B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30541, jista’ l-Ministru jgħid fejn ħarġu l-calls ta’ Manager Projects, Library Assistant, Library Attendant, meta ħarġu u fejn ġew advertised?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif diġà ntqal fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30541, fit-tliet każijiet ġiet applikata l-proċedura regulari li tiġi applikata minn Jobsplus. Min-naħa tagħhom, Jobsplus avżaw in-nies li jkunu qed jirreġistraw fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li attwalment qegħdin jaħdmu fil-Unit tal-Library Information Services? Jista’ jgħid ukoll xi kriterju u proċeduri ntużaw biex jintgħażlu dawn il-persuni u xi grad qegħdin jokkupaw? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu aktar persuni f'dan il-unit fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-Literacy and Information Support jaħdmu tmien persuni. Dawn huma tliet library assistants, library officer, żewġ għalliema/librara, senior assistant librarian u literacy support teacher b’esperjenza fil-litteriżmu u mal-SLS.
Dawn il-persuni huma kollha ex impjegati tal-SLS (Schools Library Service). Ilkoll kienu jaħdmu għal xi żmien mal-SLS u issa fl-2017 qegħdin detailed mal-Aġenżija Nazzjonali tal-Litteriżmu, jaħdmu fil-Literacy and Information Support Unit.
Hemm il-ħsieb li jiddaħħlu persuni oħra f’dan il-Unit u għal dan il-għan se jsiru sejħiet pubbliċi.
Is-Swieqi, l-Imsida, il-Gżira, San Ġiljan u Tas-Sliema – car spaces għall-persuni li għandhom disabled badge
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm car spaces riservati għall-karozzi partikolari ta’ persuni li għandhom id-disabled badge f’Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, l-Imsida u s-Swieqi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru car spaces riservati għall-karozzi partikolari ta’ persuni li għandhom id-disabled badge huma dawn:
· Sliema – 135
· San Ġiljan – 72
· Gżira – 71
· Msida – 43
· Swieqi – 22
Tfajliet li waqfu mill-iskola minħabba li ħarġu tqal
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfajliet li din is-sena skolastika waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal? Mil-liema skejjel waqfu dawn it-tfajliet? X'età kellhom dawk li waqfu mill-iskola minħabba din ir-raġuni? Din is-sena skolastika, kemm kien in-numru ta' tfajliet li minkejja li ħarġu tqal, baqgħu jattendu l-iskola? Dan in-numru, kif jitqabbel mas-sentejn skolastiċi ta' qabel din?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' tfajliet li fis-sena skolastika 2016-2017 (sa Frar) waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal kien ta’ tlieta (3). L-etajiet tagħhom huma, tnejn ta’ erbatax-il sena u l-oħra ta’ sittax-il sena.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li f’din is-sena skolastika kien hemm tfajla waħda li minkejja li ħarġet tqila baqgħet tattendi l-iskola. Fis-sena skolastika 2015-2016 kienu tnejn li baqgħu jattendu l-iskola filwaqt li fis-sena skolastika 2014-2015 in-numru ta’ tfajliet li baqgħu jattendu l-iskola minkejja li ħarġu tqal kien ta’ ħamsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna l-iskola Mariam Al Batool matul l-aħħar sitt snin u f’liema forom ingħatat din l-għajnuna? Jista’ jagħti break down tal-ammont ta’ kull għotja u d-data ta’ meta ngħatat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant. Infurmat ukoll li ma kienx hemm ħlasijiet lill-iskola Mariam Albatool qabel l-2013.
Attachments:PQ 31911 - Skola Mariam Albatool - għajnuna mogħtija.pdf
Skola Mariam Al Batool – għajnuna għal titjib infrastrutturali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28021, jista’ l-Ministru jgħid meta ngħatat l-għajnuna għal titjib infrastrutturali lill-Iskola Mariam Al Batool?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s’issa l-għajnuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. interpellant għadha ma ngħatatx.
Jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena universitarja, kemm hemm studenti Maltin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-istudenti Maltin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 31765 - Università ta’ Malta – studenti Maltin.pdf
Skejjel Sekondarji – żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn iż-żgħażagħ f'dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 1,001 studenti bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat. Rigward it-tip ta’ għajnuna li tingħata lil dawn l-istudenti, dan jiddependi mill-kundizzjoni jew diżabbiltà partikolari li jkollu l-individwu. Pereżempju, f’każ ta’ student li jkollu l-kundizzjoni tal-awtiżmu dan jingħata strateġiji partikolari u adegwati għal din il-kundizzjoni. L-istess japplika għall-kundizzjonijiet jew id-diżabbiltajiet l-oħra kollha.
