B'riferenza għat-trasferimenti ordnati fil-Korp tal-Pulizija fi Frar 1999, jista' l-Ministru jispjega x'kienu l-esiġenzi tas-servizz li wasslu għal dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jagħti spjega għal kull trasferiment wieħed, wieħed?
B'riferenza għat-trasferimenti li ġew ordnati fil-Korp tal-Pulizija fi Frar, 1999, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn it-trasferimenti ġew effettwati mingħajr ma ġiet segwita l-proċedura stabbilita riċentement li għal kull talba ta' trasferiment għandha tiġi proċessata subject form? F'każ ta' konferma jista' l-Ministru jispjega għaliex din il-proċedura ma ġietx segwita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċedura li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx stabbilita riċentement iżda ilha fis-seħħ mill-1985. Ninsab infurmat ukoll li din il-proċedura tirrigwarda biss talba għal trasferiment mill-individwu nnifsu u ma tapplikax għal trasferimenti meħtieġa minn żmien għal żmien fl-aħjar interessi ta-Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
15.02.99
B'riferenza għat-trasferimenti li ġew ordnati fl-SAG fi Frar 1999, jista' l-Ministru jispjega għaliex membru ta' din l-iskwadra li ilu jagħti servizz fl-SAG għal dawn l-aħħar 8 snin ġie trasferit għall-għassa ta' Bormla? X'benefiċċju ħa l-SAG b'dan it-transfer?
Response (BORG, TONIO)
Kif kelli okkażżjoni li ngħid fi Tweġibiet preċedenti, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
15.02.99
B'riferenza għall-investigazzjoni ta' "rregolaritajiet fl-applikazzjonijiet mat-taqsima tat-tifi tan-nar qabel l-elezzjoni" kif ġie rappurtat fil-ġurnal "il-mument" tal-31 ta' Jannar 1999, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-investigazzjoni u jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport relattiv?
B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Novembru 1998 sal-31 ta’ Jannar 1999 ingħataw dawn id-direct orders għal ġarr ta’ għamara fid-dikasteru tiegħi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Segretarjat Privat
Lm25
Borg Bros
Uffiċċju tal-Kabinett
Lm30
Borg Bros
Dipartiment tat-Tiftix għaż-Żejt
Lm30
Borg Bros
Management Efficiency Unit
Lm350
Borg Bros
Billi kien hemm ċerta urġenza u x-xogħol kien ta’ valur żgħir ma ntalbux
quotations
oħra.
L-Ispiża totali kienet kif tidher hawn fuq u ma ngħatawx
extensions
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ngħata t-tender għall-ġarr ta' għamara li tintuża fil-polling stations madwar Malta w Għawdex għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' Marzu 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tender ingħatax b'direct order jew wara sejħa għall-offerti? Kemm huwa l-valur tat-tender? F'każ ta' sejħa għall-offerti min kienu l-persuni li għamlu l-offerti, jew lil min intalbu quotations? Kemm kienet kull kwota?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li ma jsirx ġarr ta’ għamara li tintuża fil-
polling stations
.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żebbuġ (Malta), is-Siġġiewi, Attard, Ħad-Dingli u l-Qrendi li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3458 f'din l-istess Seduta.
18.01.99
Referibbilment għall-perjodu l-1 ta' Novembru 1998 sat-30 ta' Novembru 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull quota; (4) min rebah il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv; (6) fiex kienu jikkonsistu u; (7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-perjodu 1 ta' Novembru 1998 sat- 30 ta' Novembru 1998, id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ta' kuntratt wieħed għal għamara ta' uffiċini, dak għall-imwejjed "L" 'shaped'.
1. Il-persuni li għamlu l-'award' kienu l-Prinċipal ta' l-Accounts(għal min kienet l-għamara) u l-Assistent Direttur (Amministrazzjoni).
2. Intalbu 4 'quotations' mingħand il-kumpaniji Melco, BIM, Invicta u Bezzina.
3. Il-kwotazzjonijiet riċevuti kienu:-
BIM Ltd - Lm202.75
Melco - Lm223.00
Invicta - Lm314.00
4. Rebaħ il-kuntratt ta' l-irħas aġent:-
Lm202.75 kull wieħed
Total:Lm405.50
5. Ma ngħatawx estensjonijiet fuq il-kuntratt oriġinali.
6. Nil
7. NIL
Ma ngħataw ebda kuntratti għal għamara ta' uffiċini mid-dipartiment tas-Saħħa fl-istess perjodu.
Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar il-partijiet numru l-4 ta' din il-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat.Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 1269. Is-sitwazzjoni ndikata f'dik it-Tweġiba baqgħet l-istess bejn l-10 u t-30 ta' Novembru 1998.
Dwar il-partijiet l-oħra ta' din il-Mistoqsija jien infurmat li l-Bord tal-Koperattivi għamel estensjoni waħda fuq kuntratt oriġinali. Din kienet tinvolvi x-xiri ta' żewġ desks, żewġ side desks, żewġ unit drawers u żewġ swivel chairs b' valur ta' Lm856.17.
17.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar ta' Mintoff magħrufa bħala "Ta' l-Għarix" f'Delimara għaddietx f'idejn il-Gvern Malti? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk din għaddietx bis-saħħa tal-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998? Jekk le, u jekk il-Gvern fi ħsiebu jeħodha, jista' l-Ministru jispjega jekk din id-dar hux se tgħaddi f'idejn il-Gvern bis-saħħa ta' kuntratt pubbliku?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern bi ħsiebu jkompli jimxi skond il-'letter of intent'.
B'riferenza għal letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 rilaxxjata lill-Perit Mintoff, jista' l-Ministru jgħid jekk huwa ħax parir legali mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali dwar l-effetti tal-letter of intent? Jista' l-Ministru jispjega kif Gvern jintrabat bl-letter of intent u aktar kif Gvern jintrabat bl-letter of intent li ma ġġibx il-firma ta' waħda mill-partijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Irrid nassumi li meta inħarġet il-'letter of intent' fi żmien il-Gvern preċedenti, u l-Onorevoli Interpellant kien responsabbli għall-istess 'letter of intent', l-intenzjoni tal-Gvern kienet li jimxi skond l-istess 'letter of intent' u mhux kontra. Għalina 'letter of intent' ma tfissirx 'letter of non intent'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar ta' Mintoff magħrufa bħala "Ta' l-Għarix" tistax tiġi trasferita lill-gvern Malti u ssir effettivament proprjeta' tal-gvern b'letter of intent biss?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-'letter of intent' torbot lill-partijiet bil-mod kif inkitbet mill-Gvern preċedenti.
Riferibbilment għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 738, jista' l-Ministru jispjega l-frażi "Kienu l-istess esiġenzi li kienu jipprevadu qabel il-5 ta' Settembru, 1998"?
Response (BORG, TONIO)
Ma naħsibx li hemm x'wieħed jispjega. L-esiġenzi għall-aħjar interessi tal-Korp u tal-pubbliku in ġenerali li kienu jipprevalu u japplikaw qabel il-5 ta' Settembru 1998 ma tbiddlux wara din id-data.
09.12.98(pm)
Riferibbilment għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 739, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-erba' (4) charges li nħarġu fil-konfront ta' erba' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew assenjati xogħol fl-SAG dan ix-xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif ġej : -
- ma kienx liebes seat belt u għal imġieba ħażina,
- in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija ma kienx dak mistenni,
- kien mingħajr beritta,
- telaq minn fuq il-beat mingħajr permess.
09.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati ta' l-eżami tal-kors tal-firemen li għadu kemm intemm? Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-applikanti ġew mitluba joqogħdu għal eżami ieħor wara li lestew l-eżami oriġinali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-riżultati ta' l-eżami ta' Assistance and Rescue Officers fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mistennija li joħorġu dalwaqt.
Ninsab infurmat ukoll li matul il-kors, it-trainees sarulhom diversi assessments sabiex issir evalwazzjoni aħjar tal-partiċipanti qabel ma sar l-eżami finali.
09.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid meta se timtela l-vakanza ta' supritendent fl-Iskwadra Speċjali tal-Pulizija (SAG)?
Response (BORG, TONIO)
Il-vakanza ta' Supretendent fl-Iskwadra msemmija mill-Onor. Interpellant flimkien ma' vakanzi oħra fl-istess rank jkunu mimlija meta jippermettu ċ-ċirkostanzi.
09.12.98(pm)