Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żebbuġ (Malta), is-Siġġiewi, Attard, Ħad-Dingli u l-Qrendi li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99
Leg 9 PQ #5605 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati Superjuri — Sistema tal-master

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jintroduċi xi innovazzjonijiet amministrattivi u/jew leġislattivi fis-sistema tal-master li qegħda titħaddem fil-Qrati Superjuri?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern eżamina diversi rapporti dwar studji li saru minn mindu ġiet imwaqqfa s-sistema tal-Master u anki żamm diskussjonijiet mal-partijiet kollha nvoluti, fosthom il- Law Advisory Committee. Waqt illi jidher illi hemm ħtieġa ta' xi inizjattivi ġodda, f'dan il-qasam, il-Gvern jidhirlu li hu essenzjali li qabel xejn ikun hemm qbil mill-istituzzjonijiet kollha konċernati dwar is-suġġerimenti magħmula.
Leg 9 PQ #5606 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — Problema ta' spazju

Question

Il-Prim Ministru ma jaħsibx li sabiex tiġi solvuta parzjalment il-problema ta' l-ispazju fil-qorti u sabiex tiġi evitata l-konġestjoni ta' nies fil-kuriduri tal-qorti, xi kawżi tad-distretti jibdew jinstemgħu ġewwa d-distretti minflok fil-bini tal-qorti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħalma naħseb li diġa jaf l-Onor Interpellant, waħda mill- miżuri tal-proċess devoluzzjonarju lejn il-Kunsilli Lokali hija dik li ċerti kawżi ta' offiżi depenalizzati jibdew jinstemgħu fi tribunali li se jitwaqqfu f'diversi lokalitajiet u mhux iżjed fil-bini tal-Qorti. Ninsab infurmat li t-tħejjijiet għal dan huma fi stadju avvanzat sew.
Leg 9 PQ #5599 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Perit Mintoff — Proprjeta' "Ta' l-Għarix"

Question

Billi skond il-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 il-proprjeta' "Ta' l-Għarix tal-Perit Mintoff kellha tiġi ttrasferita lill-Gvern Malti, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jistenna l-Gvern Nazzjonalista biex jieħu din il-proprjeta' fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista ħallas lill-Perit Mintoff Lm128,000 ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-trasferiment illi qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ikun jista' jsir meta l-kundizzjonijiet l-oħra kollha indikati fl-istess 'letter of intent' ikunu onorati.
Leg 9 PQ #5600 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Perit Mintoff — Proprjeta' "Ta' l-Għarix"

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-tħejjijiet sabiex il-proprjeta' "Ta' l-Għarix" tal-Perit Mintoff tiġi ttrasferita lill-Gvern ta' Malta skond il-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998?

Response (BORG, TONIO)

It-trasferiment isir malli jsir il-ftehim finali dwar din il-kwestjoni. 15.03.99
Leg 9 PQ #5601 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrial Relations Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar it-twaqqif ta' l-Industrial Relations Unit, li kien wasal biex iwaqqaf Gvern Laburista?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali.
Leg 9 PQ #5602 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Impjegat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta u min se jissostitwixxi lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament fil-kariga li kien jokkupa fil-qorti qabel ddeċieda li jirreżenja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern qed jieħu passi biex jirristruttura l-karigi għoljin tal-Qorti fejn, fost ħwejjeġ oħra, se ssir distinzjoni ċara bejn l-aspett legali u l-aspett amministrattiv. Qed titħejja sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti fl-istruttura l-ġdida mingħajr dewmien.
Leg 9 PQ #5603 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — Reġistri tal-Qorti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-progress tax-xogħlijiet li għandhom iwasslu għat-trasferiment tar-reġistri tal-qorti għal fejn tinsab alloġġjata l-għassa tal-pulizija tal-Belt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, it-trasferiment tar- reġistri jiddependi minn meta l-Pulizija jmorru fl-għassa l- ġdida li qed tinbena fl-ex Parcel Post Office. Ninsab infurmat li din l-għassa kellha titlesta matul l-1998 iżda billi l-Pulizija dehrilhom li kellhom iżidu xi xogħlijiet, il-proġett ittardja xi ftit. Ninsab infurmat ukoll li dan ix-xogħol addizzjonali issa huwa kważi lest u l-proġett kollu huwa qrib ħafna li jigi konkluż għal kollox. Hu proġettat li t-trasferiment isir matul is-sajf li ġej.
Leg 9 PQ #5604 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju ta' l-Assistenti Ġudizzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-progress tax-xogħlijiet li għandhom iwasslu għal trasferiment ta' l-Uffiċċju ta'l-Assistenti Ġudizzjarji minn fejn huma alloġġjati fil-bini tal-Qorti għal ġo l-Annex tal-Qorti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li qabel ma jitlesta l-istudju ta` kif qed jiġi użat l-ispazju eżistenti kollu tal-Qorti, l-Uffiċċju ta` l-Assistenti Ġudizzjarji għalissa se jibqgħu fejn huma.

