Endeavour Scholarship Scheme – ħlasijiet ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex ħlasijiet ta’ fondi taħt l-iskema Endeavour Scholarship Scheme mhux qed jitħallsu lill-benefiċjarji tant li l-uffiċċju tal-Endeavour qed jitolbu lill-benefiċjarji biex ma jibqgħux jikkomunikaw magħhom fuq din il-kwistjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR hija skema ġdida li għandha l-potenzjal li tiġi ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropeja taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Programm Operattiv II għall-perjodu ġdid 2014 – 2020.
Infurmat li numru konsiderevoli ta’ benefiċjarji diġà rċevew parti mill-fondi dovuti lilhom bejn Jannar u Marzu li għadda filwaqt li l-kumplament tal-istudenti qed jirċevu l-ħlasijiet tagħhom f’dan il-perjodu u sal-aħħar ta’ Mejju l-ħlasijiet dovuti lil dawn il-benefiċjarji se jkunu effettwati.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għal supply teachers għall-iskejjel tal-istat? Kemm kien hemm sejħiet għal supply teachers fl-2015 u fl-2016 sal-lum? Kemm ġew ingaġġati supply teachers f’dan il-perijodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-aħħar sejħa għal Għalliema Supplenti (Supply Teachers) hija dik li ġiet ippubbikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,549 datata 22 ta’ Marzu 2016 u tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Marzu 2017.
Qabel din kien hemm sejħiet għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplenti f’setturi varji tal-edukazzjoni ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,411 datata 17 ta’ April 2015 u baqgħu miftuħin sal-21 ta’ Marzu 2016 minkejja li kellhom data tal-egħluq it-8 ta’ April 2016. Dan minħabba s-sejħa l-ġdida msemmija fl-ewwel paragrafu.
Infurmat li fl-2015 ġew ingaġġati 149 għalliem supplenti u fl-2016 sal-lum 17-il għalliem supplenti mir-riżultati tas-sejħa tal-2015.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm il-pjan li d-dipartiment tal-Education Regulatory Compliance Section magħruf bħala ERCS jiġi separat mid-Direttorat tal-Quality and Assurance u jiġi mwaqqaf mill-ġdid bħala entità awtonoma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx pjan li l-Education Regulatory Compliance Section (ERCS) tkun entità separata mid-Dipartiment tal-Quality Assurance fi ħdan id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DQSE).
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS) u l-programm STEPS twaqqfu, meta twaqqfu u jekk inħarġitx skema ġdida minflokhom? Jista’ jindika kemm ingħataw scholarships taħt l-iskemi MGSS u STEPS sa mill-bidu tagħhom, għal liema korsijiet ta’ studju kienu , f’liema Universitajiet saru dawn il-korsijiet u għal kemm-il sena ngħatat l-għajnuna lil kull student benefiċjarju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Malta Government Scholarships Scheme (MGSS) b’effett minn Mejju 2015 ġiet amalgamata fl-iskema ġdida ENDEAVOUR Scholarships Scheme. Il-programm STEPS kien proġett li kien igawdi minn ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Programm Operattiv II . Dan il-proġett li kien ġie mniedi fl-2009 ġie fi tmiemu f’Diċembru 2015 billi kien jaqa’ taħt il-perjodu ta’ programmi 2007 – 2013.
Sa minn meta kienet ġiet imnedija l-iskema
MGSS
fl-2006 sal-2015 meta ġiet amalgamata taħt l-iskema ġdida
ENDEAVOUR,
ingħataw mitejn u ħamsa u tletin (235) borża ta’ studju fil-livell ta’
PhDs/Professional Doctorates
u mitejn u tmienja u għoxrin (228) borża ta’ studju fil-livell ta’
Masters.
Jiġifieri b’kollox ingħataw total ta’ erba’ mija u tlieta u sittin (463) borża ta’ studju taħt l-iskema MGSS.
L-ewwel sejħa taħt l-iskema STEPS kienet fl-2009 filwaqt li l-aħħar sejħa kienet fl-2012. Matul dan il-perjodu ngħataw tnejn u tmenin (82) borża ta’ studju fil-livell ta’
PhD
u seba’ mija u wieħed u tmenin (781) borża ta’ studju fil-livell ta’
Masters
jiġifieri total ta’ tmien mija u tlieta u sittin (863) borża ta’ studju.
Sadanittant fl-2013 kien daħal fis-seħħ il-proġett
MASTER it! Scholarships Sch
eme
.
