Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm skrivani u/jew messaġġiera li jaħdmu fil-Qrati tal-Ġustizzja li huma seconded jew transfered ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jagħti breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nippreżumi li l-interpellant qed jirreferi għal uffiċjali
li ġew trasferiti/seconded mill-Qorti minn wara l-
elezzjoni tal-5 ta` Settembru 1998 'l hawn. F'dak il-
każ, ninsab infurmat li kien hemm tlett impjegati tal-
Qorti li ġew trasferiti: uffiċjal Prinċipali Anzjan li
ġie trasferit fis-Segretarjat tal-Ministeru tal-Finanzi;
Prinċipal fil-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin
Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari u Court
Recorder li ġie trasferit fl-Uffiċċju tal-Kabinet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (ETC) se tissoktax il-proċess ta' reviżjoni tal-gainfully occupied li ġiet mibdija mill-amministrazzjoni preċedenti fl-1997?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ser tkompli l-process ta' reviżjoni tal-'gainfully occupied'.
4.11.98
Peress li fl-indirizz tal-President tal-Qorti, fil-ftuħ tas-sena forensi, huwa qal li jispetta issa lill-amministrazzjoni ġdida li tevalwa l-proġetti li l-Gvern Laburista ipprepara biex itejjeb ċerti aspetti ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, fi kliemu "kollha ta' fejda", jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jkompli bit-twaqqif tal-Qorti tal-Familja, it-trasferiment tar-reġistri mill-annex għal fejn tinsab bħalissa l-għassa tal-pulizija, awli u ambjenti għall-użu tal-Master u l-Assistenti Ġudizzjarji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-
Parlament il-Gvern diġa esprima l-impenn tiegħu dwar it-
twaqqif tal-Qorti tal-Familja.
Se jitwettaq ukoll it-trasferiment tar-Reġistru għall-
post fejn hemm l-għassa tal-Pulizija.
Pero` nixtieq ngħid li se jsir studju ħalli jiġi
fformulat pjan sħiħ dwar kif jista` jsir użu aħjar mill-
kumpless tal-Qorti kollu kemm hu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija? Kemm hemm priġunieri mqassmin fis-seba' (7) divisions? Kemm mill-priġunieri kollha għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 236 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u 'units' fil-Faċilita'. Minbarra dan in-numru, hemm 32 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-'Prison Leave' il-Caritas u s-Sedqa.
In-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija kien ta' 75, filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva kien ta' 97.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar u l-lokalita' ta' kull inċident?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar, u l-lokalitajiet fejn seħħew huma kif ġej : -
XAHAR LOKALITA' NUMRU
----- --------- -----
Jannar Attard 1
Frar / xejn
Marzu B'Kara 1
April Pembroke 1
Gżira 1
San Pawl il-Baħar 2
Mejju Attard 1
Ġunju Victoria 1
Lulju Għaxaq 1
Awissu Qormi 1
Tarxien 1
Settembru San Ġwann 1
Ottubru (sal-25) Pieta' 1
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers ta' kuntistabbli, surġenti u spetturi mill-10 ta' Settembru, 1998 sa l-20 ta' Ottubru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti bejn l-10 ta' Settembru u l-20 ta' Ottubru 1998,
kien kif ġej : -
Spetturi xejn
Surġenti (rġiel) 4
Surġenti (nisa) 2
Kuntistabbli (rġiel) 31
Kuntistabbli (nisa) 6
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-għalliema li jaqgħu taħt l-Operations Department li huma seconded ma' Ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern huma kif se nsemmi:
Ministry of Social Policy 1
Institute of Tourism Studies 1
Department of Correctional Services 3
Department of Agriculture 2
Museums Department 1
Ministry of Public Works 1
Department of Health 1
Public Library 5
Santu Spirtu National Archives 1
Examination Department 1
Malta Development Corporation 1
Ebda għalliem mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u mid-Dipartiment tas-Servizz għall-istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ġie 'seconded' ma' Ministeri u/jew Dipartiment tal-Gvern.
