Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta – mina fis-sur faċċata ta’ St Michael’s Counterguard

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2677, jista’ l-Ministru jgħid sal-lum x’progress kien hemm biex jiġi implimentat il-proġett li bih tintuża l-mina li tinsab fis-sur faċċata ta’ St. Michael’s Counterguard fil-Belt Valletta biex din isservi ta’ passaġġ għan-nies? Għad hemm il-ħsieb li dan il-passaġġ jiġi restawrat u jiġi stallat people mover fil-forma ta’ escalator ħalli jiffaċilità l-passaġġ tan-nies mill-foss għal ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, meta hu maħsub li jinbeda dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Il-proġett indikat mill-Onor. Interpellent għadu parti mill-programm tal-Gvern għar-riabilitazzjoni taż-żona. Dan il-proġett qiegħed jiġi mfassal biex jinkorpora kemm faċilitajiet ta’ parkeġġ, kif ukoll passaġġ għall-pubbliku li mill-foss iwassalhom ġewwa l-Belt minn ġo mina antika li tinstab fis-swar. Xogħol fuq dan il-proġett jista’ jseħħ hekk kif jiġu allokati l-fondi neċessarji, u wara li tiġi ppublikata l-Pjan għall-Immaniġjar tat-Traffiku ġewwa l-Belt li qiegħed jiġi mfassal minn Transport Malta.
Leg 12 PQ #17873 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Billboards bil-permess tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-billboards kollha li għandhom il-permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’pajjiżna llum u jindika l-post fuq is-siteplan, id-data ta’ meta saret kull applikazzjoni u meta ngħata l-permess, flimkien mar-referenza ta’ kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Tfal bi bżonnijiet speċjali – skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu skejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti hu kif se nsemmi: Skejjel Primarji tal-Gvern - 1490 Skejjel Primarji tal-Knisja - 533 Skejjel Primarji Indipendenti - 114

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Barranin li jaħdmu b’kuntratt mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent qegħdin jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat tal-Operat u l-entitajiet li n-numru ta’ barranin li qegħdin jaħdmu fid-dekasteru tiegħi hu kif se nsemmi: Direttorati/Dipartimenti 36 persuna barranija. Il-maġġoranza kbira tagħhom jaħdmu fil-qasam edukattiv fil-klassi. In-nazzjonalitajiet li ġejjin minnhom huma: Renju Unit, Italja, Spanja, Polonja, Ungerija, Litwanja, Rumanija, Latvja, Greċja, Belġju, Slovakja, Stati Uniti, Russja, Turkija, Marokk, Eġittu, Każakstan u l-Peru’. Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi Żewġ persuni barranin, waħda mil-Litwanja u l-oħra mill-Marokk. Dawn jaħdmu fl-iskemi edukattivi li hi responsabbli għalihom il-Fondazzjoni. Hemm ukoll tmien persuni b’ċittadinanza doppja fosthom dik Maltija. MCAST F’din l-istituzzjoni edukattiva hemm 13-il impjegat ta’ nazzjonalità barranija. Il-maġġoranza kbira tagħhom jaħdmu bħala Lecturers. In-nazzjonalitajiet li ġejjin minnhom huma: Slovenja, Kroazja, Stati Uniti, Renju Unit, Slovakja, Greċja, Italja u Polonja. Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija, wieħed Taljan/Brittaniku u l-persuna l-oħra mir-Russja. Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla Erba’ persuni ta’ nazzjonalità barranija, tnejn mill-Ġermanja, wieħed mill-Polonja u l-ieħor mill-iStati Uniti. Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ Erba’ persuni ta’ nazzjonalità barranija, tnejn mir-Renju Unit, wieħed minn Franza u ieħor mis-Slovakkja. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar l-Università ta’ Malta għadu ma ngħatax minn din l-istituzzjoni.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista’ sħiħa tal-konsulenti differenti li jaħdmu mal-Ministeru u l-oqsma kollha li jaqgħu taħtu u f’kull każ f’liema qasam qed tingħata konsulenza u b’liema tip ta’ remunerazzjoni u kemm hi din ir-remunerazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Skejjel — facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ facilitators f'kull kulleġġ, skola bi skola u klassi bi klassi? Kull kulleġġ kemm talab facilitators tul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u kemm fil-fatt ġew provduti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-grad ta' Facilitator ilu s-snin li nbidel f'Learning Support Assistant (LSA). L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena skolastika, fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja u indipendenti, f’Malta u Għawdex? Jista' jagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena skolastika, maqsum fi bniet u subien, hu kif ġej: Studenti bniet li spiċċaw il-Form 5 Studenti subien li spiċċaw il-Form 5 Total ta’ studenti li spiċċaw il-Form 5 Skejjel tal-Istat 1361 1269 2630 Skejjel tal-Knisja 690 786 1476 Skejjel Indipendenti 205 264 469

Skejjel liċenzjati għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Hemm talbiet pendenti? Jekk iva, jista' jgħid min applika, meta u f'liema lokalità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li preżentement hawn 46 skola f’Malta u waħda f’Għawdex liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin. Hemm tliet talbiet pendenti, waħda fil-lokalità tal-Mellieħa datata f’Jannar 2015, oħra fil-lokalità ta’ San Ġwann u saret fi Frar 2015 u l-oħra fil-lokalità ta’ San Ġiljan datata f’April 2015.

