Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – Berġa ta’ Kastilja — stallazzjoni tas-sistema tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-awtorizzazzjoni li tat is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex tiġi installata s-sistema tad-dwal li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa tal-Kastilja? Jista’ jpoġġi wkoll il-kundizzjonijiet li l-istess Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet marbuta mal-istess awtorizzazzjoni għal dan l-istess xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20897.
Leg 12 PQ #20935 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Berġa ta’ Kastilja – sistema tad-dawl mal-faċċata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien il-Project Manager mill-OPM inkarigat mix-xogħol tas-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja? X’kien l-involviment tas-Sur Mario Cutajar, il-Principal-Permanent Secretary (PPS), f’dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-ewwel parti tal-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, s-sistema tad-dawl ħarġet b’tender u s-Segretarju Permanenti Prinċipali ma kellu x’jaqsam xejn fil-proċess tal-imsemmi tender.

Higher Secondary Naxxar – stationery — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux ilmenti li l-prezzijiet li qed jintalbu l-istudenti għall-photocopies mill-ħanut tal-istationery tal-Higher Secondary fin-Naxxar (li għandu monopolju għax hu l-uniku wieħed fil-konfini tal-iskola u ħwienet oħra huma ‘l bogħod sew minn din l-iskola) huma għoljin ħafna meta mqabbla mal-prezzijiet li normalment jintalbu l-istudenti minn ħwienet oħra? Jista’ jgħid jekk waslulux ilmenti wkoll li l-istudenti ma jingħatawx irċevuta meta jmorru jixtru n-notes mingħand l-istess ħanut? Jista’ jgħid jekk hux aċċettabbli li dan il-ħanut tal-istationery jitmexxa minn mara ta’ għalliem li jaħdem f’din l-istess skola u li allegatament jidher f’dan l-istess ħanut għal sigħat twal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskola qatt ma rċeviet ilmenti mingħand għalliema, ġenituri jew studenti dwar il-ħanut tal-istationery li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, la dwar prezzijiet u lanqas dwar għoti ta` riċevuti. M'hemmx obbligu li l-istudenti jixtru affarijiet ta` stationery mill-imsemmi ħanut. Għalkemm il-mara li tmexxi dan il-ħanut mhijiex impjegata la tal-iskola u lanqas tad-Direttorat, infurmat li mhux minnu li din il-persuna hija l-mara ta' għalliem li jaħdem f'din l-iskola.

Berġa ta’ Kastilja – Restoration Unit – sistema tad-dawl — konsultazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20525, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-Restoration Unit tal-Gvern ma kienx ikkonsultat fuq is-sistema tad-dawl li ġiet istallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 20525.

Berġa ta’ Kastilja – dwal mal-faċċata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja u li fuqu saru diversi provi, hux se tinżamm jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema għadha fil-proċess ta’ ‘testing and commissioning’.
Leg 12 PQ #20900 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Technical Officers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant bl-informazzjoni mitluba minnu : ASSISTANT TECHNICAL OFFICERS TECHNICAL OFFICERS SENIOR TECHNICAL OFFICERS PRINCIPAL TECHNICAL OFFICERS UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU 1 1 2 GOVERNMENT PRINTING PRESS 1 GOVERNMENT PROPERTY DEPARTMENT 14 (3 impjegati mill-Resource Support & Services Ltd) 8 (1 impjegat mill-Engineering Resources Ltd) MEPA 12

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, hemm dawn l-uffiċċjali skont it-Tabella hawn taħt: GradNumru Senior Technical Officers15 Principal Technical Officers10 Technical Officers21 Asst. Technical Officers9

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih jien responsabbli huwa kif ġej; Assistant Technical Officer 33 Principal Technical Officer 31 Senior Technical Officer 45 Technical Officer 39

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (BRINCAT, LEO)

Niforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fil-gradi msemmija huwa ta’ 32, li 30 minnhom daħlu bejn il-perjodu 1991 – 2013.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Technical Officers impjegati mal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, u l-entitajiet u jew Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru tiegħi jammonta għal 4 persuni, imqassma kif ġej: 1 Assistant Technical Officer 2 Technical Officer 1 Senior Technical Officer

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Technical Officers impjegati fid-Direttorati/Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa kif ġej: Assistant Technical Officers: 61 Technical Officers: 34 Senior Technical Officers: 12 Principal Technical Officer: 1

Kunsill – Counselling Profession

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Ministeru tiegħu milli jinnomina persuni sabiex jibda jiffunzjona l-kunsill li jirregola l-Counselling Profession, liema kunsill ġie stabbilit b’liġi lejn il-bidu ta’ din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-persuni se ssir fiż-żmien li ġej.

Direttorat tal-Edukazzjoni – Counselling Supervision

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-counselling supervision ma baqax jiġi offrut lill-counsellors u lill-counselling trainees fid-Direttorat tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-counsellors u t-trainee counsellors qatt ma ġew infurmati li l-counselling supervision ser jiġi mwaqqaf. Infurmat li l-persuna li kienet tipprovdi dan is-servizz tat ir-riżenja tagħha u sadanittant sar pjan ta’ peer supervision u kulħadd ġie infurmat b’dan il-programm fit-12 ta’ Novembru, 2015.
Leg 12 PQ #20858 Sitting 325 2015-11-16 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – arja kundizzjonata fil-Palazz Presidenzjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk inħariġx permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex dan l-aħħar ġew stallati mal-erba’ units tal-arja kundizzjonata fil-gallarija prinċipali tal-Palazz Presidenzjali hekk kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-units tal-arja kundizzjonata ġew impoġġija fil-gallarija prinċipali tal-Palazz Presidenzjali b'mod temporanju minn Heritage Malta in konnessjoni mal-Wirja li tfakkar l-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir. Dan sar b’mod kompletament riversibbli u mingħajr ma ntmiss bl-ebda mod il-bini jew l-aperturi. L-esibiti f'din il-Wirja għandhom bzonn kontroll tal-klima (per ezempju temperatura u umdita`) sabiex ma ssirilhomx ħsara. Il-Wirja ser tagħlaq fis-6 ta' Diċembru 2015 u Heritage Malta kkonfermat illi l-units ser jitneħħew sas-7 ta' Diċembru 2015.

