Skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja — studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li bdew is-sena skolastika 2015/2016 fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn qegħdin jattendu skejjel statali u tal-knisja primarji, sekondarji u post sekondarji Għawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li bdew is-sena skolastika 2015/2016 fl-iskejjel tal-Istat huwa:-
Primarji Malta u Għawdex - 14,195
Sekondarji Malta u Għawdex - 11,339
Post Sekondarji Malta u Għawdex - 2,700 (stima għaliex ir-reġistrazzjoni għadha għaddejja.)
Dawn it-totali jinkludu:
1,155 student fl-iskejjel Primarji tal-Istat t’Għawdex,
825 student fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat t’Għawdex, u
550 student fl-iskejjel Post Sekondarji t’Ghawdex (stima għaliex ir-reġistrazzjoni għadha għaddejja.)
Dawn il-figuri ma jinkludux 5,712-il student fil-livell tal-Kinder ta’ Malta, 267 student fil-livell tal-Kinder t’Għawdex u 152 student fir-Resource Centres.
In-numru ta’ studenti li bdew is-sena skolastika 2015/2016 fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji f’tal-Knisja u Indipendenti huwa kif se nsemmi:-
Malta
KnisjaIndipendentiTotal
Primarja6965406511030
Sekondarja684222149056
Post-Sekondarja7882371025
Total14595651621111
Għawdex
KnisjaIndipendentiTotal
Primarja5760576
Sekondarja6810681
Post-Sekondarja000
Total125701257
Infurmat ukoll li n-numru ta’ studenti reġistrati fuq korsijiet full-time bħalissa fl-MCAST hu 6,352. Minnhom, 191 qed jattendu fil-Kampus ewlieni t’Għawdex. Ta' min jgħid li dawn in-numri mistennija jitilgħu fil-jiem li ġejjin peress li l-applikazzjonijiet li ttieħdu matul it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet (29 ta’ Settembru sat-2 ta’ Ottubru) kif ukoll late applications wara t-tieni sejħa qegħdin jiġu pproċessati bħalissa.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li bdew is-sena skolastika 2015/16 fil-Junior College huwa kif ġej:
l-Ewwel sena - 1310
it-Tieni sena - 1019
Total - 2329
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pagament sar mit-€30 miljun li l-konsorzju ElectroGas kellu jħallas lill-Enemalta mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum? Ta’ kemm kien kull pagament u f’liema data ġie mħallas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15700 (ħmistax-il elf u seba’ mija).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 t’April 2013 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, miżura b’miżura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal u edukaturi li ħa sehem fil-programm Skolasajf matul is-Sajf 2014 u matul is-Sajf 2015? Jista' jgħid kemm kienet is-somma vvutata għal dan il-programm matul l-aħħar sentejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:
Numru ta’ studenti reġistrati
Numru ta’ impjegati
Vote 5627
2014
10,954
1361 (ara tweġiba għal PQ 11534)
130,000*
2015
12,388
1716
670,000*
*skont l-estimi finanzjarji ppubblikati, fondi addizzjonali ġew pprovduti.
Sena skolastika — Sistema tat-tagħlim tal-matematika
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li matul is-sena skolastika li ġejja matul dik ta' wara 2016 u 2017 tinbidel is-sistema tat-tagħlim tal-matematika magħrufa bħala abacus fl-iskejjel statali? Jekk iva, jista' jgħid x'sistema ġdida mistennija tiġi adottata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-2015 qiegħed jinkiteb il-Learning Outcomes Framework li jinkludi l-Learning and Assessment Programmes ta’ kull suġġett, skont id-dokument tal-Qafas Għall-Kurrikulu Nazzjonali (National Curriculum Framework – 2012), fosthom dawk għall-Matematika.
Fl-implimentazzjoni ta’ dan is-suġġett, li mistennija tibda gradwalment fl-2016-2017 u titkompla fis-snin ta’ wara, (wara li jintlaħaq ftehim mal-imsieħba konċernati) tkun qed issir ukoll reviżjoni tal-pedagoġija u r-riżorsi.
F’dan il-kuntest jiġi mgħarbel l-Abacus u sistemi oħra. Ta’ min ifakkar li nixtiequ nitilqu minn mudell li jiddetta kollox b’mod ċentrali għal wieħed li jagħti spazju lill-Iskejjel u lil għalliema biex jagħżlu l-aħjar riżorsi għall-ħtiġijiet tal-kuntest partikolari.
Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti — kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet, għalliema, learning support assistants u ancillary staff
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet, għalliema, learning support assistants u ancillary staff li kienu impjegati fuq bażi full-time u part-time fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju matul is-sena skolastika li għadha kif għaddiet 2014-2015? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu impjegati fi skejjel Maltin u kemm fi skejjel Għawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel statali,fis-sena skolastika 2014-2015 (Lulju 2015), kien hemm 7,213-il impjegat full-time, liema figura ma tinkludix 274 persuna li kienu b’xi forma ta’ leave. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella (Tabella ‘A’) dwar kif kienu mqassmin dawn l-impjegati.
