Legislature:
Category:
Reset
Active:

Alternative Learning Programme — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qed jattendu l-Alternative Learning Programme f’nofs Ottubru 2014? Kemm hemm studenti li baqgħu jattendu sa nofs April 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li kienu jattendu l-Alternative Learning Programme f’nofs Ottubru 2014 kien 251, filwaqt li f’nofs April 2015 kien 198.

Alternative Learning Programmes – għalliema u trainers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema u trainers fl-Alternative Learning Programme f’nofs April 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema u trainers fl-Alternative Learning Programme f’nofs April 2015 kien ta’ 23 u 11 rispettivament.

Alternative Learning Programme – tfal li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal li attendew l-Alternative Learning Programme u li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC? Jekk iva, kemm kien hemm? Għal liema eżamijiet qagħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandha l-iskola, fis-sena skolastika 2014–2015 ma kienx hemm studenti tal-Alternative Learning Programme (ALP) li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC. L-Alternative Learning Programme huwa maħsub biex iwassal lill-istudenti għal kwalifiċi tal-Ewwel u t-Tieni Livell fuq il-Qafas Malti tal-Kwalifiċi.

Għalliema – sabbatical – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għalliema applikaw għal sabbatical? Jista’ jgħid xi kriterji ntużaw? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-kriterji tal-għażla fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid minn min kien iffurmat il-Bord tal-Għażla għall-għalliema li talbu li jieħdu sabbatical?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ persuni fi gradi ta’ għalliema li applikaw għall-Paid Study Leave kien ta’ wieħed u għoxrin (21). Il-kriterji tal-għażla huma kif ġej: 1. Relevance of Studies 25 % 2. Recommendations and Motivational Statement 25 % 3. Track Record (C.V. & GP 47) 25 % 4. Previous Paid / Unpaid leave during the last 3 years 25 % Il-Bord tal-Għażla hu kompost minn Chairperson u żewġ membri li l-ismijiet tagħhom qed jingħataw lill-Onor. Interpellant separatament.

Raħal Ġdid — Ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ċitazzjonijiet mogħtija għal kontravenzjonijiet tat-traffiku relatati ma’ parkeġġ ħażin, karozzi jgħaddu wrong side, karozzi mitluqa fin-nofs u jostakolaw it-traffiku, fiż-żona ta’ Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid, b’mod partikolari fiż-żona tat-toroq:Triq l-Għaqdiet tal-Ħaddiema, Triq Fr. Charles Plater u Triq Wied Blandun, bejn Jannar 2014 u April 2015? Minħabba li dawn l-abbużi qed ikunu ta’ periklu u inkonvenjent għar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid x’sorveljanza qed issir mill-pulizija tal-għassa u minn dawk tas-sezzjoni tat-traffiku biex jiġu kkontrollati dawn l-abbużi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat kien hemm iċ-ċitazzjonijiet kif jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Karma, li ġew maħruġa fil-lokalitajiet indikati. Infurmat ukoll li kemm il-Pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku kif ukoll dawk Distrettwali ġew mitluba biex iżidu ir-rondi tagħhom fl-inħawi biex jipprevenu u jikkontrollaw l-inkonvenjenti msemmija.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenti/persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-persuni kollha li huma bħalissa ingaġġati mad-dekasteru tiegħu bħala konsulenti jew persons of trust jew għandhom contract for service mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jagħti dettalji dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet tagħhom kif ukoll is-salarji, il-kundizzjonijiet u l-perkaċċi kollha? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ dawn il-persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, dwar konsulenti u persons of trust nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 11356 u 13578 (konsulenti), u 11256, 14942, 15295, 15296 u 15681 (persons of trust). Rigward persuni li għandhom contract for service, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli ta’ ħames entitajiet kif ġej: Tabella ‘A’ - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla Tabella ‘B’ - Kunsill Malta għall-Isport Tabella ‘C’ - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ Tabella ‘D’ - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi Tabella ‘E’ - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada Infurmat li l-entitajiet pubbliċi l-oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi m’għandhomx persuni ingaġġati b’ contract for service. It-tagħrif dwar persuni li għandhom contract for service fid-Direttorati/Dipartimenti jkun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. Informazzjoni Addizzjonali - Ara dokumenti PL 4993 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 18 ta' Mejju 2015 f'Seduta 264. ,

MCAST – riforma fl-edukazzjoni vokazzjonali

Question

B’referenza għal artiklu li deher fl-ewwel paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Times of Malta ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015 dwar ir-riforma vokazzjonali u l-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid kemm mistenni jiżdied in-numru ta' lecturers fi ħdan l-MCAST wara li tkun saret din ir-riforma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ lecturers jiżdiedu minn sena għal sena skont l-għadd ta’ studenti li jirreġistraw fid-diversi programmi li joffri l-Kulleġġ.