Din l-iskema wkoll kienet tgawdi minn ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Programm Operattiv II. Taħt din l-iskema ngħataw sitt mija u wieħed u ħamsin (651) borża ta’ studju biex isegwu korsijiet fil-livell ta’
Masters
.
L-għajnuna li tingħata li kull benefiċjaru li jkun qed jibbenefika minn xi borża ta’ studju tiddependi fuq it-tul tal-programm jew riċerka magħżul mill-istess benefiċjarji. Fil-każ tal-MGSS l-istudenti li kienu qed isegwu korsijiet fil-livell ta’
Masters
setgħu jieħdu bejn sena (1) u ħames (5) snin filwaqt li dawk li kienu qed isegwu
PhD/Professional Doctorate
setgħu jieħdu sa massimu ta’ seba’ (7) snin.
Fil-każ tal-iskema
STEPS
l-għajnuna li ngħataw kienet tiddependi wkoll mit-tul tal-kors b’danakollu dawk li segwew programm ta’ riċerka fil-livell ta’
PhD
kienu jibbenefikaw għal perjodu sa massimu ta’ tlieta (3) jew erba’ (4) snin skont il-perjodu li fih applikaw taħt din l-iskema. Dawk li kienu qed jibbenefikaw mill-iskema biex isegwu korsijet fil-livell ta’
Masters
ingħataw għajnuna finanzjarja għal perjodu ta’ bejn sena u tliet snin.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar f’liema korsijiet ta’ studju ngħataw dawn il-boroż ta’ studju kif ukoll f’liema Universitajiet saru dawn il-korsijiet.
Fil-każ li ġiet imnedija skema ġdida bħal dik tal-Endeavour Scholarships Scheme programme, jista’ l-Ministru jindika meta bdiet titħaddem, kemm-il persuna s’issa ngħataw scholarship taħt din l-iskema, f´liema korsijiet ta’ studji, f´liema Universitajiet qed isir tali studju, u anke t-tul ta’ żmien għal liema ngħataw kull scholarship?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR Scholarships Scheme ġiet imnedija fit-12 ta’ Mejju 2015. Sa issa ngħataw tliet mija u erba’ (304) borża ta’ studju taħt din l-iskema. Din l-iskema tikkonsisti f’żewġ kategoriji, Grupp A u Grupp B. Il-boroż ta’ studju taħt Grupp A jistgħu jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea – Programm Operattiv II għal perjodu ġdid 2014 – 2020, filwaqt li l-boroż ta’ studju mogħtija taħt Grupp B huma iffinanzjati minn fondi lokali biss.
It-tul ta’ żmien għal liema ngħataw kull scholarship jiddependi fuq it-tul tal-programm jew riċerka li l-istess benefiċjarji jkunu għażlu li jsegwu. Fil-każ ta’ Grupp A, il-benefiċjarji jkunu qed jirċievu finanzjament għal perjodu ta’ bejn sena (1) u ħames (5) snin f’każ ta’ riċerka fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorate u bejn sena (1) u erba’ (4) snin f’każ li qed isegwu korsijiet fil-livell ta’ Masters. Fil-każ ta’ Grupp B, il-benefiċjarji jkunu qed jirċievu finanzjament għal perjodu ta’ bejn sena (1) u seba’ (7) snin f’każ ta’ riċerka fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorate u bejn sena (1) u erba’ (4) snin f’każ li qed isegwu korsijiet fil-livell ta’ Masters.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar f’liema korsijiet ta’ studju ngħataw dawn il-boroż ta’ studju taħt l-iskema ENDEAVOUR kif ukoll f’liema Universitajiet qed isir it-tali studju.
Attachments:PQ 25438 - Endeavour Prog & Unis - Group A.xlsxPQ 25438 - Awardees ENDEAVOUR 2015 - Group B.xlsx
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il scholarship ingħata matul is-snin 2015 u 2016 s'issa taħt xi skema mħaddma fid-dekasteru tiegħu, u għal kemm sena kellu jkun il-benefiċċju tal-ischolarship?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskemi amministrati mill-iScholarships Unit fi ħdan id-Direttorat għall-Implimentazzjoni ta’ Programmi, matul l-2015 ingħataw il-boroż ta’ studju kif ġej:-
Skema
Nru. ta’ Boroż ta’ Studju
Għal kemm sena jkun il-benefiċċju tal-i
scholarship
Malta Arts Scholarships Scheme
22
Minn disa’ xhur sa erba’ snin
Malta Sport Scholarships Scheme
14
Minn ġimgħa sa erba’ snin
ENDEAVOUR Scholarships Scheme
303
Minn sena sa seba’ snin
REACH HIGH scholars Programme – Post-Doctoral Scheme
18
Tliet snin
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) hija l-organizzazzjoni li tieħu ħsieb relazzjonijiet mal-ESA. Fl-2015, borża ta' studju imsejħa “ESA Traineeship”, li tammonta għall-valur ta' €24,600 (flimkien ma’ spejjeż ta’vjaġġar) ġiet mogħtija lil student Malti għal perjodu ta’ tnax-il xahar. Fl-2016, borża ta' studju imsejħa “ESA International Fellowship” ġiet mogħtija lil riċerkatur Malti. F'dan ir-rigward, l-MCST kisbet it-totalità tal-fondi mill-ESA.