Tfajliet li waqfu mill-iskejjel minħabba tqala

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfajliet li din is-sena skolastika waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal? Mil-liema skejjel waqfu dawn it-tfajliet? X'età kellhom dawk li waqfu mill-iskola minħabba din ir-raġuni? Din is-sena skolastika,kemm kien in-numru ta' tfajliet li minkejja li ħarġu tqal, baqgħu jattendu l-iskola? Dan in-numru, kif jitqabbel mas-sentejn skolastiċi ta' qabel din?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: Sena Età tat-TfajlietNumru ta’ TfajlietKomplew l-iskola 20151453 1532 1620 20141442 1592 20131211 1322 1431 153 (1 kienet tattendi skola tal-Knisja)1 1620 L-istudenti kollha ħlief waħda jattendu, jew kienu jattendu, skejjel tal-Istat. Minħabba s-suġġett sensittiv u raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-Dipartment Servizzi għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma jħossx li għandu jispeċifika f’liema skejjel jattendu jew kienu jattendu dawn it-tfajliet.

Skejjel Sekondarji – studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal minn skejjel sekondarji li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 u 2015, maqsuma f’bniet u subien?? Kemm minnhom, qagħdu għall-eżami tal-MATSEC maqsuma bniet u subien,? Kemm minnhomġabu eżami wieħed, tnejn, tliet, erba', ħamsa jew iktar, maqsuma f’bniet u subien,?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija hu kif ġej: Studenti bniet li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 - 2015 Studenti subien li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 - 2015 Total ta’ studenti li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 - 2015 Skejjel tal-Istat 1361 1269 2630 Skejjel tal-Knisja 690 786 1476 Skejjel Indipendenti 205 264 469 Infurmat ukoll li fis-sena 2014/2015 qagħdu 1978 bniet u 1942 subien għall-Eżamijiet tas-SECE mill-iskejjel sekondarji. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, għalkemm ir-riżultati ħarġu (illum), l-informazzjoni mitluba għadha mhix disponibbli. (Informazzjoni Addizzjonali - Ara Dokument Nru. 5419 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 293, nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Lulju 2015)

Università ta’ Malta – studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija f'din is-sena Universitarja? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti barranin fl-Università ta’ Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija f’din is-sena akkademika u mil-liema pajjiż ġejjin.

Università ta’ Malta – studenti Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija f'din is-sena universitarja,? Jista' jgħid mil- liema lokalitajiet ġejjin l-istudenti Maltin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti Maltin fl-Università ta’ Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija għal din is-sena akkademika u mil-liema lokalitajiet ġejjin.

Università ta’ Malta – korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu żgħażagħ fil-korsijiet differenti li bdew fis-sena akkademika 2014-2015 fil-fakultajiet kollha tal-Università ta’ Malta u kemm minnhom spiċċaw is-sena kollha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti li daħlu fil-korsijiet li bdew fis-sena akkademika 2014/15. Iktar informazzjoni dwar in-numri ta’ studenti li spiċċaw is-sena tkun disponibbli għall-aħħar ta’ Lulju 2015.

Studenti – korsijiet part-time u full-time f’livell ta’ Masters u PhD

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li fil-preżent, qed isegwu korsijiet f'livell ta' Masters u PhD, maqsuma skont is-'suġġetti differenti, skont is-sess u kemm minnhom qed isegwu korsijiet part-time jew full-time,?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti li, fil-preżent, qed isegwu korsijiet f’livell ta’ Masters u PhD, maqsuma skont is-suġġetti differenti, skont is-sess, u skont l-attendenza għall-kors, jiġifieri part-time jew full-time.

Skejjel tal-Knisja u Indipendenti — rappreżentanza

Question

Peress li skont notifika li rċevew il-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Knisja datata Ġunju 2015 intqal "The CSA have been informed by the Minister of Education that Church Schools and Independent Schools should each be represented at the Institute of Education" jista' l-Ministru jgħid jekk allura il-Gvern hux se jivvota favur l-emenda li resqet l-Oppożżizzjoni għall-Avviż Legali 140, liema avviż sal-lum jagħti biss repreżentenza waħda unika għall-Iskejjel tal-Knisja u l-Iskejjel Privati flimkien bħala rapreżentant wieħed għall-iskejjel mhux Statali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser tiġi ppreżentata emenda għall-Avviż Legali lill-Kabinett.

