni nvoluti fil-proġett pilota bit-tablets bħala parti mill-inizjattiva One Tablet per Child li sar bejn Ottubru 2014 u Marzu 2015 u li mhumiex għalliema, learning support assistants jew studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li tliet membri tal-istaff akkademiku u erba’ studenti mill-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta għamlu riċerka mal-għalliema u/jew studenti dwar aspetti differenti tal-użu tat-teknoloġija tat-tablets.
Erba’ membri oħra tal-istaff akkademiku tal-Fakultà tal-ICT tal-Università ta’ Malta ħejjew rapport dwar
software
użat fuq it-
tablets
fil-proġett pilota.
L-inizjattiva
One Tablet Per Child
hija mmexxija mid-Dipartiment tal-eLearning fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u l-iStandards fl-Edukazzjoni (DQSE). Madankollu, biex jitwettaq il-prinċipju ta’ konsultazjoni u parteċipazzjoni ta’
stakeholders
, twaqqaf
Steering Committee
tal-inizjattiva apposta bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti minn barra d-Direttorati. Dawn ir-rappreżentanti esterni huma l-Malta Union of Teachers, il-Malta Information Technology Agency (MITA) u l-Fakultà tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett pilota bit-tablets bħala parti mill-inizjattiva One Tablet Per Child sal-aħħar ta’ Marzu 2015? Jista’ jgħid kif u fiex intefqet din iċ-ċifra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-infieq fuq il-proġett pilota bit-tablets bħala parti mill-inizjattiva One Tablet Per Child sal-aħħar ta' Marzu 2015 kien ta’ €59,474.
Iċ-ċifra msemmija intefqet hekk:
Nefqa (€)
Kif intefqu
20,000
Internet Access Points
għall-klassijiet fl-iskejjel tal-iStat li ħadu sehem fil-proġett pilota.
15,390
Tablets, kompjuters u apparat ieħor għad-Dipartiment tal-eLearning (DQSE) biex imexxi l-proġett u jagħti t-taħriġ u l-appoġġ pedagoġiku meħtieġ.
8,666
Konsulenza mill-MITA
5,845
Aċċessorji għat-tablets.
2,900
Tablets għal studenti bi bżonnijiet speċjali.
2,700
Aċċessorji għat-tablets tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali.
2,448
Safar għal żjarat marbutin ma’ użu ta’ tablets fi skejjel barra minn Malta (Renju Unit).
1,075
Taħriġ dwar il-pedagoġija tat-tablets.
450
Software
u servizzi
online
.
Total: 59,474
It-tablets li ntużaw mill-għalliema, Learning Support Assistants u studenti fl-iskejjel li ħadu sehem fil-proġett pilota kienu mislufa mill-kumpaniji li rrispondew għas-sejħa għall-proposti li kienet inħarġet fit-8 ta’ Jannar 2014. Huwa stmat li l-valur ta’ dawn it-tablets flimkien mat-taħriġ u appoġġ tekniku jilħaq il-€200,000 li kollha ġew koperti mill-kumpaniji direttament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol/Microsoft – Memorandum of Understanding
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum of understanding li ġie ffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u Microsoft nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-aħħar li ngħata b’kirja jew ċens it-Torri ta’ Vendome f’Marsaxlokk? Lil min ingħata? X’kundizzjonijiet hemm? X’inhu l-ħlas marbut ma’ din il-kirja jew ċens? Jista’ jgħid jekk inħarġux permessi mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq l-istess binja fl-aħħar sentejn? Jekk iva, x’inhu l-permess li ngħata? Jista’ jgħid jekk ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq ġewwa humiex koperti bil-permessi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Torri ta’ Vendome kien ingħata b’kirja lill-Ministeru li qabel kien magħruf bħala l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali biex jiġi restawrat u żviluppat bħala Fisheries & Marine Museum. Il-ħlas marbut ma’ din il-kirja kien ta’ €1,640. Minħabba ċaqliq fid-dekasteri il-kirja ta’ dan it-Torri issa tgħajjat lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima. Madankollu, minn spezzjoni li saret dan l-aħħar irriżulta li dan it-Torri qed jiġi okkupat minn għaqda sportiva u għaldaqstant, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ser jieħu l-passi meħtieġa dwar din l-okkupazzjoni.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirrizultax li ħargu xi permessi fuq din il-binja għal dawn l-aħħar sentejn. Minn spezzjoni li saret fuq dan il post irrizulta li x-xogħolijiet li qed isiru jikkonsistu minn tneħħija ta’ kisi minn xi ħitan minn gewwa, tqegħid ta' xi madum tal-art u tindif ġenerali tal-post. Ma gie nnutat l-ebda tibdil strutturali jew tbaqqin ta’ ħitan. Għaldaqstant għalkemm dawn ix-xogħlijiet ma jirrikjedux permess, l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xorta ser tibqa tagħmel spezzjonijiet minn żmien għal żmien sabiex tassigura li ma jsirx ebda xogħol li jkun jirrikjedi permess.