Il-Kunsill jieħu sehem ukoll fil-France-Malta Scholarships fejn kull sena jħallas l-ispiża tal-ivjaġġar lil erba’ studenti li jmorru jagħmlu work placements b’konnessjoni ma’ riċerka fi Franza.
Infurmat ukoll li fis-snin 2015 u 2016 l-MCAST ma kellu l-ebda skema ta’ Scholarships miftuħa, filwaqt li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ukoll ma kellhiex skemi ta’ scholarships.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Università ta' Malta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni addizzjoni: Ara dokument Nru. 7185 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 392, nhar it-Tlieta, 24 ta' Mejju 2016)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu ngħataw scholarship taħt l-iskemi MGSS u STEPS u kienu għadhom isegwu l-kors ta’ studju li l-MGSS u STEPS kien qiegħed jagħtihom scholarship għalih, kemm kien fadlilhom snin għall-kompletazzjoni ta’ dan l-istudju, u kif ġie aċċertat mill-Ministeru li l-ischolarship imwiegħed lilhom, se jibqa jitħallas fil-ħin mingħajr ostakli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li taħt l-iskema MGSS hemm madwar mitejn u ħamsin (250) benefiċjarju li għadhom għaddejjin bil-PhD/Professional Doctorate jew li qed isegwu kors fil-livell ta’ Masters. Dan jiddependi f’liema sena applikaw taħt din l-iskema u jekk hux qed isegwu programm fuq bażi full-time jew part-time u Distance Learning. Dawk li qed isegwu riċerka fil-livell ta’ PhD/Professional Doctorate, is-snin ta’ tlestija jvarja bejn sena (1) u ħames (5) snin filwaqt li dawk li qed isegwu kors fil-livell ta’ Masters ivarja bejn sena (1) u tliet (3) snin.
Fl-aħħar estimi tal-Baġit il-Gvern xorta alloka flus meħtieġa biex il-benefiċjari li ngħataw borża ta’ studju taħt l-
MGSS
fis-snin passati se
jibqgħu jirċievu l-finanzjament meħtieġ kif maqbul bejn iż-żewġ partijet fil-Ftehim li jirregola l-i
scholarsh
ip
.
Fil-każ ta’
STEPS
din hija skema magħluqa u għaldaqstant ma hemmx studenti li għad baqgħalhom xi żmien ta’ tlestija tal-istudji tagħhom.
MCAST – Interviews għal apprentistat fuq manutenzjoni fl-avjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu ta’ interviews li saru ma’ kumpaniji bħal dawk li isimhom qed jingħataw separatament, minn studenti li jattendu kors fl-MCAST fuq manutenzjoni fl-avjazzjoni għal work placements? Jista’ jgħid kemm minnhom intgħażlu u meta huwa ppjanat li jibdew xogħol? Jikkonferma li dawn l-istudenti se jingħataw apprentistat bi ħlas ta’ €80 fix-xahar matul is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-intervisti msemmija saru bejn it-13 u l-25 ta ' Jannar 2016 u kienu relatati direttament ma' student placement u mhux apprentistat.
Dan il-placement għall-parti prattika tal-kors huwa parti integrali mill-istruttura tal-kors u mhuwiex apprentistat. Għaldaqstant l-istudenti jkomplu jirċievu l-istipendju regolari ta’ studenti kull ġimgħa, matul il-kors kollu u anki waqt it-12-il ġimgħa tas-sajf. Dan jammonta għal €86.85 kull erba’ ġimgħat, li huwa l-istess stipendju li jieħu kull student post-sekondarju f’dan il-livell.