Giovanni Curmi Higher Secondary School — intake ta' studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-intake li jmiss ta' Settembru 2015 għall-Giovanni Curmi Higher Secondary School hux se jkunu aċċettati studenti li jkollhom Level 3 School Leaving Certificate mingħajr ma jkollhom l-ebda ċertifikat ieħor tal-MATSEC?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għaddejjin taħditiet ma’ Giovanni Curmi Higher Secondary School sabiex iċ-ċertifikat tat-tmiem is-sekondarja (SSC&P) li jkun ta’ Livell 3 jkun eliġibbli sabiex wieħed jidħol f’din l-iskola post-sekondarja. Dan qiegħed isir sabiex jingħata rikonoxximent tal-livell għoli tal-assessjar li jsir fit-tmiem is-sekondarja mill-iskejjel. Qiegħed jiġi rikonoxxut ukoll il-livell milħuq mill-istudenti, sew f’Livell 3, 2 jew 1. Fl-istess waqt l-istudenti qed ikunu inkoraġġiti bħal snin oħra biex jiksbu l-aħjar riżultati fl-eżamijiet tal-MATSEC ukoll. Dan barra l-fatt li l-istudenti jkomplu jiġu ppreparati biex jagħmlu l-eżamijiiet tal-MATSEC.

Giovanni Curmi Higher Secondary School — suġġett mis-sezzjoni tax-Xjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li minn Settembru 2015, is-suġġett f'wieħed mix-Xjenzi kwalifika MATSEC mhux se jibqa obbligatorju għall-istudenti biex jidħlu Giovanni Curmi Higher Secondary School?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li jattendu Giovanni Curmi Higher Secondary School u li qed jagħmlu l-kors tal-matrikola biex jidħlu l-università jistgħu jibdew il-kors anki jekk ma jkollhomx suġġett tax-xjenza. L-iskola tagħti l-opportunità biex min ikollu xi suġġett nieqes (u mhux biss fix-xjenza) jkun jista` jkompli bl-istudji tiegħu filwaqt li jkun jista` jġib dak jew dawk is-suġġetti nieqsa bir-revision course tas-SEC O levels.

ETC — skemi miftuħin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħin mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jgħinu fl-impjiegi ta' ħaddiema ġodda? Jista' jgħid liema huma dawn l-iskemi u kemm għajnuna tingħata fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-1 ta’ Ġunju, 2015 il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ nediet l-iskema Access to Employment (A2E). Għalissa din l-iSkema fetħet biss għall-impiegi ta’ persuni b`diżabilità. Meta jkunu se jiġu impjegati persuni li jikkwalifikaw f’dan il-grupp, min ikun se jħaddem huwa eliġibbli li japplika għal sussidju sa massimu ta’ €125 fil-ġimgħa meta l-impjieg ikun full-time (40 siegħa). Meta l-impjieg ikun part-time (20/25/30 siegħa) is-sussidju jkun kalkulat pro-rata. Barra minn hekk, min iħaddem jista’ jitlob eżenzjoni mill-ħlas tal-parti tal-bolla tiegħu b’relazzjoni mal-impjieg tal-persuna b’diżabilità.

Għalliema – sabbatical – applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16896, jista' l-Ministru jgħid kemm intgħażlu għalliema mill-21 li applikaw għall-Paid Study Leave?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li huwa ppjanat li l-lista tal-benefiċċjarji tkun ippubblikata sal-aħħar ta’ Ġunju.

Bord tal-Matsec — Eżamijiet tal-Matematika u Fiżika

Question

Peress li fi stqarrija mill-Bord tal-Matsec dwar l-eżamijiet tal-Matematika u l-Fiżika maħruġa fis-26 ta’ Mejju 2015 kien intqal hekk: “Madankollu fil-każ tal-eżami tal-Matematika fil-livell Intermedju l-panel jikkonferma li l-mistoqsija numru 10 tal-eżami, li inzertat l-aħħar mistoqsija, kienet fuq materja li mhix fis-sillabu. Din il-mistoqsija kienet iġġorr sitt marki. Il-Bord tal-Eżamijiet tal-Matsec jiddispjaċieh dwar dan in-nuqqas u ser jieħu l-passi meħtieġa biex il-kandidati ma jkunux żvantaġġjati”, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu biex il-kandidati ma jkunux żvantaġġjati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-eżami tal-Matematika fil-livell Intermedju qed tingħata konsiderazzjoni speċjali tan-nuqqas li kien hemm f’mistoqsija numru 10 u meta ser jingħataw il-gradi skont ir-riżultati tal-marki li jġibu l-istudenti, il-Bord tal-Matsec ser jassigura li d-distribuzzjoni tal-gradi tkun fuq l-istess linji ta’ dawn l-aħħar ħames snin.