Triq il-Kosta – ħlas lill-kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq ix-xogħlijiet ta’ Triq il-Kosta u kemm għad fadallu jitħallas kull kuntrattur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, favur iż-żewġ joint ventures, Kosta JV u RM Construction Ltd, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Triq il-Kosta, s’issa ġew iċċertifikati 18.8 miljun Ewro u 20.1 miljun Ewro rispettivament. Dawn il-joint ventures għadhom kemm ippre¿entaw kontijiet oħra li jammontaw għal total ta’ madwar 4.2 miljun Ewro u 5.8 miljun Ewro rispettivament u dawn il-kontijiet qegħdin fil-proċess li jiġu vverifikati. Baqa’ wkoll x’jitħallas l-ammont totali ta’ retention monies li jrid jiġi ċċertifikat fl-aħħar tal-proċess komplut u dan jammonta għal madwar 2.6 jew 2.7 miljun Ewro kull wieħed.

Kunsill Lokali – fixed pavement publicity sign

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mingħand kull kunsill lokali minn Jannar 2013 ‘l hawn għall-istallazzjonijiet fuq art pubblika ta’ fixed pavement publicity signs fil-lokalitajiet kollha? Jista’ jqassam din l-informazzjoni xahar b’xahar u lokalità b’lokalità? Kemm ġie impost ħlas fuq kull fixed pavement publicity sign minn kull kunsill lokali? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji ħarġu dawn il-permessi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Wirja li tfakkar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tqum il-wirja li tfakkar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir, imtella’ minn Heritage Malta? Jista’ jagħti break down tal-ispejjeż li tħallsu u li għadhom dovuti abbażi tax-xogħol imwettaq u l-kuntrattur li għamel ix-xogħol? Xi spejjeż fadal jitħallsu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-wirja li tfakkar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir ġiet tiswa €246,647.57 (VAT inkluż). Il-lista bid-detallji ta’ fejn intefqu l-flus, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nieħu l-opportunita' li nirringrazzja lill-istaff kollu ta' Heritage Malta tad-dedikazzjoni kbira li wrew biex ittellgħet din il-wirja ta' livell internazzjonali.
Leg 12 PQ #20790 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Konġunt – fidi ta’ ċnus

Question

Wara li f’Ġunju 2013 il-Prim Ministru kien iddikjara li se jfittex metodi applikabbli biex persuni li għandhom ċnus mal-Uffiċċju Konġunt u li jixtiequ jifdu, is-sistema tkun aktar faċli mingħajr burokrazija żejda, u mill-informazzjoni li għandu l-Interpellant li fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, l2016, numru konsiderevoli ta’ residenti fl-inħawi partikolarment ta’ Buġibba se jgħalqilhom iċ-ċens u li għad għandhom l-applikazzjoni tagħhom għand l-Uffiċċju Konġunt u li għadha mhux proċessata, jikkonsidra l-Prim Ministru li dawk l-applikazzjoni li huma mingħajr diffikultajiet legali, jingħataw prijorità biex l-applikazzjoni tagħhom tiġi proċessata fl-iqsar żmien possibbli? Jifhem li numru minn dawn l-applikazzjonijiet hemm involuti terzi persuni li għamlu augment ta’ ċens fuq dak dovut lill-Uffiċċju Konġunt u għalhekk il-proċess ta’ dawn l-applikazzjonijiet huma aktar u aktar urġenti? Jikkunsidra li kien ħareġ komunikat għall-Istampa sabiex dawk il-persuni li huma ippressati b’dan iż-żmien limitat jikkomunikaw mal-Uffiċċju Konġunt b’mod faċli biex juru l-urġenza tal-każ tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm ma jkunx hemm xi diffikultajiet legali jew diffikultajiet ohra, dawn il-kazijiet normalment jingħataw prijorita’ mid-Dipartiment, minhabba c-cirkostanza partikolari.

Sptar Mater Dei – floor area

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20054 u jgħid x’inhi l-floor area (gross and net) tal-wing il-ġdida tal-Isptar Mater Dei? Kemm kienet l-ispiża totali ta’ dan il-wing maqsuma fi struttura, finishes u servizzi? X’sistema ta’ procurement se tintuża sabiex iż-żewġ sulari l-oħra jinbnew fuq dan il-wing? Min hu l-perit jew min huma l-periti mqabbda fuq dan il-proġett taż-żieda taż-żewġ sulari fuq l-estensjoni l-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan ghal aktar espansjoni fl-Isptar Mater Dei ghadu qed jigi diskuss mal-istake holders ikkoncernati.

Berġa ta’ Kastilja – kuntratt tad-disinn tas-sistema tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa l-kuntratt tad-disinn tas-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja? Min ħa l-kuntratt tal-istallazzjoni tas-sistema tad-dawl? Jista’ jagħti break down tal-ispiża sħiħa għall-istallazzjoni ta’ din is-sistema?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 20373 u 20375.