Impjant tal-BWSC – ħlasijiet lil Shanghai Electric għall-operat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Shanghai Electric, li se tkun qed topera l-impjant tal-BWSC, hux se tirċievi ħlasijiet oħra, bħal availablity charge, service charge jew xi ħlasijiet fissi oħra apparti ċ-charge għal kull unit ta’ enerġija? Jekk iva, x’inhuma dawn il-ħlasijiet oħra u kemm hu kull ħlas fis-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni kummerċjali dwar operaturi differenti tippreġudika n-negozju tal-Enemalta plc.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex l-isem l-Ibraġġ mhux qed ikun inkluż fl-indirzz ta’ residenti taż-żona tal-Ibraġġ fil-konfini tal-Kunsilli Lokali tas-Swieqi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-isem “IBRAG” ma baqax inkluz fl-indirizz ta’ residenti taż-żona tal-Ibraġ fis-Swieqi minn meta l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363) ġie emendat biex “....jitnehhew il-kliem ‘Ibraġ fil-lokalitá Swieqi’....” mid-Disa’ Skeda tal-imsemmi Att. Dan kien sar permezz ta’ Avviż Legali 179 tal-2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet Malta fuq Edukazzjoni fl-2014 bħala persentaġġ tal-GDP?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika dwar in-nefqa ta Malta fuq l-edukazzjoni fit-2014 għadha mhux disponsibbli.
Din l-istatistika tkun miġbura mid-dipartiment kkonċernat u pubblikata għall-aħħar tas-sena 2015.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-enerġija bħala medja kull xahar minn Jannar 2014 sal-aħħar ta' Frar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kummenti prinċipali tal-Gvern Malti fuq l-istrateġija tal-Energy Union li għadha kemm ħabret il-Kummissjoni Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni ta’ Malta hi ta’ support fil-prinċipju, madanakollu diskussjonijiet dwar dan għadhom għaddejjin.
National Renewable Energy Action Plan – kontribuzzjoni ta’ elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid skont in-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) x’inhi l-kontribuzzjoni ta’ elettriku li dan il-pajjiż ħa jkun qed jiġġenera mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart ħalli jilħaq il-mira tas-sena 2020, u ċjoè, li 10% mill-enerġija kollha li tiġi kkunsmata f’pajjiżna tiġi minn sorsi li jiġġeddu? Jista jgħid meta dan il-pjan, li oriġinarjament kellu jkun ippublikat f’Settembru 2013, se jkun ippublikat? Jista’ jgħid jekk hux se jkun ippublikat Abbozz li jkun miftuħ għal Konsultazzjoni Pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tkun inkluża fl-istess pjan imsemmi li se jinħareġ għall-pubbliku. Il-pjan il-ġdid se jkun fattibbli u jirrifletti d-deċiżjonijiet tal-MEPA f’dawn l-aħħar ġimgħat. Il-Gvern laħaq l-interim targets tar-renewables.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Energy Policy għadhiex fis-seħħ jew le? Jekk le, meta beħsiebu jabbozza l-Energy Policy l-ġdida? Peress li f’Ottubru 2014 kien qal li l-policy ssir kull numru ta’ snin, jista’ jgħid meta se jippubblikha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Energy Policy eżistenti għadha fis-seħħ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9915, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi s-siti kollha li qed ikunu kkunsidrati?