Mid-Dipartiment, Pjanar u Żvilupp, kien hemm Education Officer (Is-Sur Ignatius J. Abela) li ġie seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Mis-settur Post-Sekondarju hemm għalliem wieħed li hu sekondat mal-Malta Council for Science and Technology.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li m'hemmx membri tal-Korp tal-Pulizija li huma 'seconded' ma' Ministeri jew Dipartimenti tal-Gvern.
03.11.98
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi sabiex jiġi maħtur Spettur tal-Pulizija għal Ħaż-Żebbuġ u għas-Siġġiewi? Jista' jara li jiġi maħtur district superintendent għad-distrett li jikkonsisti f'Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi ilhom għal din l-aħħar sena jkunu koperti mill-ispettur stazzjonat Ħal Qormi, filwaqt li d-Distrett li jinkludi Ħal Qormi, Ħaż Żebbuġ u s-Siġġiewi ilu mill-bidu ta' Lulju li għadda jiġi kopert mis-Supretendent stazzjonat il-Belt. Il-postijiet vakanti jkunu mimlija meta jippermettu ċ-ċirkostanzi.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups, snatch and grap, u/jew serq bi vjolenza mill-1 ta' Settembru, 1998 sal-lum? X'kien il-valur irrapportat tas-serqiet individwalment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru 1998, u l-25 ta' Ottubru 1998, ġew irrapurtati lill-Pulizija 10 'hold-ups' li minnhom wieħed irriżulta li kien rapport falz, biex b'hekk iċ-ċifra reali hi ta' disa (9) każijiet.
L-ammonti/oġġetti nvoluti kienu Lm4000, Lm212, Lm650, Lm3200, 'rifle', Lm20, Lm120 u apparat eletroniku b'valur ta' Lm350, Lm120 u b'valur ta' Lm15 tabakk u Lm600.
Kien hemm rapport ieħor ta' tentattiv ta' 'hold-up' li fih ma nsteraq xejn.
Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew rappurtati lill-Pulizija 63 każ ta' 'snatch and grab'.
Ma nħossx li għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-valur ta' dawn il-każijiet fuq bażi ndividwali għax dan jista' jkun ta' dannu għal vittmi ta' dawn ir-reati. Jekk l-Onor. Interpellant jinsisti, jien lest li ngħaddilhu l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru road blocks mill-Pulizija u/jew il-Forzi Armati ta' Malta mill-1 ta' Settembru, 1998 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u s-26 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' 'roadblocks' li għamlu l-Pulizija kien ta' 387. Għal dak li għandu x'jaqsam mall-Forzi Armati ta' Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
02.11.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm priġunieri sentenzjati fil-Ħabs ta' Kordin u kemm minnhom ibbenefikaw b'xi mod mill-amnestija u maħfra presidenzjali li ngħatat fl-okkażjoni tal-bidla fil-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru 1998 in-numru ta' priġunieri sentenzjati kien ta' 171.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onorevoli Membru li jekk għal bidla fil-Gvern qed jirreferi għal dik li seħħet fl-1998 ma ngħatat l-ebda maħfra presidenzjali lill-priġunieri.
Jekk, kif donnu jidher li hu l-każ, l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-bidla fil-Gvern li seħħet fl-1996, ninfurmah li kienet ngħatat maħfra mill-Gvern Laburista fil-12 ta' Diċembru, 1996, li bbenifikaw minnha 80 priġunier, fosthom persuni li serqu u qatlu mara anzjana.
02.11.98
Billi l-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ kien qiegħed jippjana sabiex iċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ jiġi alloġġjat ġewwa Palazzo Verdelin, il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan għadux possibbli in vista tat-trasferiment tal-Ministeru tal-Ġustizzja mill-House of Catalunya għall-Palazzo Verdelin? Jekk le, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn se jiġi alloġġjat iċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li billi issa Palazzo Verdelin qed
jintuża kollu kemm hu mill-istaff li kien hemm fil-
Ministeru tal-Ġustizzja, m'għadux possibbli li fih jiġi
alloġġjat iċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ.
Dak iċ-Ċentru issa se jkun alloġġjat kif kien
oriġinarjament ippjanat, jiġifieri f'numru 33, Triq
Nofsinhar, Valletta.