Il-figuri ta’ studenti fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti huma kif ġej:
Skejjel sekondarji tal-Knisja – 724 student
Skejjel sekondarji Indipendenti – 149 student
Skejjel privati – għajnuna finanzjarja għall-ingaġġ ta’ facilitators
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tammonta l-għajnuna finanzjarja diretta mogħtija lill-iskejjel privati sabiex dawn ikunu jistgħu jingaġġaw il-facilitators meħtieġa sabiex jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali matul l-aħħar 24 xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għajnuna finanzjarja mogħtija lill-iskejjel privati għall-ingaġġ ta' Learning Support Assistants (qabel magħrufa bħala facilitators) fl-aħħar sentejn kienet tammonta għal:
2015 - €2,481,681
2016 - €2,295,223
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel tal-istat hemm Kunsill Skolastiku, skola skola? Minn min hu kompost kull kumitat ta' kull skola? Kif inhi l-proċedura preżenti biex jiġu eletti dawn il-kunsilli? X'inhuma t-terms of reference ta' dawn il-kunsilli? Kif iġibu l-fondi biex jiffunzjonaw dawn il-kunsilli? X'attivitajiet isiru minn dawn il-kunsilli? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kalendarju tal-attivitajiet ta' kull Kunsill Skolastiku għas-snin 2014/15, 2015/16 u dik preżenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ħlief għal skola waħda hemm Kunsill Skolastiku f’kull skola tal-Istat. Fil-każ tal-ALP u l-GEM, peress li l-istudenti jagħmlu biss sena skolastika waħda dawn m’għandhomx Kunsill Skolastiku imma għandhom kunsill studentesk magħmul minn numru ta’ studenti u li jitmexxa minn Assistent Kap.
Fl-iskejjel primarji u sekondarji l-Kumitat hu kompost minn tliet ġenituri u tliet għalliema flimkien ma’ President u l-Kap tal-Iskola. Fl-iskejjel post-sekondarji l-Kumitat hu kompost minn tliet studenti u tliet għalliema flimkien ma’ President u Kap tal-iskola.
Kull sentejn isiru elezzjonijiet biex jiġu eletti l-membri. Jekk ikun hemm biss tliet nominazzjonijiet ma ssirx elezzjoni u min ikun nominat jiġi elett. Fil-każ tal-iskejjel post-sekondarji l-elezzjoni ssir kull sena għall-istudenti.
Il-Kunsilli tal-iskejjel jimxu skont l-Avviż Legali 135 tal-1993 kif emendat bl-Avviż Legali 424 tal-2007.
L-iskejjel iġibu fondi mill-attivitajiet tal-
fundraising
li jorganizzaw. Dawk l-iskejjel li għandhom
tuckshop
għandhom ukoll l-profitti minnu.
L-attivitajiet huma varji. Dawn jinkludu laqgħat għall-ġenituri, ħarġiet soċjali/edukattivi, fieri tal-kotba u marathon walks fost oħrajn.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-kalendarju tal-attivitajiet ta’ kull Kunsill Skolastiku f’dawn l-aħħar tliet snin skolastiċi tinħtieg ħafna xogħol biex tinġabar u ż-żmien huwa limitat ħafna. Madankollu, jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar skejjel partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-affarijiet li għalihom inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet mill-Health and Safety Teachers fir-risk assessments tagħhom fil-perjodu bejn l-2013 u l-aħħar ta’ Diċembru 2016, ħaġa b'ħaġa, skola skola u sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-risk assessments ta' kull skola tal-Istat għall-perjodu bejn l-2013 u l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant japprezza li l-informazzjoni dettaljata li qiegħed jitlob fuq medda ta’ erba’ snin tieħu x-xogħol sabiex tinġabar kollha u ż-żmien huwa limitat ħafna. Madankollu, qiegħed nitlob lista ta' risk assessments li saru u jekk ġewx attwati r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Fil-każ li l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar xi skola jew skejjel partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm se jkun hemm sponsorships għall-masters/dottorat mill-Gvern, jew xi entità tiegħu għas-sena skolastika 2016/2017? Meta se joħorġu s-sejħiet relatati ma' dawn l-isponsorships? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi preferenza partikolari fejn se jingħataw l-isponsorships?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2016/2017 ingħataw mitejn u sitt (206) borża ta’ studju biex l-applikanti magħżula jsegwu programmi ta’ studju u riċerka li jwasslu għal kisba ta’ Masters degree jew Dottorat.
Dan l-għadd mistenni jerġa’ jintlaħaq fil-każ tal-applikanti l-ġodda li se jkunu qed japplikaw taħt is-sejħiet hawn taħt indikati mis-sena akkademika li jmiss 2017/2018.