Konsorzju Electrogas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pagament sar mill-1 ta’ din is-sena sal-lum mill-konsorzju Electrogas lil Enemalta mit-€30 miljun li l-konsorzju Electrogas kellu jħallas lill-Enemalta? Ta’ kemm kien kull pagament u f’liema data ġie mħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti qed isiru skont l-iskeda stabbilita. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Stqarrija numru 142986 (mija, tnejn u erbgħin elf, disa’ mija, sitta u tmenin) tat-22 ta’ Diċembru 2014.

Ambaxxata Maltija ġewwa l-Qatar

Question

Jista’ l -Ministru jgħid meta se tinfetaħ l-Ambaxxata Maltija ġewwa l-Qatar ?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-politika tiegħu dwar ambaxxati Maltin barra pajjiżna, iħaddem politika li tikkunsidra ħafna fatturi, biex tasal għad-deċiżjoni li tiftaħ, jew tagħlaq Ambaxxata Maltija. Fost dawn il-fatturi hemm kunsiderazzjonijiet finanzjarji, ta' riżorsi umani, l-ambjent politiku fil-pajjiż konċernat, kif ukoll ir-relazzjonijiet li tali pajjiż ikollu ma' pajjiżna. Dan iwassal biex tiġi stabbilita lista ta' prioritajiet. Irrid ninforma li dan is-suġġett tqajjem waqt diskussjonijiet li kelli mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Qatar meta żort il-Qatar is-sena l-oħra. Għalissa, m'hemm ebda data stabbilita meta tista' tinfetaħ Ambaxxata Maltija fil-Qatar.

MCST — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li llum jaħdmu mal-MCST, kemm dawk b’kuntratt definit kif ukoll dawk b’kuntratt indefinit bl-isem u l-kunjom tal-persuna, il-job title u d-data tal-impjieg tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-pożizzjoni/grad u d-data tal-impjieg tal-persuni kollha li jaħdmu mal-MCST. Rigward l-isem u l-kunjom tal-persuni impjegati, peress li l-informazzjoni mitluba tista' twassal għal nuqqas ta' ħarsien tad-dritt għall-privatezza ta' individwi, l-informazzjoni mitluba se tingħata lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li kważi 60% tal-persuni li jaħdmu mal-MCST kienu impjegati qabel Marzu 2013.

Klabb 3-16 — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li qed jattendu l-programm Klabb 3-16 mxerred ma’ Malta u Għawdex matul is-sena skolastika 2014-2015? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tat-tfal li qed jattendu l-programm lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ edukaturi li qed jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan il-programm lokalità b’lokalità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Tabella 'A' hija dwar in-numru ta' tfal li rreġistraw u li qed jattendu l-programm lokalità b'lokalità, filwaqt li Tabella 'B' hija lista aġġornata ta' edukaturi fiċ-ċentri ta' Klabb 3-16 lokalità b'lokalità.

Alternative Learning Programme – opportunità ta’ taħriġ fl-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet u kumpaniji privati li offrew lill-istudenti fi ħdan l-Alternative Learning Programme opportunità ta’ taħriġ fl-impjieg matul is-sena skolastika 2014-2015? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti abbinat ma’ kull kumpanija/entità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-entitajiet u kumpaniji privati li offrew lill-istudenti fi ħdan l-Alternative Learning Programme opportunità ta’ taħriġ fl-impjieg matul is-sena skolastika 2014-2015 huma: 1. Motherwell Bridge – Taħriġ fil- Welding – 5 gruppi – (16-il student f’kull grupp, b’kollox 80 student). Jonqos grupp ieħor biex jattendi dan it-taħriġ. 2. Phoenicia Hotel – Taħriġ fil- catering - 14-il student - Jonqos 8 studenti oħra biex jattendu dan it-taħriġ. 3. Phoenicia Hotel - Taħriġ fil- gardening – 8 studenti.