L-intervisti li ġew organizzati saru minn tliet Maintenance Repair Overhaul Organisations (MROs - dawk li isimhom ingħataw separatament mill-Onor. Interpellant) ġewwa l-MCAST u bħala riżultat, nhar it-Tlieta 3 ta’ Frar 2016 l-istudenti ta’ dan il-kors magħruf bħala CAT "A" (Aircraft Mechanics) ġew kollha allokati u bdew il-parti prattika tal-kors.
L-istudenti tal-kors magħruf bħala ‘Aircraft Structures’ għadhom kemm lestew il-parti teoretika u ser jiġu allokati fil-ġimgħat li ġejjin. Il-postijiet huma diġà stabbiliti għal kull student u ser jiġu kkomunikati mal-MROs rispettivi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru/Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, żewġ entitajiet taw xogħol lit-tieni kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant. Id-dettalji huma kif se nsemmi:
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla
Xogħol li sar fl-2014 wara sejħa għal Kwotazzjonijiet - l-Audit Finanzjarju għas-Sena Finanzjarja 2013 - Total: Eur 1,300 (Exc VAT)
Xogħol li sar fl-2015 wara li ngħata permezz ta’ Direct Order - l-Audit Finanzjarju għas-sena Finanzjarja 2014 - Total: Eur 3,250 (Exc VAT)
Xogħol li beda fl-2016 wara li ngħata permezz ta’ Direct Order - l-Audit Finanzjarju għas-sena Finanzjarja 2015 - huwa stmat li jiswa Eur 3,250 (Exc VAT).
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ
2013
Audit tal-EURES 2012/13
€ 1,770
Direct Order
Għajnuna f'tender
€ 247.80
Direct Order
Għajnuna fuq TAF Project
€1,202.67
Direct Order
2014
ETC Audit - 2013
€ 3,894
Tender
2015
ETC Audit - 2014
€ 3,894
Tender
Audit tal-EURES 2013/15
€ 1,770
Direct Order
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li ngħataw lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant huma kif se nsemmi:
Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST)
Financial Feasibility Study relatat ma’ sistema ta’ informatika fl-MCAST (Cloud-Based College Management Information System) - €4,118 – Tender
European Union Programmes Agency (EUPA)
2015 – provdiment ta’ servizzi esterni ta’ awditjar għall-proġetti Erasmus Mobility 2013 - €5,770.20 – Tender
L-Università ta’ Malta
L-Università ta’ Malta qabbdet lill-kumpanija indikata biex tagħmel studju ta’ impatt ekonomiku u profil ta’ riskju fuq proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija kif ġie stipulat f’waħda mill-kundizzjonijiet ta’ dan il-finanzjament. L-għażla ta’ din il-kumpanija sar permezz ta’ sejħa li kien għamel il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija għall-konsulenzi ta’ dan it-tip u l-Università u entitajiet oħra li bbenefikaw minn dan il-finanzjament kellhom jagħżlu minn din il-lista skont id-disponibiltà ta’ dawn il-konsulenti biex jagħmlu x-xogħol fiż-żmien stipulat. Dan l-istudju sewa €7,080.
Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS)
Mill-2013 sal-lum, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada tat xogħol ta’ audit lill-kumpanija indikata fuq kuntratt li ngħata rigward re-surfacing works fl-iskola sekondarja tal-Handaq L/O Qormi. Dan sewa €5,583.17 u ngħata fil-bidu tas-sena 2014 permezz ta’ direct order.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru/Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, entità waħda tat xogħol lill-kumpaniji/individwu li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant. Id-dettalji huma kif ġej:
Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST)
09/2013 – €472 Konsulenza legali, Liġi Industrijali
02/2015 – €708 - Konsulenza legali, Liġi Industrijali
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru/Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, entità waħda tat xogħol lill-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Din hija SportMalta li f’Jannar u Frar tas-sena 2013 (dak iż-żmien il-Kunsill Malti għall-Isport) qabbdet lill-kumpanija indikata għal servizz ta’ kiri ta’ żewġ containers u servizz ta’ trasport. Dan is-servizz sewa EUR1,227.20 u ngħata permezz ta’ direct order.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pendenzi fil-ħlasijiet ta’ maintenance grants fl-MCAST u jekk iva, għal liema korsijiet u meta se jitħallsu l-istudenti ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-preżent ma jeżistu l-ebda ħlasijiet pendenti tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudenti tal-MCAST u fil-fatt l-istudenti qegħdin jitħallsu b’mod regolari. L-uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa kommess, fejn teknikament possibbli, li jipproċessa kull applikazzjoni għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fl-iqsar żmien possibbli. Sfortunatament għad hemm studenti li ma applikawx u/jew ma kkonfermawx id-dettalji tagħhom fuq l-applikazzjoni u għaldaqstant id-dettalji tagħhom għadhom ma ġewx proċessati għall-ħlas. Il-ħaddiema fl-uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti flimkien mal-uffiċċju fl-MCAST huma dejjem lesti li jgħinu lill-istudenti fid-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi u b'liema proċedura ġġedded il-kuntratt ta’ position of trust, b’€6,709 żieda fil-paga, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara li r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) indika li taħt it-tmexxija tiegħu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) kien hemm nuqqas ta’ verifika indipendenti fil-payroll tal-ħaddiema, nuqqas ta’ attendanza għax-xogħol u nuqqasijiet oħra marbuta mal-overtime tal-ħaddiema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie mġedded fid-29 ta’ Frar 2016 bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' qabel.