Is-sejħiet tal-iskemi amministrati mill-i
Scholarships Unit
– Direttorat għall-Implimentazzjoni ta’ Programmi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mistennija jitħabbru kif ġej:-
Skema
Meta maħsub li jiġu mħabbra:
Malta Arts Scholarships Scheme
Marzu 2017
Sport Scholarships Scheme
April 2017
ENDEAVOUR Scholarships Scheme – Group A
Lejn l-aħħar ta’ April jew bidu ta’ Mejju 2017
ENDEAVOUR Scholarships Scheme – Group B
Lejn l-aħħar ta’ April jew bidu ta’ Mejju 2017
L-applikanti prospettivi jridu jkunu qed japplikaw biex isegwu programmi ta’ studju fl-oqsma ta’ prijorità kif ġej:-
Skema
Qasam ta’ Prijorit
à
Malta Arts Scholarships Scheme
Kull tip ta’ Arti espressiva
Sport Scholarships Scheme
Sport professjonali u l-iżvilupp tal-atleti
ENDEAVOUR
Grupp A
–
Oqsma ta’ Prijorità
ENDEAVOUR
Grupp B
–
Oqsma ta’ prijorità
Advanced Manufacturing
Management and Administration
Creative Industries
Education
Financial Services
Green Economy
International Educational Services
Health
Life Sciences
High Value Added Manufacturing
Tourism
ICT
Transport & Advanced Logistics
Veterinary Services
Science, Technology, Engineering/
Environment and Mathematics (STEM)
(Other Programme Titles may also be considered under Group B)
L-applikanti prospettivi jistgħu japplikaw biex isegwu programmi ta’ studji ma’ istituzzjonijiet edukattivi kemm f’Malta kif ukoll barra basta jkunu istituzzjonijiet edukattivi rikonoxxuti fil-pajjiż ta’ oriġini kif wkoll mill-awtoritajiet kompetenti Maltin.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati tal-gvern – mobile u fixed line imħallsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern, inkluż fis-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-Gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar minn April 2013 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda impjegat tal-Gvern fis-segretarjat tiegħi u fid-direttorati u dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li għandu iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-Gvern.
Skejjel – Capital Funds – xiri ta’ affarijiet marbuta ma’ Health and Safety
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati l-fondi allokati għal xiri ta' affarijiet marbutin mal-health and safety mill-capital fund allokat għal kull skola tal-Istat minn April 2013 sal-lum, skola bi skola u sena b'sena? Jista' jelenka l-oġġetti li nxtraw, skola bi skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-nefqa mill-Capital Funds fuq affarijiet marbuta mal-health and safety fl-iskejjel tal-Istat fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2013 u l-31 ta' Diċembru 2016. Health and Safety Equipment fosthom jinkludi CCTV, fire extinguishers, fire alarms, intercom u insectocutors. Ninforma lill-Onor. interpellant li biex tiġi elenkata lista tal-oġġetti kollha li nxtraw, skola bi skola, fuq medda ta' erba' snin tinħtieġ ħafna xogħol biex tinġabar. Għalhekk, jekk hemm xi skola partikolari jew l-Onor. interpellant għandu bżonn xi informazzjoni speċifika, nitolbu jindika fejn meħtieġ.
Attachments:PQ 31760 - Health and Safety Equipment - Capital Funds.pdf
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħlas ta’ fuels
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti, dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru minn April 2013 sal-lum rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Foundation for Tomorrow’s Schools f’Malta u Għawdex separatament kull sena minn Jannar 2008 sal-lum? Fuqiex kienet kull nefqa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel tal-Kindergarten, Primarja u Sekondarja — assenteiżmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ma marrux l-iskola matul is-sena skolastika attwali u f’dik ta’ qabilha fil-livell ta' kindergarten, primarja, sekondarja eċċ.? Jista' jgħid kemm ġranet dawn it-tfal ma marrux skola u r-raġuni li taw għan-nuqqas tagħhom? X'kienu r-raġunijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment għas-Servizzi għall-Istudent li t-tagħrif rikjest dwar in-numru ta’ studenti, kemm fil-livell primarju, kif ukoll fil-livell sekondarju, li ma attendewx l-iskola, matul is-sena skolastika attwali sal-aħħar ta’ Frar 2017 u f’dik ta’ qabilha (2015-16) hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni tkopri każijiet ta’ assenza minħabba mard, każijiet mhux ġustifikati u oħrajn fejn l-assenza kienet ġustifikata.
Rigward ir-raġunijiet li jingħataw skont l-
Addressing Attendance in Schools Procedures
li tnedew f’Ottubru 2014 il-ġenituri obbligati jċemplu u jibagħtu nota lill-Kap tal-iSkola bi spjegazzjoni biex jiġġustifikaw l-assenza tat-tfal mill-iskola. Ir-raġunijiet li jingħataw huma varji u jinkludu: raġunijiet ta’ saħħa fil-familja, mard ta’ anqas minn 3 ijiem, imwiet ta’ membri tal-familja u funerali. Huwa l-Kap tal-iskola li jiddeċiedi jekk ir-raġuni li jipprovdu l-ġenituri hija ġustifikabbli jew le. Meta t-tfal ifallu l-iskola għal aktar minn tlett ijiem minħabba mard, il-ġenituri huma mitluba jipprovdu ċertifikat mediku.
Attachments:PQ 31763 - Absences 2015-16 and 2016-17 up to end of Feb 2017.pdf
Jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena universitarja, kemm hemm studenti barranin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija? Jista' jgħid minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 31764 - Università ta’ Malta – studenti barranin.pdf