Żjarat fiċ-Ċina minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mar fuq xogħol iċ-Ċina? F’liema dati siefer? X’kien l-iskop ta’ kull mawra li għamel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija żaret iċ-Ċina f’Novembru 2014, u r-raġuni taż-żjara hija waħda teknika.

Childcare Centres – permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn childcare centres tal-Istat f’Malta u Għawdex? F’liema sena ħarġu l-permessi relevanti għal dawn iċ-ċentri? F’liema xahar infetħu dawn iċ-ċentri? Kemm għandhom tfal dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hawn għoxrin (20) childcare centres tal-Istat. Id-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għandu d-data tal-ewwel registrazzjoni taċ-ċentru mal-istess Dipartiment, u n-numru tat-tfal li huwa rreġistrat ma’ kull ċentru huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15670 Sitting 260 2015-05-06 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għall-Finanzi

Konsum tal-Enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-enerġija bħala medja kull xahar minn Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Diċembru 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ dawk il-persuni li mill-1 ta’ Ottubru ’l hawn, ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru bħala persons of trust? Jista’ jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ottubru 2014 ‘l hawn ġew ingaġġati fil-Ministeru jew direttorati/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi sitt persuni bħala persons of trust. Wieħed minnhom kien diġa' f'position of trust iżda kien jokkupa kariga oħra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji ta’ fejn ġew ingaġġati u l-pożizzjoni ta’ dawn is-sitt persuni flimkien mas-salarju, perkaċċi, u d-data tal-ingaġġ. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tiegħi huma kollha persons of trust li l-kuntratt tagħhom huwa bbażat fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat.

MCAST – riforma fl-edukazzjoni vokazzjonali

Question

B’referenza għal artiklu li deher fl-ewwel paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Times of Malta ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min u x’forma ta’ konsultazzjoni saret dwar ir-riforma fl-edukazzjoni vokazzjonali u riorganizzazzjoni tsl-MCAST hekk kif imsemmi fl-istess artiklu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mill-Kulleġġ għamlu u qed jissoktaw b’konsultazzjoni interna kif ukoll konsultazzjoni esterna inkluż laqgħat mat-trejd unjins rappreżentati fl-MCAST. Il-President tal-Bord tal-Gvernaturi u l-Prinċipal iltaqgħu ma’ diversi gruppi ta’ impjegati biex jispjegaw ir-riforma u jieħdu feedback. Dawn il-laqgħat, inkluż laqgħa mar-rappreżentanti tal-istudenti u l-għaqdiet tal-istudenti, se jissoktaw fil-ġimgħat li ġejjin.

MCAST – riforma fl-edukazzjoni vokazzjonali

Question

B’referenza għal artiklu li deher fl-ewwel paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Times of Malta ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015 dwar ir-riforma fl-edukazzjoni vokazzjonali u l-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riċerka li fuqha mistennija tkun ibba¿ata din ir-riforma u kemm qiegħda tiġi tiswa? Jista’ jgħid ukoll min hu responsabbli għal din ir-riċerka?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riċerka ilha ssir numru ta’ xhur u tibqa’ għaddejja matul il-kors tal-implimentazzjoni . L-MCAST iddiskutiet din ir-riforma ma’ Università ewlenija Ġermaniża fost l-oħrajn kif ukoll sar eżerċizzju estensiv intern mit- top management tal-MCAST sabiex ġiet imfassla l-proposta.

Direttorat tal-Edukazzjoni – sejħa għall-post ta’ prinċipal

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12824, jista’ l-Ministru jgħid kemm, finalment kien in-numru ta’ applikanti għall-post ta’ prinċipal tal-kulleġġi fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat illi 24 applikant applikaw għall-pożizzjoni ta’ Prinċipal tal-Kulleġġ fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni.

Direttorat tal-Edukazzjoni – ħatra ta’ prinċipali tal-kulleġġi

Question

B’referenza għall-ħatra ta’ prinċipali tal-kulleġġi fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kif u minn min kien kompost il-bord tal-għażla?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-għażla inħatar mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u kien kompost mis-Segretarju Permanenti bħala Chairperson u żewġ membri li l-ismijiet tagħhom qed jingħataw lill-Onor. Interpellant separatament.