Barra minn hekk, kien hemm ukoll impjegati klerikali u minor staff fuq bażi part-time kif ġej:
Klerikali
Officer in Scale 16 – indefinite status but could not exceed 28 hours per week - 19
Part time Clerks - 38
Part time Clerk on Suspended contract - 1
Minor Staff (sa massimu ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa ħlief għal 1 Officer in Scale 20 li jaħdem 35 siegħa fil-ġimgħa)
Part time cleaners - 20
Officers in Scale 20 - 51
Officer in Scale 20 (seconded with PS for EU Presidency 2017 & EU Funds) - 1
Officers in Scale 19 (Assimilated) - 58
Officers in Scale 18 (Assimilated) - 31
Matul is-sena skolastika 2014-2015 id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Istudenti li Jħallu l-Iskola Kmieni impjega lil dawn l-edukaturi tal-adulti fuq bażi part-time:
329 f’Malta
47 f’Għawdex
Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘B’ (l-informazzjoni qed tingħata maqsuma f’ħames tabelli) li turi n-numru ta' kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet, għalliema, learning support assistants u ancillary staff li kienu impjegati fuq bażi full-time u part-time fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju matul is-sena skolastika 2014-2015.
Infurmat ukoll li matul is-sena skolastika 2014-2015 l-MCAST kellha 6 Kapijiet ta’ Skejjel (Directors), 13 Assistenti Kapijiet (Deputy Directors), 478 Għalliem fuq bażi full-time u 14-il Learning Support Assistant.
Rigward il-Junior College, fis-sena skolastika li għadha kif għaddiet 2014-2015 kien hemm persuna waħda impjegata fil-kariga ta’ Prinċipal u persuna oħra impjegata bħala Viċi Prinċipal. Kien hemm 194 fil-kariga ta’ Junior College Academic Staff u 52 fil-kariga ta’ staff Amministrattiv, Tekniku u Industrijali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kienet tabbuża mill-benefiċċji soċjali rregolarizzat ruħha wara l-ultimatum li ta l-Gvern fi Frar li għadda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ benefiċċjarji li għamlu talba biex jirregolarizzaw ruħhom mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sal-aħħar ta’ Frar 2015, kien ta’ 236 persuna.
Direttorat tal-Edukazzjoni – għalliema u LSAs impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs ġodda li ġew impjegati mad-Direttorat tal-Edukazzjoni u li se jibdew jagħtu s-servizz tagħhom matul is-sena skolastika 2015/2016 ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew impjegati f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bi preparazzjoni għas-sena skolastika 2015/2016 ġew impjegati:
Għalliema: 169
Għalliema (supply): 41
Dawn jammontaw għal 210 u kienu imqassmin hekk;
103 fl-iskejjel sekondarji, 83 fl-iskejjel primarji, 4 fl-iskejjel post sekondarji u 20 fis-servizzi Peripatetiċi.
Learning Support Assistants (Supply) kien hemm 45. Dawn kienu mqassmin hekk;
17 bħala relievers fil-Kulleġġi
14 fl-Iskejjel sekondarji
8 fl-iskejjel primarji
6 għadhom qed jaħdmu n-notice u mistennija jibdew bħala relievers fil-Kulleġġi
Skejjel tal-Knisja u Indipendenti – għalliema u LSAs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs ġodda li ġew impjegati mal-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti u li se jibdew jagħtu s-servizz tagħhom matul is-sena skolastika 2015/2016 ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew impjegati f'livell primarju, sekondarju u post-sekondarju ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
Skejjel tal-Knisja
Skejjel Indipendenti
Primarja
Sekondarja
Post-Sekondarja
Primarja
Sekondarja
Post-Sekondarja
Għalliema ġodda
48
98
9
2
0
0
S/LSAs ġodda
74
86
0
2
14
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ facilitators f'kull kulleġġ, skola bi skola u klassi bi klassi? Kull kulleġġ kemm talab facilitators tul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u kemm fil-fatt ġew provduti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi dwar in-numru ta’ Learning Support Assistants f’kull kulleġġ, skola bi skola, waħda għall-iskejjel Sekondarji u l-oħra għall-iskejjel Primarji. Peress li hemm għadd ta' LSAs li jissapportjaw studenti fuq bażi ta' shared support, mhux possibbli li jingħata numru globali ta' kemm hemm LSAs fil-klassi.
Fis-settur tas-Sekondarja, l-istudenti huma mqassmin f'sets, options, fis-suġġetti tal-Core Competencies (CCS) u minn Form 3 sa Form 5 fil-programm tal-Core Competencies (CCP). Għalhekk l-LSAs imorru ma' studenti statemented skont l-esiġenzi tal-lezzjonijiet u skont kif inhu s-sapport li qed jingħata lil dawn l-istudenti.
Matul is-sena skolastika jkun hemm numru sostanzjali ta' studenti li jiġu statemented wara li jiġu riferuti mill-iskejjel għall-iStatementing Board. Barra minn hekk ikun hemm studenti oħrajn li jattendu għar-Review tal-iStatementing biex jew jiżdied is-sapport inkella jitnaqqas u f'xi każi wkoll jitneħħa s-sapport kollu.