Il-kuntratt tiegħu ġie mġedded skont il-proċeduri stabbiliti fejn jidħol tiġdid ta’ kuntratti.
Taħt it-tmexxija ta’ din il-persuna, l-MCST kisbet riżultati pożittivi, tejjbet l-operat tal-entità u ttieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet imsemmija fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO).
Riċerka u innovazzjoni – lista ta’ benefiċjarji mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jippubblika lista ta’ benefiċjarji li bbenefikaw mill-fondi mill-Unjoni Ewropea fuq riċerka u innovazzjoni, kemm sar infiq u kemm–il pajjiż ipparteċipa f’involviment ta’ proġetti fejn Malta kienet qed tipparteċipa bħala lead country?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sa Frar 2016, ħamsa u għoxrin entità differenti Maltija iffirmaw sitta u tletin Grant Agreement taħt il-Programm Horizon 2020. Sitt proġetti huma mmexxija minn entità Maltija (lead partner). Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’dawn il-Grant Agreements jammontaw għal nefqa ta’ €5.4 miljun li minnhom il-kontribuzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja hi €5.2 miljun (mill-Horizon 2020).
L-Università ta’ Malta hi l-entità bl-ikbar ammont ta’ proġetti (13-il Grant Agreement iffirmat).
Il-lista ta’ entitatjiet hija:
Università ta’ Malta
Aquabiotech Ltd.
Divers Alert Network Europe Foundation
Acrosslimits Ltd.
Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
Aġenzija Maltija għall-Informatika u t-Teknoloġija (MITA)
Projects in Motion Ltd.
Ministeru għat-Turiżmu
Paragon Ltd.
Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (MIEMA)
Malta Air Traffic Services Ltd.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Marsec-XL International
Awtorità għat-Trasport (Transport Malta)
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC)
Ministeru tal-Finanzi
Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)
Karl Borg Events Ltd.
Malta Enterprise
Sustainable Energy and Water Conservation Unit
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura
Kamra Maltija tax-Xjentisti
Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija
Studio Seven Co. Ltd.
Malta Business Foundation Malta (MBB)
Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-service provider tal-internet ġewwa l-MCAST minn Marzu 2013 sal-lum, jekk skadiex il-kuntratt, kemm qed jiswa dan is-servizz, għalfejn qed jiġi limitat id-download limit għall-istudenti tal-MCAST partikularment dawk tal-Istitut għall-Arti Kreattiva u jekk jaqbilx mad-deċizjoni komunikata mid-Direttur tal-Istitut lill-istudenti li jekk jinqabeż 1GB download fil-ġurnata, l-aċċess jiġi blokkat awtomatikament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-service provider tal-Internet ġewwa l-MCAST huwa Go plc li ilu provider minn qabel Marzu 2013. Il-kuntratt li kien hemm qabel Marzu 2013, ġie mġedded b’kundizzjonijiet aħjar għal tliet snin oħra f'Novembru 2014. L-MCAST qegħda tħallas is-somma ta’ €7677.08 fix-xahar għas-servizz ta’ bandwidth għal Internet. Dan il-prezz jinkludi s-servizz li jingħata kemm fil-kampus tal-MCAST f'Paola kif ukoll tal-Mosta. Id-download limit kemm għall-istudenti kif ukoll għall-istaff tal-MCAST qatt ma ġie limitat u ma hemmx il-ħsieb li dan isir. Lanqas mhuwa l-każ li jekk jinqabeż il-1 GB download fil-ġurnata l-aċċess jiġi blokkat awtomatikament u m’hemm l-ebda deċiżjoni f’dan is-sens.