Trasport u Komunikazzjoni — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebah il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt ta` ġarr fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #4583 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebah il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999 ingħataw dawn id-direct orders għal ġarr ta' għamara fid-dekasteru tiegħi: A MALTA STANDARDISATION AUTHORITY (waħda) 1. Iċ-Chairman 2. DOM Transport, BOrg Bros. Ltd, F.Borg & Sons Ltd. u Kalaxlokk CO.Ltd. 3. Borg Bros Ltd. Lm300. L-oħrajn ma kkwotawx 4. Borg Bros Ltd. 5. Le B UFFIĊĊJU ĊENTRALI TA' L-ISTATISTIKA (ħamsa) 1. Id-Direttur 2. Ma ntalbux kwotazzjonijiet mħabba ċerta urġenza 3. Borg Bros. Ltd. Lm1300 għall-ħames direct orders 4. Borg Bros. Ltd. 5. Le C MINISTERU GħAS-SERVIZZI EKONOMIĊI (tlieta) 1. Il-Coordinating Officer tas-Segretarjat Privat 2. Ma ntalbux kwotazzjonijiet minħabba ċerta urġenza 3. Borg Bros. Ltd. Lm213 għat-tlett direct orders 4. Borg Bros. Ltd. 5. Le
Leg 9 PQ #4584 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħatw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu 1 ta' Novembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, mill-Ministeru ta' l-Intern jew minn xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru, ma nħareġ l-ebda kuntratt b'direct order jew quotation għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini. L-ispiża li saret fuq is-servizz li ngħata matul il-perijodu msemmi kienet kif jidher indikat hawn taħt : - ġarr ta' formoli u dokumenti mill-istamperija tal-Gvern il-Marsa għall-Uffiċċju tal-Passaporti l-Belt - Lm 20 - ġarr ta' nkwadru kbir mis-Segretarjat Parlamentari f'Santa Venera għa Belt - Lm 10 Peress li l-ispiża f'dawn il-każi kienet insinjifikanti ma kienx hemm ħtieġa li wieħed joqgħod jitlob quotations jew joħroġ tenders. 17.02.99
Leg 9 PQ #4585 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Għamara

Question

B'referenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999, il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma kellhom l-ebda kuntratti ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini.
Leg 9 PQ #4586 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn l-1ta' Novembru 1998 u l-31ta' Jannar 1999 ma ngħataw ebda kuntratti ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini mill-Ministeru tas-Saħħa u dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Affaraijiet Barranin — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma ta ebda appalt permezz ta' direct order għas-servizzi ndikati mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista tal-kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.2.99
Leg 9 PQ #4578 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4579 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda kuntratt b`direct order għal ġarr ta` għamara fid-dikasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #4580 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Għamara

Question

B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (b) lil min intalbu quotations; (ċ) kemm kienet kull kwota; (d) min rebaħ il-kuntratt; (e) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999 ma ingħata l-ebda kuntratt mill-Ministeru għall-Ambjent għal ġarr ta' għamara ta' uffiċini.
Leg 9 PQ #4581 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Għamara

Question

B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (b) lil min intalbu quotations; (ċ) kemm kienet kull kwota; (d) min rebaħ il-kuntratt; (e) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li ma sar l-ebda ġarr ta' għamara minn dan il-Ministeru jew minn xi entita' li taqa' taħtu fil-perjodu msemmi.