Meta l-iStatementing Board jibgħat ir-rakkomandazzjoni tiegħu lid-Direttorat, jinbeda l-proċess biex l-iskola, sakemm mhux diġà jkollha LSA disponibbli, tingħata servizz ta' LSA biex tkun tista' tipprovdi s-servizz skont ir-rakkomandazzjoni tal-iStatementing Board.
Il-prassi hija li ma jkunx hemm dewmien biex tingħata l-għajnuna ta' LSA, sakemm il-persuna li jkun imissha skont l-ordni tal-mertu tkun lesta li tibda immedjatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ konsulenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17633, jista’ l-Ministru jagħti l-isem u n-nazzjonalità ta’ kull persuna indikata fil-kolona Area of Work fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
European Investiment Bank — proposti għall-proġetti ta' infrastruttura għal qasam edukattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proposti għamel jew beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti biex juża fondi mill-€5 biljun li l-European Investiment Bank qed jipproponi għall-proġetti ta' infrastruttura għall-qasam edukattiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġett qiegħed fi stat ta' diskussjoni, u għalhekk għad m'hemmx proposti konkreti.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-benefiċjarji li huma parteċipi fl-iskema tax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, bħal ma huma l-Youth Employment Programme, il-Work Trial Scheme eċċ.? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull skema simili bin-numru ta' benefiċjarji kull xahar minn meta ġiet introdotta l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel statli li fihom sar xogħol ta' manutenzjoni bejn Lulju 2015 u Settembru 2015? Jista' jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol f'kull skola li fiha saret il-manutenzjoni u x'tip ta' manutenzjoni saret f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qiegħed jinġabar peress li bħalissa qegħdin fil-fażi fejn ix-xogħol qiegħed jiġi mkejjel u ċċertifikat biex isiru l-pagamenti lill-kuntratturi li għamlu x-xogħol.
Konferenza tal-Aħbarijiet — tqassim ta' kotba fl-iskejjel
Question
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol l-Erbgħa 29 ta' Lulju 2015 dwar it-tqassim fl-iskejjel ta' kotba għall-promozjoni tad-diversità, jista' l-Ministru jgħid lil liema età jew kategoriji ta' tfal se jitqassmu dawn il-kotba? Jista' jgħid x'forma ta' konsultazzjoni saret jew se ssir mal-kapijiet tal-iskejjel, għalliema u ġenituri biex tali pubblikazzjonijiet ikunu ta' benefiċċju għall-istudenti u t-tfal Maltin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kotba ma tqassmux.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna finanzjarja ingħatat minn April 2013 sal-lum lill-iskejjel Indipendenti biex jinvestu f’riżorsi marbuta ma’ investiment f’software u liċenzji tal-IT, titjib f’faċilitajiet ta’ xjenza, titjib f’faċilitajiet sportivi, servizzi marbuta mal-ħtiġijiet individwali tal-istudenti u fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema fl-iskejjel privati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li taħt din l-iskema, magħrufa aħjar bħala Per Capita Scheme, fis-sena 2013 ġew rifonduti €649,998, fl-2014 ġew rifonduti €796,961 u sa Lulju tal-2015 daħlu applikazzjonijiet għal rifużjoni li jammonta għal €496,418.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew utilizzati flus mill-fond għas-sostenibbilità tal-iskejjel privati fl-2013, 2014 u sa issa fl-2015? F’kull każ li sar ħlas, jista’ jgħid lil liema skejjel ingħatat din l-għajnuna??
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2013, l-2014, u l-2015 (sad-data tal-mistoqsija parlamentari), l-iskejjel privati rċevew, €649,998.00, €796,961.00, u €496,418.00 rispettivament, f’għajnuna mill-fond għas-sostenibbilità.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel li rċevew din l-għajnuna, sena b’sena.
Skejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti — studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li attendew l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f’livell primarju u sekondarju matul is-sena skolastika li għadha kif għaddiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li attendew l-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f’livell Primarju u Sekondarju matul is-sena skolastika li għadha kif għaddiet, hu kif se nsemmi:
Livelltal-Istattal-KnisjaIndipendenti
Primarja1379578393374
Sekondarja1152975372342
Dawn it-totali ma jinkludux it-tfal li kienu jattendu fil-kinder u l-istudenti li kienu jattendu fl-iskejjel Post Sekondarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont allokat għall-iskejjel tal-Knisja fl-estimi tal-Gvern għas-sena kurrenti 2015? Jista’ jgħid jekk hux qiegħed jiġi kkunsidrat li din is-somma tiġi riveduta u tiżdied għall-kumplament tas-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont allokat għall-iskejjel tal-Knisja fl-estimi tal-Gvern għas-sena kurrenti 2015 huwa ta’ €53,000,000. Sal-lum, din is-somma diġà kienet miżjuda b’€4,249,449 biex telgħet għal €57,249,449. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi biex din is-somma tkompli tiżdied sal-aħħar tas-sena 2015.